Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 Miriam Dalli u Clyde Caruana għall-Parlament - jieħdu post Joseph Muscat u Etienne Grech Miriam Dalli u Clyde Caruana se jkunu qed jirrappreżentaw lill- Partit Laburista fil-Parlament bħala Membri Parlamentari - wara co-option. Dalli se tkun qed tieħu post Joseph Muscat filwaqt li Caruana se jieħu post Etienne Grech. L-eks Prim Ministru rriżenja il-ġimgħa l-oħra minn Deputat wara illi rriżenja minn Prim Ministru f 'Jannar f 'nofs kriżi politika. Grech irriżenja din il-ġimgħa "għal raġunijiet personali." Il-co-option ta' Caruana setgħet issir bl-għażla diretta tal-Prim Ministru mingħajr ma jkunu ikkonsultati kandidati fuq id- distrett - kif fil-fatt ġara. Qrib ħafna - f 'termini ta' voti - ta' Grech fir-raba' distrett fil-fatt kien Andy Ellul. Imma l-fatt li Etienne Grech tela' b'elezzjoni każwali fissret illi ma kienx hemm bżonn ta' elezzjoni fid-distrett biex jimtela' postu. Kieku saret elezzjoni, kien probabbilment jitla' Ellul. Fil-każ ta' Muscat, li kien elett fit-tieni distrett fl-ewwel għadd, kien jeħtieġ li ssir elezzjoni fid- distrett. Minkejja dan, l-uniċi żewġ kandidati li setgħu joħorġu għal din l-elezzjoni, jiġifieri Mark Causon u Stefan Buontempo, iddeċidew li ma jikkontestawx. Għalhekk setgħet tkun eletta Dalli. Minflok Miriam Dalli fuq quddiem hemm Cyrus Engerer biex isir MEP f 'isem il-Partit Laburista. Fl-elezzjoni tal-2019 Miriam Dalli kienet kisbet l-akbar numru ta' voti mill-kandidati kollha ta' din l-elezzjoni. Fil-fatt hija kisbet 63,438 vot b'Roberta Metsola warajha imma b'ħafna inqas voti: 38,000 vot. Engerer kiseb 5,394 vot fl- ewwel għadd filwaqt illi wiret 2,200 vot minn Dalli li ġiet eletta mal-ewwel għadd. Qabel Engerer ġew eletti Alfred Sant li kiseb 26,592 vot fl-ewwel għadd u wiret 10,527 mingħand Dalli, Alex Agius Saliba li kien elett b'18,808 voti u li wiret 4,463 vot minn Miriam Dalli, filwaqt li r-raba' persuna li kienet eletta f 'isem il-Partit Laburista kienet Josianne Cutajar li ġiet eletta bi 15,603 voti fl-ewwel għadd u li wirtet 5,661 vot minn Dalli Min huma Dalli u Caruana? Miriam Dalli hija l-Viċi President tal-S&D. Il-magazine influwenti Politico sejħilha 'doer' u hi l-unika MPE mniżżla fil- Class of 2019 ta' Politico. Ingħatat it-titli tal-MPE tas-Sena fl-oqsma tal-enerġija u s-saħħa. VoteWatch Europe jikklasifikaha kemm-il darba bħala waħda mill-aktar politiċi influwenti fl-Ewropa. Dalli, avukat, iffukat il-ħidma tagħha fuq il-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u l-enerġija, is-saħħa fiżika u mentali, l-immigrazzjoni, il-green economy u blue economy, fost oħrajn. Clyde Caruana serva bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Caruana huwa gradwat fl-ekonomija u lettur fl-Universita' ta' Malta. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta' Chariman Eżekuttiv ta' Jobsplus qabel din il-ħatra. Caruana kien ukoll arkitett fis-sistema tac- childcare centres b'xejn li ġiet introdotta f 'pajjiżna fl-2014. ...u fuq quddiem għal MEP minflok Miriam Dalli hemm Cyrus Engerer Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jibda r-restawr tal-Knisja Arċipretali taż-Żurrieq b'investiment ta' €70,000 Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda r-restawr minn barra tal-koppla tal-Knisja Arċipretali ta' Santa Katerina fiż-Żurrieq. Dan il-proġett, li ser isir b'kofinanzjament ta' 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea, ser jiswa €70,000. Id-dettalji tal-proġett tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta' Malta Michael Pace Ross u mill-Arċipriet taż-Żurrieq Dun Karm Mercieca. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li matul ix-xogħol ta' restawr se titnaddaf il-ġebla tal-koppla u se jinbidel il-ġebel li ġarrab l-akbar ħsara, se jitneħħa l-membrane u se jiġi rrestawrat id-deffun, u se jiġu rrestawrati wkoll l-aperturi tal-injam. Il-knisja taż-Żurrieq, li nbniet fis-seklu 17, hi waħda mill-ewwel knejjes f 'Malta mibnija fuq stil Barokk u hi mogħnija b'diversi pitturi ta' Mattia Preti. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz ta' dan l-investiment il-Parroċċa taż-Żurrieq se tkun qed tippreserva l-wirt kulturali reliġjuż tagħha biex uliedna jkunu jistgħu jkomplu jgawdu dak li ħallewlna missirijietna. Dr Zrinzo Azzopardi saħaq li dan ix-xogħol ta' restawr se jkompli jsebbaħ il-lokalità taż-Żurrieq filwaqt li jippermetti li nkomplu nsaħħu l-prodott turistiku Malti biex nattiraw aktar turisti ta' kwalità li japprezzaw il-wirt imżewwaq ta' pajjiżna. F'isem il-parruċċani Żrieraq, l-Arċipriet Dun Karm Mercieca rringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, lill-Fondazzjoni Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta u lil dawk kollha li qed jagħtu sehemhom sabiex tiġi rranġata l-koppla u b'hekk il-knisja titħares mill-elementi. L-arċipriet awgura li l-arkitettura u l-arti ta' din il-knisja parrokkjali tkompli tkun espressjoni ta' fidi li ddawwal ħajjitna, partikolarment fiż-żminijiet diffiċċli li qed ngħixu bħalissa minħabba l-pandemija. Michael Pace Ross qal li dan il-proġett, li se jiġi jiswa madwar €70,000, ma kienx ikun possibbli li kieku l-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, ma ħadmux flimkien. Ħabbar li r-restawr fuq il-koppla taż-Żurrieq mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla. Qal li dan il-proġett ta' restawr hu wieħed mit-32 proġett ta' konservazzjoni u restawr li l-Arċidjoċesi ta' Malta qed twettaq f 'diversi parroċċi permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020