Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IIL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 aħbarijiet fil-Belt Valletta iffinanzjat mil-PA Permezz tal-intervent ta' finanzjament tal-Awtorità aħna qed nappoġġjaw eżempju tajjeb ta' konservazzjoni bir- reqqa, fejn mhux biss qed nirranġaw u nħarsu bini b'ħafna karatteristiċi arkitettoniċi, imma qed nagħtu wkoll ħajja ġdida lill-bini, peress li se jkun qed jipprovdi servizz lill-komunità. " Kif jgħin il-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar Minn Jannar tal-2017, l-Awtorità tal- Ippjanar investiet fil-kwalità tal-ħajja u s-sostenibilità ambjentali ta' Malta permezz tal-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar tagħha. Il-Fond jippromwovi proġetti li jsebbħu ż-żoni urbani għall- benefiċċju tal-komunità. Il-finanzi huma disponibbli għall-Kunsilli Lokali, ir- Reġjuni, entitajiet mhux governattivi, u entitajiet oħra. Wara r-reviżjonijiet riċenti, il-Fond issa huwa l-ikbar fond f 'Malta li fih kapital ta' finanzi li jridu jintużaw fuq proġetti li, b'mod partikolari, jippromwovu l-ambjent u jappoġġjaw setturi vulnerabbli tas-soċjetà. F'dan ir-rigward, l-Awtorità qed tippromwovi kollaborazzjonijiet bejn bosta organizzazzjonijiet biex tinkoraġġixxi l-involviment ta' esperti, b'viżjonijiet innovattivi u infurmati. Filwaqt li ħafna mill-proġetti huma eliġibbli biex jingħataw 70% tal-fondi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, Biex inħeġġu proġetti konġunti bejn żewġ Kunsilli Lokali, issa proġetti konġunti saru eliġibbli li jingħataw sa 100% tal-valur finanzjarju tiegħuBl- aħħar reviżjoni wkoll, dan l-inċentiv ta' kollaborazzjonijiet ġie estiż għall- entitajiet eliġibbli kollha, mhux biss għal kollaborazzjonjiietbejn Kunsilli Lokali. B'hekk Kunsill Lokali issa jista' jikkollabora ma'entità mhux governattiva jew entità oħra, jew inkella entità mhux governattiva tista' tikkollabora ma' entità mhux governattiva oħra, biex issir applikazzjoni konġunta. "Ir-rati ta' finanzjament ta' proġetti ġew emendati wkoll f 'aspetti oħra. Pereżempju, proġetti li jinkorporaw faċilitajiet għal persuni b'diżabilità issa jistgħu jiksbu sa 80% ta' finanzjament minflok massimu ta' 70%, u l-interventi GBI ser jirċievu 90%. F'każijiet ta' proġetti bħal ġonna jew green roofs f 'żoni urbani, dawn ser jingħataw sa 100% tal-valur tal-proġett. Dan jinkludi mhux biss l-investiment kapitali iżda kull studju li huwa meħtieġ u pjan ta' manutenzjonigħal ħames snin." Proġetti li jinkorporaw ħitan b'veġetazzjoni fi spazji pubbliċi, bħal ġnien pubbliku b'ħitan fuq kull naħa, jirċievu bonus ta' 5% u jekk ikun hemm bżonn ta' applikazzjoni għall-iżvilupp, il-ħlasijiet tal-applikazzjoni jiġu eżentati wkoll. L-intenzjoni hija li l-komunità tesperjenza estetika aktar pjaċevoli billi tinkorpora ħitan ta' pjanti ħajjin, minflok ġonna b'ħitan vojta. Minħabba nuqqas ta' spazju, dan l-inċentiv jinkoraġġixxi metodi ġodda għall-introduzzjoni ta' veġetazzjoni fl-ambjent urban ta' Malta għal arja aktar nadifa, tnaqqis fit- temperatura ambjentali u titjib tal-ħajja fil-komunità. Għal aktar informazzjoni żur https:// w w w . p a . o r g . m t / e n / d e v e l o p m e n t _ planning_fund

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020