Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 Carmel Bonnici Films dwar il-pjaneta Mars (1) Naħseb li kulħadd sema' bil-ktieb bestseller tal-1992, Men Are From Mars, Women Are From Venus, li dam jokkupa l-ewwel post fil-lista tal-bejgħ għal 121 ġimgħa sħaħ u li l-bejgħ tiegħu laħħaq il-15-il miljun kopja. L-awtur, John Gray Ph.D sostna li l-aktar relazzjonijiet komuni bejn raġel u mara huma r-riżultat ta' differenzi psikoloġiċi fundamentali kbar, tant li qabbel liż-żewġ sessi opposti ma' żewġ pjaneti tassew distinti. Ħafna ma qablux miegħu! Hu ovvju li dan il-psikologu, intiż fid- dixxiplina tal-meditazzjoni qabbel is-sess maskil ma' Mars għax din il-pjaneta hi msemmija għall-alla Ruman tal-Gwerra waqt li d-dinja l-oħra, Venus, tawha l-isem tal- alla mara Rumana tas-Sbuħija u l-Imħabba. Waqt li dwar il-Pjaneta Mars, matul is-snin ħarġu numru kbir ta' xogħlijiet ċinematografiċi, kif se naraw iktar 'l quddiem f 'dan l-artiklu, dawk abbinati ma' Venus huma ħafna inqas, fosthom First Spaceship On Venus (1960), is-Sovjetiku Planeta Bur (1962) (li semmewh Planet Of Storms fil-USA u Cosmonauts On Venus fil-UK), it-tnejn b'cast imħallat. Oħrajn b'cast predominanti femminili kienu, Queen Of Outer Space (1958), Women Of e Prehistoric Planet (1965) u Voyage To e Planet Of Prehistoric Women (1968) li ironikament kienu mmodellati fuq il-produzzjoni Russa tal-1962! Mars hija r-raba' l-aktar pjaneta 'l bogħod mix-xemx u t-tieni l-iżgħar fost is-sistema solari, wara Mercury. Ħafna jirreferu għaliha bħala l-Pjaneta l-Ħamra għaliex fdalijiet ta' ħadid fuq il-wiċċ tagħha jagħtuha dan il-kulur. Mars hija l-pjaneta li l-aktar tixbaħ lid-Dinja tagħna, b'atmosfera rqiqa u l-fatturi fil- wiċċ tagħha li jfakkru kemm fl- impatt tal-ħofor kbar tal-Qamar u l-vulkani, widien, deżert u silġ fit-trufijiet tagħha bħal dawk tad- Dinja tagħna. Il-perjodu tad-dawrien tagħha u ċ-ċiklu tal-istaġuni ta' Mars huma kważi simili ma' dawk tad-Dinja. Fuq Mars hemm l-akbar vulkan u t-tieni l-aktar muntanja għolja fis- sistema solari. Olympus Mons hu l-isem tal-vulkan u l-akbar wied jismu Valles Marineris. Iduru mal-Pjaneta l-Ħamra hemm żewġt iqmura, Phobos u Deimos li huma żgħar u ta' għamla mhux regolari. Ftit snin ilu, NASA ħabbret il-preżenza ta' nixxiegħa żgħira ta' ilma mielaħ fuq il-wiċċ ta' Mars. Fl-1965, fl-ewwel titjira ta' suċċess, minn ritratti meħuda minn Mariner 4, kien diġa' spekulat li kien probabbli li fuq din il-pjanetà jinstab l-ilma. Evidenza ġeoloġika miġbura mix-xjentisti tissuġġerixxi li darba Mars kellha kwantita' kbira ta' ilma. Fl-2005, informazzjoni miġbura mir-radar kixfet il-preżenza ta' kwantita' ta' ilma lejn it-trufijiet bis-silġ u fil- latitudnijiet tan-nofs. Minn vetturi spazjali bħal Spirit u Phoenix fl- 2007/2008 irriżulta li hemm l-ilma fil-ħamrija baxxa ta' din il-pjaneta. Is-seba' vetturi spazjali li waslu ħdejn Mars - ħamsa jduru magħha u tnejn niżlu fuq l-art tagħha - urew kif fix-xhur sħan hemm xi ilma li jnixxi. Qed isiru wkoll investigazzjonijiet dwar x'potenzjal hemm li tista' teżisti xi ħajja jew jekk qatt kienx hemm xi esseri jgħixu. Wieħed jista' jara lil Mars mid- Dinja b'għajnejh biss mingħajr il-bżonn ta' xi tromba, kif ukoll jilmaħ il-kulur ħamrani tagħha. Il-produtturi taċ-ċinema, meta beda jasal tagħrif li mill-pjaneti kollha tas-sistema solari tagħna Mars hi l-aktar waħda possibbli li tista' żżomm xi forma ta' ħajja, bdew jaħdmu films tax-xjenxa fittizja dwar vjaġġi għall-Pjaneta l-Ħamra u xi aljeni. Minkejja li nħadmu xi produzzjonijiet bħal Mars (1936) u s-serje ta' 15-il kapitlu ta' madwar 20 minuta l-wieħed - li kienu jintwerew kull ġimgħa qabel il-film propju - bl-isem ta' Flash Gordon's Trip To Mars (1939) (minn dan il- proġett ta'madwar sitt sigħat wara ħarġu film ta' 80 minuta jismu Death Ray From Mars), ma kienx qabel is-snin ħamsin li bdejna naraw kull tip ta' film tax-xjenza fittizja. Dawn kienu jiċċentraw ma' vjaġġi perikolużi għal din id- dinja mbegħda, aljeni strambi, kattivi jew ta' intelliġenza superjuri u anki attakki qawwijin minn Mars fuqna. Aktarx li din l-idea ġiet mill- ktieb tal-awtur Ingliż H. G. Wells, War Of e Worlds miktub fl-1898 u li nħadem film fl-1953. Frażi bħal din minn dan il-volum "Minds far superior to ourselves cast their envious eyes on Earth, and slowly but surely drew theIr plans against us" tat opportunita' tad-deheb lill-produtturi biex ifasslu films bi stejjer fantastiċi! Fis-snin ta' wara, l-idea ta' animożita' nbiddlet mill- produtturi u anki xi awturi u b'hekk rajna xogħlijiet serji bħal Robinson Crusoe On Mars, e Astronaut u r-riċenti u l-istupend e Martian. Fost il-films umoristiċi għall- familja kollha nsibu Christmas On Mars, Mars Needs Moms, Mars Needs Women u My Favourite Martian. Dokumentarji bħal Conquest Of Space u Stranded kienu mmirati għaċ-ċineasti aktar serji. Kellna wkoll il-film animat underbirds Are Go. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020