Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543
23 attivitajiet illum • Il-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 Electronic Music Malta (EMM), li ilha torganizza l-festival Circuits sa mill-2016, ta' kull sena twassal fi gżiritna artisti tal-mużika elettronika, dawk li jagħmlu s-synthesisers u DJs minn Malta u minn madwar id-dinja. L-edizzjoni ta' din is-sena se tkun kemxejn differenti, imma mistennija tkun aktar eċitanti u inklussiva mill-edizzjonijiet ta' qabel. EMM taf il-bidu tagħha fl- 2015, meta grupp ta' produtturi Maltin tal-mużika elettronika ffurmaw organizzazzjoni volontarja u immedjatament daħlu fi ftehim ma' Spazju Kreattiv. "L-ewwel attività tagħna tellajnieha f 'Science in the City, fejn produtturi tal- mużika elettronika u DJs iddiskutew problemi relatati mal-espożizzjoni għal livelli ta' ħoss eċċessivi, u kif wieħed jista' jipproteġi s-smigħ tiegħu bl- aħjar mod," qal Edwin Balzan, Chairman u Direttur Eżekuttiv ta' EMM. "Minn dakinhar 'l hawn, bqajna norganizzaw medja ta' sitt avvenimenti fis- sena, li wieħed minnhom hu l-festival annwali li semmejnieh Circuits." Fl-ewwel edizzjoni tiegħu, Circuits kien limitat għal parteċipanti Maltin, imma maż- żmien kompla jikber. "Minn dawn ippruvajna nistiednu kemm stajna, billi waqqafna vetrini għall-artisti, organizzajna lectures dwar il-produzzjoni tal- mużika u mmaniġġjar tad-ditti diskografiċi," qal Balzan. "Kienet edizzjoni fejn esplorajna wkoll stili mużikali oħrajn, bħall- mużika klassika kontemporanja, kif ukoll strumenti oħra." Tina Camilleri, Segretarja tal- Bord ta' EMM, tiftakar li waqt l-ewwel edizzjonijiet ta' Circuits kienet sempliċement membru tal-udjenza. "Madankollu, niftakar ċar li kien hemm elementi ewlenin li qatt ma kienu jonqsu, bħall-aspett edukattiv. Dejjem ikun hemm lectures, installazzjonijiet dwar l-għanijiet ta' EMM, kif ukoll apparat li jippermetti interazzjoni mal-udjenza." Żiedet tgħid li l-imħabba ta' EMM għall-esperimentazzjoni bejn forom differenti ta' arti, kif ukoll l-elementi performattivi, minn dejjem kienu karatteristiċi importanti ta' Circuits. It-tmexxija ta' organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ għandha d-diffikultajiet partikolari tagħha, u filwaqt li l-aktar waħda pressanti hija n-nuqqas ta' fondi, EMM minn dejjem affaċċjat u ppruvat tegħleb l-isfida li tilħaq udjenza aktar wiesgħa. Il-komunità tal-mużika elettronika tibqa' dejjem waħda relattivament żgħira, minkejja n-numru kbir ta' avvenimenti li jorganizzaw kull sena. "Dan wassalna biex infasslu strateġija ġdida li qed tkun appoġġjata finanzjarjament mill-Kunsill Malti għall-Arti," qal Balzan. "Irridu nilħqu artisti u udjenzi lil hinn mill-isfera tal-mużika elettronika." Dan wassal proprju għall- għażla tat-tema ta' din is- sena għal Circuits, Lil Hinn miż-Żona Komda, fejn artisti tal-mużika elettronika se jingħaqdu u jikkollaboraw ma' artisti minn dixxiplini oħra. "Naħseb li EMM minn dejjem irrappreżentat il-fatt li x-xena u l-mużika elettronika mhumiex biss kultura underground misterjuża," spjegat Camilleri, li hi l-Koordinatriċi ta' Lil Hinn miż-Żona Komda. "L-organizzazzjoni tagħna hija wkoll dwar is-saħħa tal- kollaborazzjoni produttiva, l-esperimentazzjoni, li wieħed imur lil hinn mil-limiti personali u li jesperjenza l-mużika b'kull mezz possibbli." Il-fatt li l-edizzjoni ta' din is- sena se taħbat f 'nofs pandemija globali qanqal lil EMM biex taħseb b'mod kreattiv u tisfrutta bl-aħjar mod ir-restrizzjonijiet kurrenti. "Xi ħaġa li nnutajna kienet li aktar u aktar artisti bdew ifittxu li jgħinu lil xulxin u jaħdmu flimkien. Tista' tgħid li proprju hekk evolva l-kunċett tal-edizzjoni ta' din is-sena," kompliet tispjega. "Numru ta' artisti ħabbtu wiċċhom ma' gigs li kellhom jitħassru, u ridna nipprovdu mezz kif inżommuhom motivati billi jisfidaw lilhom infushom u joħorġu b'materjal differenti minn dak li s-soltu jikkreaw fl-istudios tagħhom jew jippreżentaw waqt l-avvenimenti." Filwaqt li se jkun possibbli li wieħed jattendi l-festival personalment, in-numri se jkunu ristretti skont il-protokolli tas-saħħa pubblika. Madankollu, se jkun hemm streaming online tal-avvenimenti kollha bl-użu ta' tagħmir awdjo u viżwali ta' kwalità għolja, biex b'hekk dawk interessati li jattendu, forsi għall-ewwel dewqa tagħhom tal-mużika elettronika, jistgħu jagħżlu li jagħmlu dan mill- kumdità ta' darhom. Il-festival Circuits irċieva għotja fuq tliet snin mill- Kunsill Malti għall-Arti taħt il-kappa tal-Investiment f 'Organizzazzjonijiet Kulturali, u huwa appoġġjat ukoll mill-German Maltese Circle u l-Istitut Goethe. Aktar informazzjoni rigward il-festival Circuits tinstab online fuq www. electronicmusicmalta.org. Pass lil hinn miż-żona komda tiegħek Circuits, il-festival popolari ta' kull sena tal-mużika elettronika, se jġib flimkien artisti minn diversi dixxiplini għal edizzjoni li għandha tkun l-aktar waħda inklussiva li qatt saret