Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'Irrid nuri li l-politika tista' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista qed jiċċelebra 100 sena minn meta twaqqaf. Kif qed jiċċelebra dan l-avveniment partikolari? F'dan l-anniversarju speċjali rridu nimmarkaw il-kisbiet storiċi li mitt sena ta' partit taw lill-ġens Malti. Partit, li bi prinċipju dejjem ħadem għall-minoranzi sa minn meta anke l-istess partit kien fost il-minoranza. Minkejja li għaddew mitt sena, irridu nzommu quddiemna dejjem l-għan li ghalih inħloqna. Meta nibet dan il-partit, li ssemmi biss li trid teqred il-faqar anqas biss kienet titwemmen. Min kien jemmen dak iż-żmien li seta' jkollna edukazzjoni għal kulħadd, li tista'tipprovdi servizz tas-saħħa b'xejn lil kulħadd u toffri għixien diċenti. Dawn huma l-kisbiet li fuqhom inbena u ffurmaw lill-Partit Laburista. Matul din is-sena ma rridux biss niċċelebraw il-kisbiet, infakkruhom u nimmarkawhom, imma kif qed isir il- Partit qed iħejji għal futur tiegħu. Qed inħarsu 'l quddiem billi nġeddu l-partit fil-politika tiegħu u anke fl- operat. Liema tħoss li huma l-akbar kisbiet tal-partit f 'dawn il-100 sena? Liema tħoss illi kienu l-akbar difetti u żbalji? L-akbar suċċess tal-Partit Laburista kien li bena l-pern soċjali tal-pajjiż, mill-welfare state, għall-edukazzjoni obbligatorja u servizz tas-saħħa. Dan il-partit responsabbli għal passi kbar fl-ugwaljanza - bid-drittijiet lil mara li ġew b'reżistenza u anke liġijiet aktar riċenti li jippermettu lil kulħadd jgħix ħajtu mingħajr ma jkun diskriminat. Storja ta' mitt sena hija twila wisq biex fiha jiġri kollox tajjeb, imma n-nuqqasijiet tlemħu kull meta l-istatut u l-konferenza ġenerali ma baqgħux jagħtu d-direzzjoni. Il-Partit Laburista huwa tradizzjonalment - il-partit tal- ħaddiem, taż-żgħir u tal-vulnerabbli. Imma dan bil-kliem biss? Taħseb li għadu jista' jissejjaħ partit tal- ħaddiema llum? L-appoġġ elettorali li gawda f 'elezzjoni wara l-oħra jixhdu li bħala partit fil- gvern huwa l-partit ta' kulħadd. L-identità tal-partit li qabel kollox jagħżel li jwieżen liż-żgħir u lill-ħaddiem għadna konsonsanti magħha kif tixhed politika ekonomika mifruxa fuq snin li kkontribwixxiet ħafna għall-qabża li rajna fil-livell tal-għixien tal-maġġoranza tal-popolazzjoni. Il-ħaddiem gawda għax sab aktar xogħol u xogħol ta' kwalità u sforz tkabbir li s'issa ppermetta li jiġi sostnut u mwessa' programm soċjali b'saħħtu: minn ċentri ta' servizzi soċjali, għall-enfasi fl- akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, childcare b'xejn li fetaħ il-bieb għad-dinja tax-xogħol lil eluf ta' ommijiet u l-qabża li saret fis-servizzi tad-diżabilità. B'dan kollu flimkien ma' miżuri maħsubin kemm fl-isfond tal-pandemija u baġit wara l-ieħor, nara sforz ġenwin biex ħadd ma jibqa' lura. Jiena kburi nsejjaħlu l-partit tal- ħaddiem, kif dejjem għamilt. Il-Partit Laburista għadu miftuħ għal kull min huwa ta' rieda tajba? Għadek 'tista' ma taqbilx magħna, imma xorta tista' taħdem magħna? Jew issa saret 'min mhux magħna huwa kontra tagħna'? Is-suċċess tal-Partit Laburista kien li m'għalaqx il-bibien, anzi fetaħhom, sema' lin-nies u ma waqafx jisma' lin-nies lanqas mis-siġġijiet tal-Gvern. Kien il-partit li fittex ir-rikonċiljazzjoni, fittex id-djalogu mill-oppożizzjoni u mill-Gvern u l-messaġġ tagħna u s-sinjali li nibagħtu ċertament li huma ntiżi biex dik il-pożizzjoni ma tinbidilx. Il-Prim Ministru Robert Abela qed juri li l-partit u l-Gvern qed iżommhom miftuħin għan-nies minn kull sfera tas-soċjeta'. Minkejja l-avvanzi li saru għad hawn inħawi u persuni fil-politika li jemmnu fid-diviżjoni u jaħdmu attivament biex ikun hawn il-firda. Din l-istil ta' politika hija skaduta u għalhekk nemmen illi l-Prim Ministru qiegħed f 'pożizzjoni iktar b'saħħitha, għax iwettaq politika li lesta tisma', tirraġuna u fl-aħħar mill-aħħar jittieħdu deċiżjonijiet li huma mnebbħa biex jaraw pajjiż aħjar. Il-Partit Laburista kif qed iħares lejn l-organizzazzjoni tiegħu fil-futur. Jara futur għall-każini u Kumitati Lokali, per eżempju? Qed jesplora modi ġodda kif jikkomunika ma' ġenerazzjoni li qatt ma tmur każini u li tħossha diżilluża mill-politika? Il-mod kif nikkomunikaw u fejn nilħqu lin-nies inbidel. Irridu nkunu konxji li llum mgħandekx pjazza fiżika biss, imma għandek eluf ta' pjazez virtwali fejn issir id-diskussjoni. Irridu nkunu preżenti u nisimgħu anke f 'dak il-livell. Iva hawn persuni diżillużi imma miniex se nitfagħha fuq ġenerazzjoni jew oħra. Ir-realtà hija li xogħlna jrid ikun li nidentifikaw min qed iħossu diżilluż mill- politika u nikkonvinċuh/a b'azzjonijiet li nieħdu mhux bid-diskors. Min-naħa l-oħra, kull fergħa fil-Partit għandha l-importanza tagħha. Iċ-Ċentri lokali u l-kumitati lokali żgur mhux b'anqas. L-iskop u l-użu oriġinali tal-każini illum inbidel bħalma nbidlet il-ħidma kemm politika u anke soċjali li ssir mill- kumitati fil-lokalitajiet. Fl-istrutturi tal-partit bħalissa għaddejjin b'diskussjoni wiesgħa mal- istess kumitati sabiex ix-xogħol li jsir jibqa' jirrifletti l-bżonnijiet li jeżistu llum fuq bażi lokali u nġeddu l-mod kif naslu għand in-nies. Konxji wkoll li hemm nies li ftit tinteressahom il-politika. Għalina l-opinjoni ta' dawn in-nies hija importanti ħafna u qegħdin naraw li tal- inqas jifhmu l-ħidma tal-Gvern u l-Partit Laburista għall-ġid ta' kulħadd. M'hemmx għalfejn jifhmu u jinteressahom mill-politika, l-importanti li jifhmu li għandhom sehem u jikkontribwixxu fil-pajjiż mill-pożizzjoni tagħhom, hi x'inhi. Id-demografija tal-aħħar elezzjonijiet wriet li l-Partit Laburista qiegħed jasal għand il-ġenerazzjoni l-ġdida. Il-Partit beda jaħseb għall-isfidi elettorali li ġejjin? Kif se jaċċerta li jkollu kampanji effettivi u "jleqqu" bħal ma kellu fl-2013 u l-2017, fost oħrajn? Partit ma jistax jiddistakka wisq ruħu mill-ħtieġa li jerġa' jikseb il-fiduċja tal- F'għeluq il-100 sena tal-Partit Laburista l-gazzetta ILLUM staqsiet numru ta' mistoqsijiet lill-Kap Eżekuttiv tal-istess partit, dwar fejn jinsab illum - 100 sena wara - u fejn sejjer minn hawnhekk ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020