Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum X'qed jipproponu l-GWU u l-UĦM għall-Baġit? Trasport Pubbliku bla ħlas, First Time Buyers, ħlasijiet għal Ħdud u festi, vouchers u aktar. Ftit mill- proposti interessanti tal-GWU u l-UĦM għall-Baġit ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Għada jitħabbar il-Baġit għall-2021. Dan mhux l-ewwel baġit ta' din is-sena partikolari għalkemm huwa l-aktar wieħed importanti hekk kif se jkun qed iwitti t-triq għax-xhur li ġejjin li mistennijin ikunu diffiċli jekk mhux ħżiena ħafna għan-negozji - speċjalment dawk il-ħafna li jiddependu mit-turiżmu. Naturalment allura dawn se jkunu wkoll xhur diffiċli għal eluf kbar ta' ħaddiema f 'dawn is-setturi b'bosta jittamaw biss li għalissa jibqgħu jieħdu l-Wage Supplement li jammonta għal €800 qabel tinqata' t-taxxa hekk kif is-sitwazzjoni ta' cashflow tibqa' waħda prekarja. F'dan l-ispazju għalhekk se nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aktar proposti interessanti taż-żewġ unjins kbar fil-pajjiż, Il-General Workers Union u l-UĦM Voice of the Workers għal dan il-Baġit kruċjali għal eluf ta' impjegati u għal eluf ta' sidien u persuni li jħaddmu. Bonus, vouchers u Ħdud - proposti simili • Il-GWU u anke l-UĦM Voice of the Workers it-tnejn qed jipproponu li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jew inkella ħaddiema f 'oqsma "essenzjali" jingħataw bonus ta' darba bħala rikonoxximent • Iż-żewġ unjins qed jipproponu li jerġgħu jiġġeddu l-vouchers li kien ħareġ il-Gvern biex jgħin il-konsum fi stabbilimenti. Il-UĦM iżda qed tisħaq illi dawn il-vouchers għandu jkun hemm possibilità wkoll li jintużaw biex jitħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma li jkun hemm min waqa' lura fil-ħlas tagħhom minħabba nuqqas ta' dħul/cashflow. • Kemm il-GWU u anke l-UĦM qed jisħqu illi hemm bżonn li kull min iħaddem iħallas lill-ħaddiema rata doppja għal xogħol nhar ta' Ħadd. Fil- każ tal-GWU l-proposta hija wkoll biex għall-festi l-ħaddiema jitħallsu rata trippla, jiġifieri ta' kull siegħa jitħallsu tlieta. • Kemm il-GWU kif ukoll il-UĦM qed jisħqu li kull ħaddiem għandu jkun membru ta' trade union b'mod obbligatorju - miżura li kien wiegħed li se jwettaq dan il-Gvern f 'baġit u li ntlaqgħet b'oppożizzjoni minn dawk li jħaddmu. • Iż-żewġ unjins jaqblu fuq il-prinċipju ta' ħlas indaqs għal xogħol indaqs bejn ħaddiema tal-Gvern u tal-kuntratturi. Din ukoll hija proposta li ilha tissemma u li qatt ma ġiet impliment at a sa issa. Dan jesiġi li f 'post t a x - x o g ħ o l fejn hemm ħ a d d i e m a t a l - k u n t r a t t u r f 'diversi oqsma - bħal tindif, saħħa, sigurtà u aktar - il- ħaddiema tal-kuntrattur ikollu l-istess paga ta' dak tal-Gvern fl-istess livell. • Iż-żewġ unjins qed jipproponu illi t-trasport pubbliku għandu jkun mingħajr ħlas għall-passiġġiera - naturalment il-Gvern xorta jrid iħallas ta' dawn il-passiġġiera lill-kumpanija privata li tmexxi t-trasport pubbliku. • Il-GWU qed tippropponi li kull min ma għandux liċenzja tas-sewqan u għandu aktar minn 18-il sena għandu jingħata tallinja card b'xejn. Il-UĦM qed tipproponi trasport b'xejn lil kull ħaddiem. It-teleworking - jibqa' u aktar ... • Waħda mill-proposti komuni hija t-telework - għalkemm il-GWU tagħti it aktar dettalji dwar din il-proposta. Fil-fatt din il-unjin tispeċifika illi dawk li jaħdmu mid-dar għandhom ikunu ikkumpensati billi fejn meħtieġ: Titħallas parti mill-kera tad-dar tagħhom, ħlas parzjali tal- kont tad-dawl u l-ilma, ħlas għall-installazzjoni ta' linja tat-telefon, l-internet, VPN u arja kkundizzjonata, ħlas ta' għamara għall-uffiċċju u apparat elettroniku u finalment assessjar tar- riskju ta' fejn se jsir ix-xogħol. • Il-UĦM Voice of the Workers qed tgħid li l-iskema tat-telework għandha tkun permanenti u tieħu f 'kunsiderazzjoni aspetti bħal child care. • Il-UĦM Voice of the Workers qed tipproponi li tkun estiża l-iskema tal- First Time Buyers għal capping ta' €250,000 - li tkun tapplika wkoll għas- second time buyers. First time buyers ma jħallsux għall-metres tad-dawl u l-ilma filwaqt li garaxx ma jibqax jgħodd bħala proprjetà fl-iskema tal-First Time Buyers. • L-istess UĦM qed tipproponi taxxa - li ċertament jekk tiġi milqugħa se tiġi kkritikata ħafna - li hija ħlas fis-sena għall-proprjetà li tkun aktar minn ħames sulari, bit-taxxa tiżdied kull sular • Fid-dawl ta' aktar imwiet u proprjetajiet li waqgħu l-unjin qed tipproponi li flus minn multi li jingħataw lil min jikser regolamenti relatati mal- kostruzzjoni għandhom imorru f 'fond sabiex ikunu mgħejjuna l-vittmi ta' min ikun ġarrab ħsarat jew twaqqigħ tal-proprjetà. • Il-GWU qed tipproponi moratorji ta' mhux inqas minn sena fuq ħlas lura ta' self fuq djar • Il-GWU qed tipproponi li n-numru ta' sigħat li student jista' jaħdem qabel jitlef l-istipendju għandu jitla', minn 18 għal 25 siegħa. Moratorji, proprjetà u żgħażagħ Umbrella għal meta tasal ix-xita! • Il-GWU qed tipproponi - fid-dawl tal- Covid-19 - illi kumpaniji jibdew ikunu obbligati jkollhom finanzi li jgħinuhom u jservu bħal assigurazzjoni għal meta jasal il-maltemp ekonomiku jew jiffaċċjaw problemi. Il-unjin qegħda tipproponi li dawn irid ikollhom - fi flus kontanti jew assi likwidi - 75% tal-paga medja fuq dak il-post tax-xogħol. • Il-UĦM qed tipproponi li dak il-leave tal-mard li ma jkunx użat matul is-sena jiġġemma biex jintuża f 'każi ta' mard serju, meta impjegati jkollhom ikunu 'l bogħod mix-xogħol għal perjodu aktar twil ta' żmien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020