Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Iċ-Ċentru Santu Rokku huwa proprjetà tal-Knisja (Parroċċa Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu) li tinsab f '196, Triq Santa Ursula, il-Belt. Minbarra li żżomm u taqdi l-bżonnijiet soċjali tal- komunità tal-Belt Valletta, il-proprjetà għandha wkoll valur storiku kbir. Fis- seklu 18, il-proprjetà kienet ta' waħda mill-fundazzjonijiet tas-'Soladita dei Preti', 'Naves'. Fis-snin ħamsin il- proprjetà għaddiet għand l-Ordni tal- Kavallieri ta' San Ġwann, minn fejn kienu joperaw is-servizz ta' Bank tad- Demm waqt li kienu wkoll iservu bħala l-kwartieri ġenerali tagħhom. Ladarba l-Bank tad-Demm ġie transferit għal post ieħor, l-Ordni ttrasferiet ukoll il-kwartieri ġenerali tagħha għal post ġdid fil-viċinanza tal-knisja tal- Madonna tal-Vitorja. Fis-snin disgħin, il-parroċċa bdiet il-ħidma pastorali tagħha minn dan il-post biex taqdi lill- komunità taż-żona u l-inħawi tagħha. Il-propjetà bħalissa qed tintuża bħala ċentru taż-żgħażagħ, magħruf bħala Teen Klabb. Teen Klabb tnieda mill- Fondazzjoni Tabgħa. L-għan ewlieni tiegħu kien dak li joħloq spazju soċjali sigur u jipprovdi għajnuna akkademika lil żgħażagħ fil-Belt Valletta u l-inħawi tal- madwar. Hawnhekk il-voluntiera jgħinu liż-żgħażagħ fix-xogħol tad-dar u tal- iskola, filwaqt li jgħallmuhom abilitajiet soċjali u tal-ħajja. Attivitajiet oħrajn għaż-żagħżagħ isiru wkoll, bħal, ħarġiet, snajja, tisjir u live-ins. Il-voluntiera jippruvaw ukoll jgħallmuhom ħiliet utli għal-ħajja u valuri spiritwali. F' Teen Klabb, iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jintaqgħu ma' żagħżagħ oħra, waqt li jkunu mħarsa minn helpers bħal għalliema, konsulenti, u professjonisti li jaħdmu maż-żgħażagħ. L-għan ewlieni huwa li ż-żgħażagħ taż- żona jingħataw sens ta' setgħa u jipprovdu kura preventiva. Inżommu t-tradizzjoni ħajja Il-proprjetà, li possibbilment kienet tappartjeni għall-ewwel lil familja sinjura, inbniet skont l-istil tradizzjonali ta' dak iż-żmien, u kellha bitħa kbira miftuħa. Turġien proporzjonat fil-bitħa jwassal għall-livelli ta' fuq, inkluż s-sala nobile, filwaqt li taraġ spirali tal-ġebel jgħaqqad il-kmamar ta' wara ta' kull sular u x'aktarx kien maħsub biex jintuża mill- qaddejja tad-dar. Fiha diversi tibdiliet li saru fi żminijiet aktar reċenti, inkluż it-tqassim tal-propjetà f 'numru ta' kerrejja u t-tibdil ta' gallarija tal-ħadid ma' waħda tal-injam. Il-faċċata fiha ċerti elementi arkitettoniċi sempliċi, bħal forom madwar il-bibien u t-twieqi, il- poġġaman tal-ħadid tal-gallarija miftuħa u l-korbelli tal-gallarija. Wieħed isib ukoll bust u arma fuq in-naħa ta' fuq tad- daħla ewlenija. Il-ktieb u x-xabla murija fuq l-arma huma l-attributi ma' ta' San Pawl. Skrizzjoni bil-kliem taħt il-bust taqra 'FUNDATIO NIS. NAVES. 1749.' Il-proġett Ġew finalizzati xogħlijiet ta' restawr intensivi, minħabba l-kundizzjoni ħażina li kienet tinsab fiha l-faċċata tal- proprjetà. Internament, saru xogħlijiet ta' rinnovazzjoni fuq il-bitħa, it-taraġ tal-ġebel, kantina, Sala Nobile u t-tindif tal-ħitan u tas-soqfa. Il-proġett, li jinsab fl-aħħar fażi tiegħu, jikkonsisti fl- installazzjoni ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi, tqegħid ta' kmamar tal-banju u tal-madum u l-ġibs. Fuq il-bejt qed isiru aktar xogħlijiet ta' restawr u estensjoni żgħira flimkien mal-installazzjoni ta' struttura tal-lift. Numru ta' pontijiet tal- azzar qed jiġu installati wkoll. L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Parroċċa Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu kienu ffirmaw ftehim biex il-Awtorità tal-Ippjanar tiffinanzja b'mod sħiħ, sa €347,000, għar-restawr taċ-Ċentru Santu Rokku fil-Belt Valletta. Iċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar, Vincent Cassar, qal "dan huwa proġett ieħor ta' suċċess li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiffinanzja. Dan il-bini prestiġjuż qabel kien jinsab fi stat pjuttost mwiegħra. Ir-restawr taċ-Ċentru Santu Rokku fil-Belt Iċ-Ċentru Santu Rokku, fil-Belt Valletta, għandu valur storiku u joffri spazju importanti fejn iż-żgħażagħ Beltin jissoċjalizzaw. Ir-restawr tal-bini dalwaqt ikun lest u dan bis-saħħa tal-Awtorità tal-Ippjanar li ffinanzjat bis-sħiħ il-proġett, permezz tal-fond għall-iżvilupp u l-ippjanar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020