Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 tista' ssir tajjeb u b'integrità' maġġoranza fi ftit tas-snin. Dak hu l-qafas li rridu nilgħabu fih u min jara ħafna ġid f 'dan waqt li oħrajn jaraw id-deni. Fuq livell politiku widnejna miftuħin beraħ għar-rieda tan-nies, u komplejna nsaħħu u noħolqu strutturi ġodda biex la jasal il-ħin nersqu 'l quddiem bi programm b'saħħtu u relevanti. Il-lat finanzjarju jiddependi ħafna mill-membri u minn kemm jirnexxielna nżommu l-attività ħajja u n-nies qrib tal- Partit Laburista, inkluż fuq livell lokali. Meta nħares lejn is-suċċess li rnexxielna nagħmlu kull meta pubblikament dorna lejn in-nies għall-għajnuna finanzjarja, ninsab fiduċjuż ħafna f 'kampanja effettiva, u kif. Il-kampanji ħafna drabi ma jkunux ileqqu. Anzi jkunu sforz ħidma kollettiva ta' mijiet ta' nies. Forsi tinstema' cliche', imma mhijiex – l-ammont ta' voluntiera li jagħtu kollox waqt kampanja elettorali huwa kbir. Allura t-tlellix f 'kampanja ma jiġix mill- irfinar, imma jiġi minn kemm partit politiku għandu l-ħeġġa u n-nies it-tajbin li jaħdmu għal prinċipju. X'bidliet reali u tanġibbli qed iġib il-Mexxej Laburista preżenti Robert Abela? Minkejja dan iż-żmien diffiċli li għaddej minnu l-pajjiż partikolarment minħabba l-effetti tal-pandemija mad-dinja kollha, il-Prim Ministru xorta jagħti preżenza tiegħu fil-Partit u fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Isib ħin jiltaqa' ma' fergħat, isib ħin għall-parteċipanti ta' Lead u l-Fondazzjoni Ideat. Dak diġà jfisser ħafna u jagħti sens ta' koeżjoni. Għad illi huwa preżenti, huwa mexxej li jagħti l-ispazju għall-ideat ġodda u għad- djalogu. Fil-fatt fil-konferenzi ġenerali tal- fergħat taż-żgħażagħ u n-nisa ħarġu ideat ġodda għad-diskussjoni u hu kien preżenti u ħeġġeġ li dawn id- diskussjonijiet ikomplu jitwessgħu f 'dan il-partit ħaj bl-ideat. Inizjattiva wara l-oħra li se nkunu qed inħabbru fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jkomplu juru kif il-partit qed jiġġedded, qed jimmodernizza u qed ikompli jsib mezz kif jiftaħ beraħ il-bibien għall- membri, għall-attivisti u għal kull min għandu x'jikkontribwixxi. Il-midja tal-partit - bħall-midja tal-PN - għadha vijabbli? Issir diskussjoni jew ikun hemm min jipproponi l-għeluq tal-istazzjonijiet tal-partiti. Jekk il-PN jaqbel li jagħlaq in-Net, inti taqbel li l-PL jagħmel l-istess? Jiena nemmen fil-pluraliżmu. Niftakar żmien fejn il-Partit Laburista ma kellux biżżejjed fejn isemma' leħnu. Ma nara xejn ħażin li partit politiku jkollu fejn iwassal il-messaġġ tiegħu bħalma għandha kull dritt li tagħmel kull organizzazzjoni oħra fil-pajjiż. Sakemm il-partit u l-istazzjon ikun qed isegwi l-liġi tal-midja bħal bqija tal- operaturi, min jemmen fil-pluraliżmu u f 'demokrazija ma narax għaliex għandu jillimita l-libertà tal-espressjoni. Illum il-ġurnata hemm iktar minn mezz wieħed kif jitwassal il-messaġġ u xogħol partit politiku huwa li jwassal dak il-messaġġ. F'każ li mhux bi stazzjon, se ssir b'mezzi soċjali oħra kif isir fid-dinja kollha minn kull partit politiku. Stazzjon politiku taf liema naħa jxaqleb u allura hemm trasparenza fil-messaġġ li ħiereġ minn dak l-istazzjon. X'suċċess qed ikollhom inizjattivi biex iressqu kandidati ġodda lejn il- Partit Laburista? Proprju għax m'għalaqniex il-bibien u għax qegħdin niġġeddu bil-fatti u mhux bil-kliem, il-Partit Laburista għadu qed jattira lejh nies li jridu jħallu l-marka tagħhom fuq il-futur tal-partit stess u tal- pajjiż. Hija xi ħaġa li timlini b'ħafna kuraġġ u fiduċja meta nara li l-partit jattira lejh u jiġbor ammont sabiħ ta' żgħażagħ u nies ta' professjoni. Hija din il-kwalità u din ir-rieda li tagħmel il-miri possibbli. Dan juri li konna u għadna relevanti u viċin ħafna tal-pubbliku. X'inhu l-legat li trid tħalli bħala Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista? X'inhuma l-miri tiegħek u x'se tagħmel biex tilħaqhom? Qabel kollox irrid nuri li l-politika tista' ssir u ssir tajjeb, bl-integrità. Għalhekk se nibqa' nara li l-partit ikun eżempju ta' tmexxija finanzjarja u amministrattiva trasparenti. Jiena għext ħajti ta' attivist tal-Partit Laburista u nemmen li partit jibqa' jagħmel suċċess sakemm il-membri fi ħdanu jibqgħu iħossuhom fil-qalba tal- proġett. Fil-proċess ta' tiġdid qed insaħħu l-organi kollha tal-partit u nagħtu l-akbar spazju lill-membri biex jikkontribwixxu fil-partit tagħhom. Fuq kollox irrid nħalli partit Laburista rebbieħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020