Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum 'In-nuqqas ta' trasparenza fil-pitkalija qed twassal MARIANNA CALLEJA Is-sena 2020 kienet sena inkwetanti għal-bosta speċjalment għal dawk li sabu diversi ostakli fid-dinja tax-xogħol. Aparti l-qlubija tal- infermiera, it-tobba u l-istaff mediku kollu wieħed jrid jonora ukoll setturi oħra li jaf huma sottovalutati f 'żminijiet iebsa bħal dawn. Fosthom insibu l-bdiewa, li kellhom ilaħqu mad-domanda tal-poplu li xi drabi sab ruħu imsakkar f 'daru. L-ILLUM tistaqsi, x'inhuma uħud mill-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa? L-iktar rwol bażiku tal- agrikoltura hu dak li tipprovdi materja prima iżda fil-verita l-agrikoltura, b'mod speċjali il-biedja, għandha rwoli multi- funzjonali. Fosthom nistgħu nsemmu l-importanza ambjentali fejn jidħol id-diossidu tal- karbonju u anke l-immaniġjar tal-ilma. Il-biedja hi importanti ukoll fejn jidħlu t-tibdil tal-klima u t-tniġġiż. L-ambjent u l-agrikoltura jmorru id f 'id, meta jseħħ tibdil fil- klima, huma jbatu l-iktar malajr u bl-iktar konsegwenzi ċari. Jekk ma jsirux bidliet attivi, l-impatt tat- tibdil fil-klima fuq l-agrikoltura, jnaqqas l-ekonomija tal-pajjiż u eventwalment jeqred il-provvista tal-ikel. Hu għalhekk li ssib nies li jgħidulek li biex ikollok idea aħjar dwar fejn se tispiċċa l-umanita, wieħed għandhu jħares lejn l-agrikoltura. Id-Deputat Direttur tal-Isitut għall-Agrikoltura, l-Akwatiċi u x-Xjenzi tal-Annimali fi ħdan l-MCAST, kif ukoll il-koordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg tkellem ma' din il-gazzetta rigward l-importanza tal-biedja u anke dwar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa. 'Jekk niddependu fuq il-poltika ta' pajjiżi li jagħżlu li ma jridux jesportaw ikel allura nispiċċaw bil-ġuħ' Mal-ILLUM Borg jgħid li l-għan tal-agrikoltura f 'Malta hi li l-Maltin ma jiddependux kompletament minn prodotti barranin. "Wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-ikel lokali huwa aktar nutrittiv mill-biċċa l-kbira tal-ikel importat għax jinħasad fl-aqwa tal-istaġun. Frott importat ħafna drabi jinħasad barra mill-istaġun u mbagħad jintbagħat madwar id- dinja, u jikkawża deterjorament fil-kontenut tan-nutrijenti. Ma ninsewx ukoll li x-xiri lokalment jippermetti lin-nies igawdu d-diversità tal-ikel staġjonali. Prodott organiku u lokali fih konsiderevolment aktar nutrijenti minn prodotti importati mixtrija mill-maħżen. Malcolm Borg ikompli billi jispjega d-diversi rwoli li kellha l-biedja waqt il-pandemija. "Matul dan iż-żmien, ħafna pajjiżi għażlu li ma jesportawx ikel ħabba r-riskju li jkompli jinfirrex il-virus." Borg infatti jenfasizza li "jekk niddependu fuq il-poltika ta' pajjiżi li jagħżlu li ma jridux jesportaw ikel allura nispiċċaw bil-ġuħ", hawn jidħol l-irwol tal- bidwi li flimkien mas-sajjied u r-raħħal, kellu joħroġ jaħdem u jaħseb għal-ikel. 'L-ikbar problema li nsibu fil-pitkalija hi n-nuqqas ta' trasparenza' Meta l-gazzetta l-ILLUM saqsiet lil Malcolm fuq l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa, hu qal "Il- bdiewa jiltaqgħu ma' bosta ostakli iżda l-akbar tliet sfidi huma s-suq, ir-riżorsi u l-ilma". L-ewwel problema hi s-suq. Dan għaliex il-bidwi qed jitlef ammont kbir ta' profitt meta jiġi biex ibiegħ il-prodotti tiegħu, ifakkar Borg. Hu jkompli jgħid illi ħafna mill- bdiewa jagħmlu użu mil-pitkalija li sservi bħala sensar bejn il-bdiewa u x-xerejja. "L-ikbar problema li nsibu fil-pitkalija hi n-nuqqas ta' trasparenza" qalilna Malcolm. In- nuqqas ta' trasparenza fil-pitkalija mhux talli twassal għal nuqqas ta' profit għal bdiewa talli ukoll tinkoraġġixxi l-ħela ta' frott u ħaxix. Tajjeb li nsemmu li fil-bidu ta' Lulju tal-2020, beda l-proċess sabiex tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-Pitkalija. Din ir-riforma tinkludi li kull prodott li jidħol fil-pitkali jiġi mmarkat ta' liema bidwi hu l-prodott u xi kwantità u kwalità għandhu l-prodott. Din se tkun qed iseħħ biex jonqos l-abbuż flagranti fuq il- bdiewa. Fi kliem il-Ministru mill-Agrikoltura, Anton Refalo, "B'din ir-riforma ser nieħdu ħsieb Dan l-aħħar smajna ħafna dwar art, għelieqi u biedja taħt theddida. Imma l-isfidi tal-bdiewa llum x'inhuma? It-tant mwiegħda riforma fil-Pitkalija saret? Għalfejn dan id-dewmien kollu? L-ILLUM titkellem ma' Karl Scerri u Malcom Borg... Malcolm Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021