Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 intervista IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum 'Artist irid ikun osservatur tajjeb ... YENDRICK CIOFFI Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta dejjem kellha artisti li ħallew warajhom opri tal-arti mill-isbaħ, partikolarment fil- knejjes. Bla dubju ta' xejn, il-familja Camilleri Cauchi hija waħda mill-familji l-aktar magħrufa għal dan. Il-knejjes u l-festi tagħna huma miżgħuda bl-arti tagħhom. F'dan l-ewwel Ħadd tas-sena, il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Aaron Camilleri Cauchi, statwarju li żgur ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, partikolarment mad- dilettanti tal-festi. Aaron huwa iben il- Kavallier Alfred Camilleri Cauchi, li llum għandu 77 sena u għadu jpaxxi lil kulħadd bix-xogħol ta' jdejh. Aaron jibda jfakkar lill-ILLUM li l-familja tiegħu ilha snin twal f 'dan ix- xogħol. "L-ewwel xogħlijiet iddokumentati tan-nannu tiegħi jmorru lura għall-bidu tas-seklu 20," beda jispjega l-artist. Aaron u missieru jiffokaw l-aktar fuq l-arti sagra. L-ILLUM tistaqih kemm għadha apprezzata u kemm għad hawn domanda għaliha, għax ngħiduha kif inhi, il-knejjes huma mimlija bix-xogħlijiet tal-arti. L-istatwarju saħaq li tant kemm għadha qawwija d-domanda għall-arti sagra fil- knejjes u l-festi li kważi kważi ma tantx iżommu ordnijiet privati għax ma jlaħħqux max-xogħol. Insista li x-xogħol ivarja ħafna. Spjega kif fejn jidħol ix-xogħol fil-knejjes dan l-aħħar kien hemm qabża. Insemmu biss ix-xogħlijiet li qed isiru għall-Ġimgħa l-Kbira b'mod partikolari s-sett ta' statwi ġodda u uniku tal-injam għal Ħal Għaxaq, il-mimmi ta' għajnejn Aaron Camilleri Cauchi. "Naħseb li dan huwa l-akbar proġett li kellna. Huwa proġett uniku għal Malta. Hawn statwi tal-Ġimgħa l-Kbira tal-injam u imprezzabbli imma ma hawnx sett sħiħ li huwa tal-injam. Bħalissa qed naħdmu fuq il-Vara l-Kbira," kompla Camilleri Cauchi. "Proġett ambizzjuż ħafna. Hu proċess twil. Meta għandek statwa tal-injam, fuq kull figura għandek bejn wieħed u ieħor sena xogħol. Għandna wkoll xogħol ieħor." Fil-fatt, din is-sena, kellha tiżżanżan l-istatwa tal-Veronika. Imma minħabba l-Covid-19 se jkollha tistenna it ieħor, anke jekk prattikament hija lesta. Apparti dawn, hemm ukoll ix-xogħol li jkollhom ordnat għall-festi ta' barra, li prattikament huma estensjoni ta' dak li wieħed isib fil-knejjes. "Il-festi huma mużew fit-toroq b'xejn għal kulħadd. Ma hemmx aħna l-istatwarji biss. Hemm min jaħdem l-injam, min jaħdem id-drapp, il-pittura, l-isfumar, in- nar." kompla jispjega. Injam jew kartapesta ... x'jippreferi? Aaron u missieru ħadmu mijiet ta' statwi tal-kartapesta u tal-injam. L-ILLUM tistaqsi lil Camilleri Cauchi jekk jippreferix jaħdem statwa fil-kartapesta jew inkella jiskolpix waħda fl-injam. L-istatwarju saħaq li kemm statwa tal- kartapesta u anke statwa tal-injam fiha s-sabiħ tagħha. Spjega kif bil-kartapesta qed joħroġ jew jibni statwa mix-xejn. Ħafna mill-materjali użati huma riċiklati. It-teknika tal-kartapesta, ikompli jispjega Camilleri Cauchi, ġiet importata f 'Malta minn Sqallija madwar 300 sena ilu. L-istatwi kienu jkunu sempliċiment irjus, idejn u saqajn u jitlibsu bid-drapp. Tant u hekk li l-ewwel statwi f 'Malta kienu jitlibbsu, kif fil-fatt għandna nsibu pereżempju fil-Birgu u anke fil-Katidral ta' Għawdex. Madanakollu, it-teknika tal-kartapesta f 'Malta evolviet b'tali mod li llum tista' tgħid li hija unika fid-dinja. L-artist spjega li kollox jibda minn anima. Ikollok pedata u zokk imwaħħal magħha. Ma' dan iz-zokk tibda tibni l-istatwa. F'ħafna pajjiżi oħra, ikollok sempliċiment trajbu u miegħu jitpoġġa d-drapp u jitqiegħed il-wiċċ, l-idejn u s-saqajn. Jekk wieħed jieħu l-istatwi li waslu minn Lecce, taħt se jsib tiben. It-teknika Maltija mhijiex hekk. Qabel id-drapp, hemm figura sħiħa u propja, kompla jispjega l-istatwarju. Din il-figura tingħata l-pożizzjoni u titlibbes. "F'Malta nlibbsu l-figura bid-drapp li jkun irrinforzat bil-kolla u l-ġibs. Lecce jlibbsu bil-karti. Id-drapp tagħhom huwa karti. Aħna nlibsu bid-drapp propja, anke jekk ikun drapp speċjali," insista. Fakkar li llum f 'Malta hawn vari li ilhom 200 jew 300 sena u għadhom perfetti, "Jekk l-artist ikun kapaċi, il-prodott finali ma jintgħarafx bejn injam u kartapesta," saħaq Camilleri Cauchi. Semmejna wħud mill- istatwi titulari li huma tal-kartapesta u li jitqiesu bħala kapolavur, fosthom l-istatwa maestuża tas-Salvatur ta' Ħal Lija, biex ma nsemmux statwi kapolavur tal-Ġimgħa l-Kbira. 'Qabel nibda statwa nkun diġà rajtha lesta f 'moħħi' Meta qed jaħdem statwa fl-injam, it- teknika hija totalment differenti. Għall- kuntrarju tal-kartapesta, l-artist għandu quddiemu xi ħaġa li hija lesta, l-injam jew inkella z-zokk u fi kliem Camilleri Cauchi, kulma jagħmel l-artist huwa li jqatta' u jneħħi dak l-injam żejjed biex jikxef dak li għandu f 'moħħu. Fi kliem sempliċi, artist, qabel ikun beda jnaqqax ikun diġà ra l-istatwa lesta f 'dak iz- zokk. Iżda dan jgħodd ukoll għall-istatwi tal-kartapesta. Fi kliemu, qabel jibda, ikun diġà pinġa l-istatwa f 'moħħu, anke jekk dejjem ibiddel, itejjeb u jirranġa. Għall-kuntrarju tal-kartapesta, ikompli jispjega, statwa tal-injam tieħu aktar fit-tul biex tkun lesta. "Ejja nieħdu s-sajf, għax il-kartapesta trid ħafna nxif. Statwa tal-kartapesta tagħmilha f 'xahrejn. Tal-injam għandek madwar sena.. Tal-injam hija teknika, kważi kważi ripetittiva, għax inti dejjem tiskolpi u fl- aħħar ikollok l-irfinar u l-polikromija," kompla l-istatwarju. Illum aktar milli zokk sħiħ, saru jiskolpixxu injam li jkun imwaħħal flimkien, madanakollu ħadmu wkoll statwi minn zokk sħiħ, fosthom l-Irxoxt tal-Bażilika ta' San Ġorġ ta' Għawdex u anke l-istatwa titulari ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid. "Bdejna nsibu it problemi, kemm minħabba ħela ta' materjal għax mhux faċli tnaqqax minn zokk sħiħ u anke sfidi marbuta mal-importazzjoni għax it għadek issib zkuk ta' dak id-daqs," spjega l-artist. Apparti minn hekk, il-fatt li jużaw injam imwaħħal flimkien milli zokk sħiħ, inaqqas ukoll l-isfidi marbuta maċ-ċaqliq fl-injam, anke jekk dan qatt mhu se jieqaf. "L-injama hija ħajja. Il-kartapesta mhijiex. Jekk ma jkollokx ċaqliq, hemm ċans li l-injama tkun mardet," kompla l-artist. 'Kważi kważi, statwa tal-injam nippreferi nħalliha hekk' Tkellimna wkoll fuq il-wirjiet li ġieli tellgħu fl-istudios tagħhom anke biex wieħed japprezza l-statwa qabel tingħata ż-żebgħa. "Kważi kważi, l-istatwi tal-injam, nippreferi nħallihom fuq l-injama. Wieħed jista' japprezza aktar ix-xogħol," spjega Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-istatwarju Aaron Camilleri Cauchi u titkellem miegħu dwar is- sengħa li ilha għexieren ta' snin tgħaddi minn id għall-oħra fil-familja tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021