Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

G ino Muscat Azzopardi twieled il-Belt fid-19 ta' Ottubru, 1899. Studja fil-Kulleġġ ta' Stella Maris u fil-Liċeo. Bħal missieru stinka biex imexxi 'l quddiem l-ilsien Malti, u ħareġ xogħli- jiet oħra letterarji fis- satira u fl-umoriżmu. Issieħeb mal-Partit Laburista u kien kontributur mal-Labour Opinion, Il-Kotra, Dr Xekkek u Ix-Xewka. Kien rappreżentant tal-Partit fl-Assemblea Leġislattiva fis- sena 1945, membru fil-Kamra tal- Kummerċ, Għaqda tal- Għomja u fl-Awtoritá tax-Xandir matul is- snin 1964 u 1967. Beda l-karriera teatrali meta ssieħeb mal-Malta Risolta u Les Amateurs li kien jirrapreżenta fl-Assembleja Nazzjonali tas- sena 1921. Fis-sena 1922 ħadem fil-Kumpanija Teatru Indipendenza fejn laħaq direttur fis-sena 1956, meta mbagħad kien inħatar Chairperson tal-Kumitat responsabbli għar-restawr tat- Teatru Manoel. Fis-sena 1948 sar Chairperson tat-Teatru Nazzjonali u fl-1955, issieħeb mad-Drama tar- Rediffusion u sar membru tal-Bord taċ-Ċensura (1955-1958). Fis-sena 1976 sar Chairperson tal-Kumitat tat-Teatru Manoel. Kien akkanit ħafna fl-għaqdiet tal-Letteratura u kien membru fl-Akkademja tal-Malti sa mit- twaqqif tagħha fl-14 ta' Novembru 1920, li tagħha mbagħad laħaq ukoll bħala Membru Onorarju. Kien President Onorarju ukoll tal- Għaqda Letterarja Maltija u kien waqqaf ukoll il-Midalja tad- Deheb ta' missieru Ġuże Muscat Azzopardi, għall-iprem xogħlijiet fil- kitba bil-Malti. Hawnhekk se nsemmu xi it mix- xogħlijiet prinċipali tiegħu: Anġli tan-Niket (1938), Traduzzjoni ta' Margaret u d-Dukessa mill-Franċiż ta' G. Simenon (1968), Kif ngħiduha - Idjomi Maltin (flimkien ma' martu Anna) (1975), Triq ir-Repubblika: Pronostiku (1976), Traduzzjoni ta' Marguerite Gautier (mill-Franċiż ta' Alexandre Dumas) (1977u L-Aħħar Weraq u Novelli oħra (1979). Kellu wkoll siltiet adattati għal- palk bħal: L-Awrista, Il-Mera (1961), Aqwa mil-Liġi (1947), Sibtha l-Mummy Sur Ġakkin (1949), Okkulto Fonija (1951), L-Aħwa Catania u d-Dawl tal- Qalb. Ġino kien iqis it-teatru bħala mezz ewlieni biex ixerred it- tagħlim qalb il- poplu tagħna. Kiteb ukoll xi stejjer qosra bħal, Xagħar safrani, Skont il-Liġi u Sħaba Sewda. Kiteb ukoll ġabra ta' idjomi u proverbji Maltin fis-sena 1967. Ġino spikka ħafna mal-pubbliku Malti meta ħareġ ir-rumanz Anġli tan- Niket fis- sena 1938 wara li kien ressqu fil-konkors li sar fis- sena 1935. Fis-sena 1956 imbagħad, flimkien ma ħuħ Ivo, ħareġ ġabra ta' sunetti b'tiira ta' missieru, li kien l-ewwel President tal-Għaqda tal- kittieba tal-Malti. Kiteb ukoll diversi novelli oriġinali bħalma semmejna , bħal "L-Aħħar Anġlu"u "Ta' Frankuni" u ttraduċa bil-Malti bosta xogħolijiet oħrajn minn awturi diversi bħal Henry, G Vergo, Chekkov, E Zola, Viktor Hugo, A Daudet Mauprassent u Tolstoy. Bl-arti novelliera flimkien ma' novellisti oħra rnexxielu joqrob lejn ir-realtá billi pprova jimita esperjenzi esterni, jagħmel osservazzjonijiet empiriċi u jsegwi l-liġijiet tal-probabbilitá. Ġino hu kklassifikat man- novellisti tar-Realiżmu Soċjali li jixref fin-novella ta' dik il-ħabta u li jieħu xejra ta' deskrizzjoni soċjali jew ta' tħassib riformista, fejn iż- żewġ kurrenti jitgħammdu minn xulxin. Iż-żewġ naħat jaqblu li qedgħin jolqtu letteratura siewja għall- kotra, u l-istil tagħhom iżomm il-konvenzjonijiet tradizzjonali tan-narrazzjoni. Insibu karatterizzazzjoni ta' rakkonta li jmexxik minn paragrafu għall-ieħor b'arranġament bil-galbu ta' ġrajjiet bil-kriżi f 'waqtha u bit-tmiem pulit u sħiħ. In- novella kibret għax in- novellisti ħassew għal żmienhom u fil-każ tal-ħassieba riformisti kienu konxji li kienu qed joħolqu letteratura għal skopijiet politiċi, differenti minn tal-oħrajn u minn ta' qabilhom. Fehmu li l-ħila letterarja tagħhom kellha tintuża bħala strument biex ikunu mxerrdin l-ideali politiċi u ekonomiċi tagħhom. Ħolqu stil bi kliem mimli frażijiet li jniggżu u jżebilhu b'mod kolletiv biex titqajjem il-kuxjenza. Mill-banda l-oħra bosta minn novellisti li xaqilbu lejn id- deskrizzjoni soċjali ssieħbu fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti li ppruvat titbiegħed mix- xena ta' kull implikazzjoni politika kif insibu fir-rivista tagħha "II-Malti". Wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha kien li jinxtered aktar il-qari tajjeb ibbażat fuq it-twemmin: "Ħobb l-Alla u l-għajrek, billi tgħallem lil min ma jafx". Il-kittieba setgħu jitkellmu fuq ħwejjeġ reliġjużi, storiċi u lingwistiċi barra t-tagħlim tekniku. Ma kellu joħroġ l-ebda materjal li jwassal għal xi tilwim fil-politika jew joħloq xi firda matul il-festi għax il-membri fil-bord editorjali kienu konxji li l-politika setgħet tkun għodda qerrieda għall-kitba letterarja tajba. Skond Ġuże Aquilina naraw li bħalma l-irwiefen qawwija jwaqqgħu siġar qodma, hekk ukoll il-politika partiġġjana tal-partiti twaqqa' ħafna lealtajiet, sa' l-istess lealtá lejn art twelidna, lsienha u ġrajjietha. Gino Muscat Azzopardi għadda għal-ħajja ta' dejjem fis-7 ta' Marzu, 1982 f 'Tas Sliema. Jixraqlu monument għax ħabrek għal ilsienna u naħseb jistħoqqlu aktar minn triq imsemmija għalih fl-istess lokalitá illi fiha finalment miet. 19 bijografiji illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 G. Muscat Azzopardi: Bniedem li ta kontribut kbir fl-Għaqdiet Letterarji Patri Hermann Duncan Triq Gino Muscat Azzopardi f 'Tas Sliema Wieħed mill-kotba ta' Muscat Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021