Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

YENDRICK CIOFFI Bi preparazzjoni għall-Baġit li se jitħabbar bħal għada ġimgħa, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi miżura illi permezz tagħha tkun studjata l-possibbilità li s-sidien li jnaqqsu l-prezz tal-kera għan-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw fi tnaqqis fit-taxxa ekwivalenti għar-roħs fil-prezz tal-kera. Din il-miżura tindirizza l-isfida li qed jiffaċjaw diversi negozji meta jiġu biex iħallsu l-kera - ħafna drabi issa li huma miuħin hija kera sħiħa - minkejja li r-rittmu tax-xogħol għadu wieħed kajman ħafna. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li ssir diskussjoni "serja" biex ikun introdott il- kunċett tal-Living Wage. Il-PN qed jappella lill-Gvern biex fil-Baġit għas-sena d-dieħla ma jħarisx biss lejn l-immedjat imma anke lejn il-futur biex ikun hemm pjan ekonomiku li joħloq fiduċja fil-pajjiż. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech nieda d-dokument tal- Oppożizzjoni għall-Baġit tal-2021, bit-tema tiegħu 'Ekonomija li Taħdem għan-Nies". F'dan id-dokument, il-Partit Nazzjonalista qed iressaq 'il quddiem 'il fuq minn 100 proposta, bil-Kap Nazzjonalista jisħaq li l-istrateġija tal-PN hija doppja, jiġifieri dik immedjata u anke għall-futur. Biex tgħin lill-familji u lin- negozji fl-immedjat, il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex iżid u jestendi s-suppliment tal-paga sa Marzu tal-2021, filwaqt li jnaqqas ukoll ir- rata tal-VAT. Fil-fatt, il-PN qed jappella lill- Gvern biex is-suppliment tal-paga jkun qed jgħin lis-setturi u lin- negozji kollha milquta ħażin mill- pandemija, b'mod partikolari lejn is-settur tal-kultura u l-ekonomija kreattiva li kienu milquta ħażin ħafna. Il-Kap Nazzjonalista spjega kif il-PN qed jappella wkoll għal skemi jew inċentivi, bħal dawk biex ikunu rrestawrati l-faċċati tad-djar jew biex familji jinvestu f 'enerġija nadifa. Fi kliemu, proposta bħal din tkun qed tagħti spinta lil min jopera f 'dawn is-setturi, filwaqt li jolqtu wkoll l - a s p e t t ambjentali u estetiku. "L-isfidi li għandna qu d d i e m - na bħalissa huma op- p o r t u n i t à biex inkab- bru u nsaħħu l - e k o n o m i j a tal-futur biex tkun ekonomija li taħdem għan-nies u mhux bil-kon- tra," insista Grech. Huwa akkuża l-Gvern li l-uniku pjan li kellu biex isaħħaħ l-ekonomija kien il-bejgħ tal- passaporti u l-kostruzzjoni. Insista li l-pjan tal-Gvern kien li jġib eluf ta' ħaddiema barranin u 'ħeles' minnhom meta ma kellux aktar bżonnhom. Bernard Grech kompla jispjega kif id-dokument iħares lejn setturi oħra, li fi kliemu, intesew kompletament mill-Gvern. Fost oħrajn semma lil Għawdex u insista li l-gżira jixirqilha strateġija speċifika. "L-uniku soluzzjoni tal-Gvern għall-Għawdxin hija li jagħti impjiegi mal-Gvern," insista Grech. "Din mhijiex viżjoni li toffri prosperità." Għalhekk inisista li dan id- dokument jagħti ħarsa lejn dak li għandu bżonn Għawdex filwaqt li insista li l-ewwel u qabel kollox t r i d tissaħħaħ il-konnettività bejn il-gżejjer permezz ta' link permanenti. Fost is-setturi għal Għawdex, li l-PN qed jisħaq li jridu jissaħħu, hemm dawk tal-agrikoltura, it-turiżmu domestiku u internazzjonali, is- settur diġitali u anke l-ekonomija ħadra. Intant, il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario De Marco ta ħarsa dettaljata lejn l-ekonomija tal-pajjiż bħalissa u kif il-pandemija tal-Covid-19 ħalliet l-effetti tagħha. Fakkar li hemm setturi, bħal dawk tal-akkomodazzjoni u anke tal-ikel li ġew milquta ħażin ħafna mill-pandemija u allura jeħtieġu attenzjoni partikolari. Ħares ukoll lejn il-futur u saħaq kif filwaqt li setturi bħat-turiżmu u l-gaming huma imporanti, il- pajjiż jeħtieġ iħares kif jista' joħloq setturi ġodda biex ikun hemm diversifikazzjoni tal-ekonomija. 06 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Il-PN jipproponi li tibda diskussjoni 'serja' biex tkun introdotta l-Living Wage Uħud mill-proposti ewlenin tal-PN: • Sett ieħor ta' vouchers (fakkar li din kienet proposta oriġinali tal-PN) • Estensjoni tal-inċentivi dwar moratorju fuq is-self għal sitt xhur oħra • Tnaqqis fil-VAT f 'ċertu setturi bħall-akkomodazzjoni u oħrajn milquta ħażin • Tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma anke biex jirriflettu l-prezzijiet tas-suq • Sussidju fuq il-kirjiet kummerċjali fi proprjetà pubblika għal perjodu ta' sitt xhur • Għajnuna biex fabbriki jkomplu jinvestu • Għajnuna għall-kmamar tal-aħbarijiet skont il-kobor tagħhom • Skemi għall-Kunsilli Lokali biex iħaddru l-lokalitajiet • Inċentivi biex jissaħħaħ it-teleworking anke għax dan jista' jgħin biex jonqos it-traffiku • Sick leave li ma jkunx użat ikun jista' jintuża 'l quddiem f 'każ ta' mard serju • Il-leave tal-kwarantina jingħata sħiħ lill-ħaddiema mingħajr tnaqqis fil-paga jew inkella fil-leave • Diskussjoni serja dwar il-kunċett tal-Living Wage biex tieħu post il-mekkaniżmu tal-COLA (li bħalissa jikkalkula ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) • Il-bonus għall-pensjonanti jibda minn meta dawn jagħlqu s-70 sena mhux il-75 Bernard Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020