Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'Dan huwa l-prezz li qed inħallsu għan- nuqqas ta' infermiera' Minkejja li l-Covid-19 tinsab magħna f'numri li qed jiżdiedu Paul Pace jgħid illi ftit aktar minn 260 infermier barrani li qed jistennew biex jibdew jaħdmu fl- isptar għadhom ma bdewx għax il-karti tagħhom għadhom ma ġewx ipproċessati minn Identity Malta ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Madwar 50 operazzjoni, u saħansitra f 'xi ġranet aktar, ġew ikkanċellati kuljum fl-aħħar tliet ġimgħat hekk kif numru ta' tobba minn teatri tal-operazzjonijiet kellhom jikkanċellaw listi tal- operazzjoni li kellhom jaħdmu fuqhom sabiex ikunu jistgħu jgħinu fl-ITU. Dan minħabba żewġ fatturi: Iż-żieda fil-pazjenti li kellhom jiddaħħlu l-ITU minħabba l-Covid-19 u n-nuqqas ta' infermiera b'mod ġenerali. Dan żvelah ma' din il-gazzetta l-President tal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace li saħaq illi sabiex dawn it-tobba - li fakkar illi m'humiex speċjalizzati għall-ITU u allura bilfors jeħtiġilhom superviżjoni - jkunu jistgħu jgħinu, qed jiġu kkanċellati madwar 11-il lista kuljum. Pace spjega illi kull lista jkollha numru ta' operazzjonijiet li dak it-tabib ikun se jagħmel bil-lista tikber jew tiċkien skont in-natura tal-operazzjoni. Ċerti listi ta' operazzjonijiet żgħar ikun fihom ħafna u ta' tabib li jkollu operazzjonijiet ikbar ikollu it. Pace qal illi kuljum qed ikun hemm 20 infermier fl-ITU "misluf " li qed ikun taħt superviżjoni ta' tabib speċjalizzat tal-ITU. Dan ifisser illi l-infermiera f 'dan il-unit qegħdin maqsumin: Dawk li huma tobba propji tal-ITU li qed jaħdmu fuq il-Covid-19 u dawk li qed jgħinu fil-parti tal-ITU fejn jidħlu l-każijiet li mhumiex Covid-19, li qegħdin ukoll jagħmlu s-superviżjoni. Paul Pace sostna illi minkejja li għalissa s-sitwazzjoni qed tiġi immaniġġjata billi jisselfu tobba li suppost qed jagħmlu xogħol ieħor f 'wards tal-Isptar, jekk in-numri tal- Covid-19 ikomplu telgħin u allura jogħla ċ-ċans li jiżdiedu l-pazjenti fl-ITU, l-isptar se jkollu problema. 15-il infermier, one-to-one suppost... Pace jispjega kif fl-ITU normalment jaħdmu 15-il infermier fi kwalunkwe ħin. Huwa fakkar illi f 'dan il-unit fejn pazjent ikun jeħtieġ attenzjoni akbar is- sistema hija fuq bażi one-to-one - jiġifieri infermier għal kull pazjent. Huwa qal illi kif inhi s-sitwazzjoni bil-Covid-19 ġieli qed jispiċċaw infermier għal tliet pazjenti. Per eżempju, sal-bieraħ nies fl-ITU kien hemm sitta li jfisser illi sitta, mill-15, iridu jkunu mal- pazjenti tal-Covid-19. Naturalment għandek l-ITU normali mbagħad fejn jidħlu persuni li jkunu f 'qagħda ħażina u għal darba oħra hemm bżonn infermier għal kull wieħed, f 'ċirkostanzi normali. Pace spjega li dan ifisser illi jekk il-pazjenti fl-ITU jitilgħu għal 20, numru li qal illi mhuwiex kompletament improbabbli bis- sitwazzjoni kurrenti tal-Covid, ikollok problema kbira ta' nuqqas ta' ħaddiema. 'Prezz għoli!' "Dan huwa l-prezz għoli li qed inħallsu bħala pajjiż għal nuqqas ta' infermiera. Per eżempju ħadna żewġ infermiera mir-Renal Unit darba minnhom biex ngħinu u minn dan il-unit telqulna erbgħa. Ara ma taħsbux li jiena niġġieled u nsemma' leħni għax, kif jgħidu, negattiv. Nitkellem għax hawn problema!" Huwa fakkar li man-numru ta' infermiera wieħed irid jiakar illi hemm il-leave u l-leave tal- mard ukoll. "Dawn mhumiex magni, jiġifieri kollox trid tieħu f 'kunsiderazzjoni." Kien is-Segretarju Ġenerali tal-MUMN Colin Galea li mal- ILLUM f 'Ġunju li għadda sostna li l-pajjiż għandu bżonn madwar 500 infermier ġdid f 'dak li jirrigwarda sptar u kull servizz li jaqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Hu kien ħeġġeġ biex 267 infermier barrani li qed jistennew biex jibdew jaħdmu Mater Dei, jingħatalhom il-permess ħalli jibdew. Ilbieraħ ma' din il-gazzetta Pace qal li dan ġarax, "u meta staqsejnihom fejn huma dawn l-infermiera qalulna għax Identity Malta għadha ma proċessatx il- karti! Tlieta biss daħlu." Huwa qal li apparti dan, anke infermiera barranin li ġew pajjiżna minn pajjiżi bħall-Indja qed jitilqu, "għaliex ma ninsewx ta," qal Pace, "aħna qed nikkompetu mal-Ewropa u anke dawn li ġew minn barra qed jitilqu." Mistoqsi x'tip ta' operazzjonijiet qed jiġu kkanċellati biex tingħata l-għajnuna fl-ITU Pace saħaq illi kull tip ta' operazzjoni qed tkun ikkanċellata. "Qed nikkanċellaw l-operazzjonijiet u għax m'għandniex biżżejjed infermiera qed ibati l-aktar il-pazjent għax qed inħalluh jistenna. U kif inhi s-sitwazzjoni mhux dejjem nafu kemm se nħalluh jistenna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020