Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Trinity Pharmacy, Marsa Pinto Pharmacy, Qormi Marrit Pharmacy, Fleur De Lys Charing Pharmacy, Pietà Lourdes Pharmacy, San Ġwann Harley Pharmacy, Sliema St. Michael Pharmacy, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta St. Paul's Bay Pharmacy, San Pawl il-Baħar Theresa Jo Pharmacy, Tarxien Alpha Pharmacy, Fgura Bellavista Pharmacy, Marsascala Medicaid Pharmacy, Gudja Bronja Pharmacy, Żurrieq Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ St. Anthony Pharmacy, Rabat Castle Pharmacy, Victoria, Gozo Vella Pharmacy, Nadur, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 3 għal 4 li jdur mit-Tramuntana għall-Grigal lokalment forza 2 L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ Temp Sabiħ li jsir ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Proġett ta' €3.3 miljuni għar- rijabilitazzjoni ta' Wied il-Għasel Fil-bidu ta' Ġunju li għadda ngħata l-bidu għall-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Għasel fil-limiti tal-Mosta u tan-Naxxar, it-tieni l-akbar wied f 'Malta, bi spiża li mistennija tilħaq €3.3 miljun. €2 miljuni minnhom huma finanzjament min-naħa tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur bil-kumplament ġejjin mill-fondi ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett, li l-implimentazzjoni tiegħu hija f 'idejn Parks Malta, entità fi ħdan il-Ministeru għat- Turiżmu u l-Protezzjoni tal- Konsumatur, mistenni jitlesta sa tmiem is-sena li ġejja. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall- Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru parti mill-wied fejn għaddej ix-xogħol. L-ewwel xogħol li sar kien ir- restawr tal-ilqugħ tal-ilma li kien diġà jeżisti filwaqt li nbeda x-xogħol biex jitneħħew madwar 45,000 metru kubu ta' materjal li nġema' fil-wied tul is-snin. Sadanittant inbeda x-xogħol biex jinbnew sitt ilqugħijiet ta' ilma li għandhom żewġ għanijiet, li jiżdied il-potenzjal li jkun assorbit aktar ilma tal-pjan u li jnaqqas kemm jista' jkun il- possibbiltà ta' għargħar fiż-żona agrikola ta' Burmarrad. Għaddej ukoll xogħol fuq ir- restawr tal-ħitan tal-ġnub tal- wied, ir-restawr ta' ħitan tas-sejjieħ u t-tneħħija ta' siġar u ta' pjanti invażivi. B'riżultat ta' dan se jkun qed jinħoloq spazju biex jitħawlu aktar minn 800 siġra indiġina u it inqas minn 3,000 arbuxell. Dan ix-xogħol se jkun qed jinkludi wkoll l-installazzjoni ta' sistema ta' irrigazzjoni. "Minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna, il- pajsaġġ li għandna u l-widien tagħna għandhom ħafna x'joffrulna. Hija l-intenzjoni tagħna li postijiet bħal dawn jitgawdew kemm jista' jkun mill-familji Maltin u Għawdxin. Għal dan l-għan, f 'kull wied, inkluż f 'Wied il-Għasel, se jinħolqu spazji u faċilitajiet fejn ikunu jistgħu jsiru picnics filwaqt li tul il-passaġġi se jkun hemm ukoll bankijiet. F'dinja mgħaġġla bħal din li qed ngħixu fiha huwa tassattiv li l-familji jfittxu żvog f 'ambjent sigur u san. Il-widien tagħna għandhom iservu għal żvog bħal dan u ninsabu kommessi li nipprovdu dawn il-faċilitajiet", qalet il-Ministru Farrugia Portelli. "Il-proġett ta' Wied il-Għasel mhux l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu. Permezz ta' Parks Malta qed nagħtu dehra ġdida lil diversi widien, kif juru x-xogħlijiet li saru f 'Wied Għomor, fil-limiti tas-Swieqi u ta' San Ġwann, Wied Garnaw f 'Santa Luċija, Wied il-Fiddien fir-Rabat u Wied ir- Rum f 'Ħad-Dingli. Huwa proġett immirat għall-widien kollha f 'Malta u Għawdex", ikkonkludiet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li ll-widien huma parti importanti mill-pajsaġġ Malti, mhux biss għax jagħtuna pulmun fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna iżda għax għandhom ukoll funzjoni importanti għall-ħażna u għall- immaniġġjar tal-ilma tax-xita. "Għalhekk ninsab kburi u kuntent li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettaq it-twessigħ tal-wied filwaqt li jtejjeb u jsebbaħ l-infrastruttura tal-wied f 'dan il- proġett importanti li mhux biss se jwassal biex ikollna inqas ħela tal- ilma iżda se joħloq ukoll aċċessi aħjar għall-bdiewa tal-inħawi u faċilitajiet għar-rikreazzjoni fil- kampanja, bħal passaġġi għall- mixi u picnic areas. Fl-aħħar mill- aħħar dan il-proġett se jagħti lil Wied il-Għasel il-ġieħ li jistħoqqlu. Jeħtieġ li naħdmu flimkien biex nikkonservaw il-widien tagħna u naraw li l-infrastruttura tagħhom għadha adekwata għall-ħtiġijiet tal- klima u tal-pajsaġġ Malti". Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll l-uffiċjal inkarigat mill-Valley Management fi ħdan Parks Malta, Alex Borg Galea, flimkien mad- direttur Ivan Farrugia li spjegaw fid-dettall ix-xogħlijiet li diġà saru hawnhekk. Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku tal-Mosta Romilda B. Zarb u membri oħra mill-kunsill. Il-konferenza tal-aħbarijiet f'Wied il-Għasel

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020