Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 Gordon Cordina jisħaq li l-Gvern għandu jkompli jinċentiva l-infieq mill-Maltin f'Malta ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-ekonomista Gordon Cordina sostna mal-ILLUM illi sabiex jagħmel tajjeb għall-waqgħa fil- konsum u t-turiżmu, milqutin kif inhuma bil-pandemija tal- Covid-19, huwa importanti li fil-Baġit il-Gvern ikompli joħloq domanda lokali fost in-nies li jgħixu Malta stess. Il-qasam turistiku jibqa' wieħed batut immens jekk mhux kważi non eżistenti bħalissa, bl- ivvjaġġar minn pajjiż għall-ieħor jonqos minħabba l-imxija kif ukoll minħabba restrizzjonijiet fl- ajruporti. Huwa mistenni li l-Gvern jerġa jippubblika sett ieħor ta' vawċers, miżura li ntlaqgħet tajjeb ħafna minn negozji u li dawwret xi it ir-rota permezz ta' turiżmu intern fl-ewwel xhur tal-pandemija. Fil-kummenti tiegħu ma' din il-gazzetta Cordina saħaq illi minkejja infieq ħafna ikbar f 'miżuri bħall-Wage Supplement u anke l-vawċers ma jemminx li huwa żmien li jkunu introdotti taxxi ġodda. "Ikun ferm aħjar li l-Gvern isostni l-ekonomija u l-aspett soċjali u ambjentali bi spiża ogħla, imma fuq kollox iktar effiċjenti, għax il-ħela daż-żminijiet nifilħu inqas għaliha." €300 miljun inqas f 'pagi u profitti Mistoqsi biex fil-qosor jagħti l-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż bħalissa Cordina fakkar li s-somma ta' pagi u profitti f 'pajjiżna laħqet il- €5.4 biljun fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena: madwar €300 miljun inqas mis-sena l-oħra, iżda xorta iktar minn dak li l-ekonomija iġġenerat fl-2018. "Kif mistenni, l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' turizmu u konsum naqsu b'xi 30%, jiġifieri marru lura b'xi ħames snin. Magħhom marru lura l-agrikoltura u s-sajd." Cordina qal iżda li hemm setturi fejn in-negozju f 'pajjiiżna baqa' jiżdied tul dawn is-sitt xhur, inkluż dawk li għandhom x'jaqsmu mal-informatika, i-gaming, u proprjetà. Setturi oħrajn baqgħu stabbli. 'Il-Gvern irid jara li d-dejn ma jiżdiedx wisq' Dwar id-dejn tal-Gvern l-ekonomista Cordina saħaq mal- ILLUM illi meta mqabbel mad- daqs tal-ekonomija, kien it 'l fuq minn 40% sal-aħħar tal-2019, "imma dan hemm ċans li jikber bejn 6% sa 10% fis-sena, sakemm jinbidlu l-affarijiet. Pero' l-medja tal-Unjoni Ewropea hija madwar 80% u allura għandna spazju mhux ħażin fejn nimmanuvraw." Hu jwissi iżda biex tkun ipprattikata l-kawtela u jisħaq li xorta l-Gvern irid jara li d-dejn ma jiżdiedx wisq, "għax inkella jpoġġina f 'pożizzjoni dgħajfa meta niġu biex nattiraw investiment lejn pajjiżna fil-futur." U finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Gordon Cordina x'bidliet ekonomiċi jara li se tkun ħolqot il-pandemija. Huwa jgħid illi l-futur qrib "diffiċli tbassru" għalkemm jammetti illi t-triq għat-turiżmu mhux se tkun waħda faċli ħafna. "Biex it-turizmu jirkupra, hemm bżonn li mhux biss titfejjaq il-COVID fid-dinja, iżda wkoll li l-ekonomiji li minnhom inġibu t-turisti jirnexxilhom jirkupraw. Dan se jieħu ż-żmien u se jgawdu l-ewwel u l-aktar dawk l-ekonomiji li se jkunu l-iktar kompetittivi." Huwa temm jgħid illi għalhekk huwa importanti li Malta tkun fost dawn il-pajjiżi, filwaqt li l-Gvern ikompli jgħin dawk is-setturi li baqgħu stabbli jew inkella, saħansitra, kibru. "Nispera li biex nilqgħu għall-COVID, nagħmlu bidliet f 'ħajjitna u investimenti li jservuna għall-futur li xorta waħda kienu se jkunu meħtieġa. Investiment f 'turiżmu ta' inqas massa u iktar kwalità, użu ta' teknologija diġitali biex innaqqsu vjaġġar għalxejn, u emfasi ikbar fuq is-sostenibilita' ambjentali bħala pern li fuqu nibnu s-saħħa tal-ekonomija tagħna." ... imma l-ekonomista jwissi kontra żidiet kbar fid-dejn, xi ħaġa li jgħid illi tnaqqas l-kompetittività tal-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020