Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 twassal għal ħela u telf ta' dħul għal bdiewa' li naraw li l-bidwi u l-prodotti tiegħu li jdaħħal fil-pitkalija iġibu il-prezz ġust tiegħu." 'Il-bdiewa qed jipprovdu prodott frisk iżda l-konsumatur qed iffitex il-konvenjenza' Problema oħra relatata mas- suq hi meta konsumatur ifittex biex jixtri ħaxix u frott għal-ikliet tiegħu, qed ifittex biex jeħles billi jixtri ħaxix u frott friżati. "Il- bdiewa qed jipprovdu prodott frisk iżda l-konsumatur qed iffitex il- konvenjenza". Jaf bil-ħajja mgħaġġla tagħna wieħed iffittex li jeħles meta jkun qed isajjar iktar milli jieħu ħinu. Dan qed iwassal biex id-domanda għal-ħaxix u frott lokali tkun inqas kumparata ma' prodott barrani. 'Ir-raba qed jiġi moħli għax qiegħed f'idejn żbaljati' Ir-riżorsi wkoll huma problema oħra. F'pajjiż fejn bdiewa ġodda qed jokorbu għal-art, issib li "r-raba qed jiġi moħli għax qiegħed f 'idejn żbaljati", qalilna Malcolm Borg. Hu spjegalna li l-art mhux biss qed titieħed mill-Gvern għal-proġetti ta' infrastruttura u konstruzzjoni iżda wkoll qed titieħed imma mhux għal raġunijiet ta' biedja kummerċjali. Malcolm saħaq li ssib familji li jirtu l-art mill-antenati tagħhom u għalkemm għandhom id-dritt li jagħmlu biha li jridu, fl-aħħar mill-aħħar tkun qed tinħela meta ma tkunx qed tinħadem. Malcolm jesprimi d-dispjaċir tiegħu billi jsemmi n-numru ta' bdiewa ġodda, fosthom żgħażagħ, li jibku biex isibu art li jistgħu jaħdmu. Hawn hu jtemm billi jgħid li rridu nagħmlu l-aċċess għal-art aktar faċli biex bdiewa stabbiliti jkomplu jaħdmu bla diffikultà u bdiewa ġodda ma jaqtgħux qalbhom jiorixxu f 'dan is-settur. 'Il-bidwi juża' ilma ħelu għall- prodotti tiegħu, iżda issa qed ikollu jagħmel użu mill-ilma mielaħ' L-aħħar sfida li tkellem fuqha Malcolm Borg hi dik tal-ilma. Hu stat ta' fatt li l-bdiewa jagħmlu użu mill-ilma biex isaqqu l-prodotti tagħhom. Malcolm jgħidilna li "l-bidwi juża' ilma ħelu għall-prodotti tiegħu, iżda issa qed ikollu jagħmel użu mill-ilma mielaħ". Kompla jispjega li ħafna jużaw l-ilma tal-bjar u l-problema hi li x-xita f 'Malta hi skarsa u bir mhux jimtela bl-istess rata li l-bidwi jtella l-ilma minnu. Malcolm jispjega li l-Gvern prova jgħin billi joħloq is-sistema ta' 'New Water'. Dan hu ilma tad- drenaġġ li jiġi ffiltrat sew tant li jirriżulta f 'ilma ta' kwalità għolja li huwa sigur għall-ambjent u għall-użu mill-pajsaġġ agrikolu. "Dan il-pass kien ta' għajnuna għal-ħafna iżda issa qed ninotaw diskriminazzjani bejn il-bdiewa minħabba li din is-sistema qed tiġi implimentata biss f 'ċertu partijiet tal-pajjiż" spiċċa Malcolm. 'Il-bdiewa l-anzjani qed jirtiraw u ħadd mhu jieħu posthom' Meta mistoqsi fuq jekk iż- żgħażagħ humiex imħajra biex jidħlu fis-settur tal-agrikoltura, Malcolm wieġeb li dik hi sfida weħidha. "Il-bdiewa l-anzjani qed jirtiraw u ħadd mhu jieħu posthom". L-akkademiku Borg spjega li hemm differenza bejn bdiewa żgħar u bdiewa ġodda. Dan għaliex qed l-għaqda qed tiltaqa' ma' bdiewa ġodda li mhumiex żgħar fl- eta' u li kienu jaħdmu f 'setturi oħra qabel ma tħajjru jidħlu għal-biedja. Minn naħa l-oħra qed niltaqgħu ma' żgħażagħ li qed jaħdmu art li wirtu u li kienet maħduma ġenerazzjoni wara l-oħra. Hu jkompli billi jgħid li kull settur għandu l-problemi tiegħu, iżda tista' tinnota li wieħed jippreferi jagħżel setturi li jimlew il-bwiet b'inqas xogħol manwali, b'inqas riskju u b'inqas tbatija. Malcolm Borg saħaq li s-settur tal-agrikoltura diġà mexxa l-quddiem taħt l-għajnuna tal- Ministeru tal-Agrikoltura iżda hemm ħafna iktar x'jsir. Hu kompla billi jgħid li jekk irridu s-settur tal- biedja jkompli jissaħħaħ "irridu inserrħu moħħ il-bdiewa tagħna rigward is-suq speċjalment meta jkollu jikkompeti ma' prodott barrani. Hu tkellem ukoll fuq kif nistgħu ngħinu bdiewa ġodda billi nagħmlu strateġija tad-dħul u b'hekk inħajjruhom jaħdmu f 'dan is-settur." Tajjeb li wieħed iżomm f 'moħħu li l-aktar tliett pillastri importanti fil-biedja li huma l-art, l-ilma u l-bexx, ma jaqgħux taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura. Hu temm billi fakkar li l-bidwi qiegħed hemm biex jipprovdi servizz lil-pubbliku u mhux għal- gost. Malcolm Borg saħaq li xi drabi,"m'għadniex inħossu l-polz tal-bdiewa". 'Donnu kullħadd nesa' li biex bidwi jew raħħal jlaħħaq mad-domanda, irid jipjana kollox minn xhur qabel' Il-gazzetta l-ILLUM ħasset ukoll l-importanza li tagħti vuċi lir-raħħala tagħna, b'hekk tkellimna ma' wieħed mill-amministraturi tal- fondazzjoni MaYA u raħħal full-time, Karl Scerri. Karl qallilna li waħda mill-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom ir-raħħala fiż- żmien il-pandemija hi l-kwarantina. Hu spjegalna li meta raħħal kellu jisakkar ġo daru bi kwarantina nħolqot problema enormi għax ħadd ħliefu ma' seta' jagħlef l-animali. Hu għalhekk li l-Gvern kellu jagħmel xi tip ta' aġġustament fil-liġi tal-kwarantina. Madankollu, apparti l-isfidi bħal l-imaniġġjar tal-art fejn wieħed isib art moħlija li tiġi mibjugħa b'prezzijiet wisq għolja hemm ukoll sfidi oħra. L-ikbar sfida li se jkollhom jaffaċjaw il-bdiewa u r-raħħala din is-sena se tkun dik li Scerri jiddeskrivi bħala "l-isplużjoni fil-prezzijiet tal-qamħ u l-ġwież." Karl jispjega li din l-isplużjoni seħħet wara li d-domanda tal-ikel għoliet iżda l-provista baqgħet baxxa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021