Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 Sabet ittra u qalula titlaq mill-MFA – tingħata kumpens ta' kważi €47,000 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Malta Football Association (MFA) ġiet ordnata tħallas it inqas minn €47,000 wara tkeċċija ta' impjegat tagħha b'mod illegali u inġust, f 'deċiżjoni li qed titqies bħala waħda importanti fil-qasam tax- xogħol u relazzjonijiet industrijali. Kienet il-Qorti tal-Appell preseduta mill- Imħallef Lawrence Mintoff li f 'Ottubru li għadda ma laqgħetx l-appell tal-MFA kontra l-eks impjegata tagħha, bil- konsegwenza li l-assoċjazzjoni se jkollha tħallas €46,800 f 'kumpens. Pauline Basile Pace li kienet l-Assistent Personali tal-eks Preisdent tal-MFA Joe Mifsud, tkeċċiet mix-xogħol b'sempliċi ittra minn Norman Darmanin Demajo. Minn deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali fl-2019 – ikkonfermata minn sorsi differenti li tkellmu mal-ILLUM – jirriżulta li t-tneħħija ta' Pace kienet realment minħabba l-appoġġ tagħha lejn Mifsud u mhux lejn Darmanin Demajo, li meta tkeċċiet kien President tal-MFA. Hi tkeċċiet fuq kwistjoni ta' xi ġranet leave mingħajr ħlas li ħadet f 'Milied meta l-leave kien spiċċalha. Mingħajr twissijiet jew diskussjoni hi sabet ittra fuq il-mejda tagħha li fiha intalbet tippakkja u titlaq. Huwa fatt magħruf fi ċrieki differenti tal- MFA li bejn Mifsud u Darmanin Demajo hemm relazzjoni ħażina ħafna. It-Tribunal - f 'deċiżjoni xejn sabiħa għall- MFA fl-2019 – qal illi Pace "meta kienet fl-impjieg sofriet minn trattament ħażin fuq il-post tax-xogħol, hija ġiet imwarrba mix-xogħol li kienet qed tagħmel u dan għar-raġuni biss għax kien hemm bidla fil- Presidenza tal-Assoċjazzjoni ... kif ukoll li t-terminazzjoni tal-impjieg tagħha kienet ġiet iddikjarata mit-Tribunal Industrijali li kienet inġusta u bi ksur tal-liġi." Minħabba dan, fid-deċiżjoni tiegħu t-Tribunal, sostna fl-2019 illi jsib bħala raġuni valida li l-persuna in kwistjoni tirrinunzja milli tmur lura fl-impjieg. Il-każ tat-Tribunal immexxi minn Harold Walls ordna l-ħlas ta' €46,800 bħala kumpens. L-MFA appellat u aktar kmieni din is-sena tilfet l-appell. Basile Pace kienet inizzjalment talbet għal kumpens totali ta' €74,360 iżda t-Tribunal sab li xi raġunijiet tagħha għaliex ma kinitx sabet impjieg alternattiv ma kinux validi, għalhekk naqqset mill-kumpens proposti. Sorsi mill-MFA li tkellmu ma' din il- gazzetta esprimew r-rabja tagħhom hekk kif din id-deċiżjoni li sejħu "żbaljata u issa bil-provi" tfisser li l-assoċjazzjoni – u t-tmexxija preżenti li ma taħtix għal din id- deċiżjoni - trid toħroġ kważi €47,000 illi kieku kienu jmorru għand il-klabbs lokali. Huwa fatt magħruf fi ċrieki differenti tal- MFA li bejn Mifsud u Darmanin Demajo hemm relazzjoni ħażina ħafna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021