Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Il-MAM tfaħħar il- miżuri li ħa l-Gvern imma twissi kontra 'infurzar superfiċjali' Appell għall-infurzar u twissija ta' nuqqas ta' infermiera fl-ITU għal numri kbar ta' pazjenti L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) innutat illi x-xejra 'l fuq ta' każi u persuni li qed ikollhom jiddaħħlu l-isptar se jwasslu "b'mod inevitabbli għal aktar imwiet. Sfortunatament l-agħar għadu ġej," twissi l-MAM. Għalhekk dwar il-miżuri mħabbrin il-Ġimgħa filgħaxija mill-Gvern l-assoċjazzjoni sostniet illi filwaqt illi tilqa' l-miżuri, li tgħid illi kollox ma' kollox jirriflettu dak li kienet ilha tinsisti minn Awwissu, "nibqgħu mhux konvinti dwar ir- rieda li jsir infurzar." Kien hawn li l-MAM sostniet illi miżuri superfiċjali fil-fatt waslu biex il-virus jinfirex b'mod qawwi u mhux rażżnuh. "Infurzar superfiċjali flimkien ma' multi superfiċjali jew li jinħafru wasslu għal attivitajiet tal-massa f 'postijiet bħal Belt Valletta u Paceville," wissiet il-MAM. Hija qalet illi l-għeluq tal-istabbilimenti fil-11:00 p.m mhi se jkollha ebda impatt filwaqt li l-multi ta' €800 huma baxxi wisq u ma jawgurawx tajjeb. L-Assoċjazzjoni qalet illi l-attitudni tal-Gvern ta' business as usual u normalità "falza" wasslet għal riżultati ħżiena u "numru rekord ta' każi li jfisser illi kemm is-saħħa kif ukoll l-ekonomija Maltija sofrew bil-kbir." Il-MAM ikkritikat ukoll l-ittestjar fl-ajruport bi 15-il test kuljum, xi ħaġa li l-MAM qalet li hija superfiċjali wkoll, għalhekk ipproponiet li kull passiġġier li jasal Malta jkun ittestjat minflok. Il-MAM laqgħet il-miżura tal-maskri u ħeġġet biex ikunu promovut aktar it-telework. Il-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) appellat għall-infurzar u lill-pubbliku biex isegwi r-regoli li huma relatati mal-Covid-19 għax sostniet li ż-żieda fil-każi tal-Covid-19 kuljum "żgur li se jkollha impatt negattiv fl-isptarijiet, inkluż fil-kura primarja, djar tal-anzjani u l-Isptar Mater Dei." Il-unjin fakkret li żieda fil-każi tfisser aktar nies fl-isptarijiet biċ- ċans li tiżdied l-imxija fi strutturi tas-saħħa wkoll. L-MUMN qalet illi l-pressjoni kbira fuq l-infermiera, speċjalment fl-ITU, diġa' qed tħalli l-effett tagħha u fakkret illi ma hemmx biżżejjed infermiera mħarrġa fl-ITU għal numri kbar ta' każi. "Mhuwiex biss in-numru ta' sodod li huwa importanti fl- ITU. Kull sodda jeħtieġ ikollha infemiera speċjalizzata li tagħti kura intensiva u tuża ventilators." Għalhekk l-MUMN talbet għal laqgħa mat-tmexxija tal-Isptar Mater Dei biex din il-kwistjoni tkun diskussa. Temmet tfakkar li numri kbar ta' każi hija "katastrofika" għas-sistema tas-saħħa u għall- ekonomija wkoll. ARA PAĠNA 1 u 6 Il-każi ta' Covid-19 jiżdiedu bil-kbir b'204 każi ġodda f'24 siegħa Il-każi ta' Covid-19 f 'pajjiżna komplew bix-xejra 'l fuq b'ġimgħa rekord ta' każi ġodda ta' coronavirus. Ilbieraħ irriżultaw rekord ta' każi b'204 każi ġodda, numru bla preċedent minn meta faqqgħet il-pandemija f 'Marzu u d-doppju tan-numri li kienu qed jiġu rreġistrati fl-aħħar jiem. Dan ifisser illi f 'ġimgħa Malta kellha 905 każi ġodda. Is-Sibt li għadda Malta kellha 100 każ ġdid, il-Ħadd 95, it-Tnejn 68, it-Tlieta 93, l-Erbgħa 111, il-Ħamis 112, il-Ġimgħa 122 u s-Sibt 204 akażi ġodda. Intant fl-istess 24 siegħa fiequ 42 persuna li allura jfisser illi t-total ta' każi attivi tela' għal 1,257. Matul l-istess ġimgħa fiequ b'kollox 269 persuna minn dan il-virus hekk kif: Is-Sibt li għadda fiqu 221, il-Ħadd 30, it-Tnejn 14, it-Tlieta 31, l-Erbgħa 52, il-Ħamis 42, il-Ġimgħa 36 u llum 42. In-numri għolja tal-bieraħ jiġu wara konferenza lbieraħ illi fiha l-Prim Ministru Robert Abela illi matulha insista li "s-sitwazzjoni hija taħt kontroll." Hu ħabbar miżuri ġodda: Maskri li jeħtieġ jintlibsu kullimkien u bars u każini se jibdew jgħalqu fil-11 p.m.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020