Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 23

02 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum Azzopardi jħalli lil kulħadd fid-dlam dwar l-intenzjonijiet tiegħu hekk kif jinsab fuq quddiem għas-siġġu ta' Scicluna ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista jista' jkollu l-inkwiet fis-seba' distrett li jinkludi lir-Rabat u Ħaz-Żebbuġ, hekk kif l-eks Kunsillier Laburista li spiċċa ħażin mal-partit wara li dan ma ħalliehx jikkontesta - Charles Azzopardi - għadu qed iżomm is-silenzju dwar x'se jagħmel fuq l-elezzjoni każwali li se ssir minħabba r-riżenja ta' Edward Scicluna minn Ministru u sussegwetement Deputat. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif Azzopardi kien qed jiġi investigat fuq akkużi ta' miżapproprijazzjoni, korruzzjoni u nepotiżmu f 'xogħol li kien sar mill-Kunsill tar-Rabat. Il-gazzetta rrappurtat kif is-Sindku tar-Rabat Malta, taħt investigazzjoni mill- Pulizija dwar allegazzjonijiet ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi. Diversi direct orders lill- handyman u l-familjari tiegħu u każ ta' ristorant ta' ikel Ċiniż (Wenzhou) imqabbad jagħmel xogħol fiċ-Chadwick Lakes - li lanqas biss jaqa' fil-fruntieri tal- Kunsill Rabti. Mal-ILLUM Azzopardi kien saħaq illi mhux hu qed ikun investigat imma l-Kunsill kollu u insista li dan hu attakk ikkordinat mill-Partit Laburista. Huwa kien deher ukoll fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista u għal xi żmien kien hemm ukoll diċċeriji li se jissieħeb jew isir attiv fil-PN, xi ħaġa li ma ġratx. Il-problema tal-Partit Laburista hija li Azzopardi - jekk jitfa' ismu kif għandu kull dritt jagħmel għal din l-elezzjoni - jinsab fuq quddiem biex ikun elett min Scicluna minħabba l-voti li kiseb, hekk kif kien kważi ġie elett fl-aħħar elezzjoni ġenerali u minħabba wkoll il-kunjom. Il-fatt li kunjomu Azzopardi ifisser li apparti l-voti tiegħu huwa jkun gawda aktar minn dawk li jissejħu 'donkey votes' - jew voti li jingħataw minn fuq sa isfel f 'ordni kronoloġika. L-ismijiet fin-naħa ta' fuq tal- lista dejjem igawdu aktar minn dawn il-voti. Azzopardi kiseb 584 vot fl- ewwel għadd, li huwa inqas minn Gavin Gulia li kien kiseb 848 vot, imma kien l-aktar kandidat b'saħħtu f 'termini ta' wirt biex waqa' l-aħħar minn Gulia u Pullicino Orlando, fit-23 għadd b'2,179 vot. Gulia waqa' fil-21 għadd b'1,569 vot u Pullicino Orlando waqa' fit- 18-il distrett b'1,040 vot. SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Floriana Vivien Pharmacy, Marsa Pinto Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara Tony's Pharmacy, Gżira San Giorgio Pharmacy, Pembroke Victor's Pharmacy, Sliema St. Michael Pharmacy, Lija Mġarr Pharmacy, Mġarr St. Paul's Bay Pharmacy, San Pawl il-Baħar Fleming Pharmacy, Paola Milia's Pharmacy, Birgu San Ġwakkin Pharmacy, Marsascala Green Cross Pharmacy, Żejtun Chrysanthemum Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi St. Anthony Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ Temp Sabiħ li jsir ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent forza 5 għal 6 li jdur mill-Punent Lbiċ. Mal-lejl isir forza 4 għal 5 Baħar Moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 9˚Ċ Temp Ftit imsaħħab għall-ewwel, li jsir pjuttost imsaħħab bil- ħalbiet iżolati tax-xita. Mal-lejl isir sabiħ Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Punent Lbiċ forza 5 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq -

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021