Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films illum • IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 Carmel Bonnici Iċ-ċinema dwar l-Ewwel Gwerra Dinjija (1) L-ewwel gwerra fuq skala kbira kienet dik ta' bejn l-1914 u 1918, gwerra globali li oriġinat mill- Ewropa tal-Lvant magħrufa bħala l-Ewwel Gwerra Dinjija jew il- Gwerra l-Kbira. F'dak iż-żmien kienet meqjusa bħala l-Gwerra li se tpoġġi fit-tmiem gwerer oħra. Dan il-katastrofi mmobilizza aktar minn 70 miljun membru tal- militar, inkluż 60 miljun Ewropew li għamilha l-aktar gwerra li damet fl-istorja sa dak iż-żmien. Dan il-konflitt kien wieħed mill- aktar imdemmi fejn hu stmat li mietu madwar disa' miljun suldat u seba' miljun nies ċivili, waqt li wara rriżultaw ġenoċidji u tip ta' nfluwenza qawwija li madwar id-dinja kkawżaw bejn 50 u 100 miljun imwiet oħra. Nhar it-28 ta' Ġunju 1914, Gavrilo Princip, żagħżugħ Bożinjan u Jugoslav akkanit, qatel lill-Arċduka Franz Ferdinand f 'Sarajevo, l-eredi tal-Imperu qawwi Awstrijak/Ungeriż, att li wassal għall-kriżi fix-xahar ta' wara. B'risposta, fit-23 ta' Lulju l-Awstrija/Ungerija ħarġu ultimatum lis-Serbja u r-risposta ta' dawn ma ssodisfattx lill-Awstrijaċi li ddikjaraw gwerra. Din il-ħaġa espandiet ħafna meta alleanzi oħra kabbru din il-kriżi minn waħda kostritta għall-Balkani biex tinvolvi parti kbira mill- Ewropa. Sa Lulju 1914, il-qawwiet il-kbar tal-Ewropa nqasmu f 'żewġ koalizzjonijiet – l-Għaqda Trippla li kienet tikkonsisti fi Franza, Russja u l-Brittanja u l-Alleanza Trippla, magħmula mill- Germanja, l-Imperu Awstrijak/ Ungeriż u l-Italja, pero' dan il- pajjiż baqa' 'l barra mill-gwerra. Billi l-Germanja riedet tirbaħ lil Franza malajr qabel iddur għar- Russja, talbet biex tgħaddi mill- Belġju li ma tatx permess. Meta l-Germanja nvadiet lil Belġju, il- Gran Brittanja ddikjarat gwerra kontra l-Germanja. B'hekk, il- qofol ta' dan il-konflitt seħħ fit- trinek umdin ta' Franza u l-Belġju. F'Awwissu l-Ġappun daħal fil-gwerra u l-Imperu Ottoman (Turkija) appoġġja lill-Alleanza bi ġlied fil-Kawkasu, Mesopotanja u s-Sinai Peninsula. Dan il-konflitt xtered ukoll f 'partijiet tal-Afrika. L-avvanz tal-Ġermanja kontra Franza waqaf fil-battalja tal-Marne u f 'dan il-Front tal-Punent sar ħafna ġlied fit-trinek. Pajjiżi Ewropej oħrajn ukoll daħlu fil-gwerra, bl-Italja żżomm mal-Alleanza u tiġġieled fl-Alpi. Il-Bulgarija u l-Greċja kienu ma' partijiet opposti, b'hekk kabbru l-ġlied fil-Balkani. Fis-6 ta' April 1917 anki l-Istati Uniti daħħlu f 'din il-gwerra kontra l-Germaniżi. Xi pajjiżi lejn l-Ewropa tal- Lvant bdew iċedu, ir-Russja ħarġet mill-gwerra wara r-Rivoluzzjoni Bolxevista u b'hekk numru kbir ta' truppi Ġermaniżi kkonċentraw bis-sħiħ fuq il-Front tal-Punent (Western Front). Fl-aħħar il- Ġermanja ċediet ukoll meta il- Kaiser Wilhelm abdika minħabba rivoluzzjoni nterna. Fatti mportanti ta' din il-gwerra kienu: Il-konflitt beda fit-28 ta' Lulju 1914 u spiċċa fil-11 ta' Novembru 1918 – perjodu ta' 4 snin, 3 xhur u ġimgħatejn. Bis-saħħa ta' dan il-katastrofu l-Imperi kontinentali fl-Ewropa kollha spiċċaw (inkluż il-Ġermanja, r-Russja, it-Turkija u dak Awtrijak/Ungeriż). Fir-Russja b'hekk iffurmat l-Unjoni Sovjetika. Ir-rivoluzzjoni ta' Novembru fil- Ġermanja ġabet ir-Repubblika Weimar. Ġiet iffurmata l-League Of Nations. Diversi pajjiżi fl-Ewropa ġew iffurmati u kolonji Ġermaniżi u territorji reġjuni tal-Imperu Ottoman u dak Awstrijak/Ungeriż u l-Unjoni Sovjetika ngħaqdu ma' pajjiżi oħrajn. Il-Lega tan-Nazzjonijiet twaqqfet waqt konferenza għall-paċi fid- dinja biex ma jsirux gwerrer fil-futur. Ironikament, it aktar minn 20 sena wara feġġgħet it- Tieni Gwerra Dinjija, konflitt aktar qawwi u mifrux mal-globu. Sa mis-snin tal-bidu ta' din il- gwerra bdew ħerġin films li juru l-ħruxija, l-qerda u l-imwiet bla bżonn li din il-kalamita' kkaġunat. Dawn kienu maqsumin hekk: 1) Il-Glied mit-Trinek Umdin Mimlija Tajn. Wara li ħafna pajjiżi bdew jirtiraw mill-ġlied l-attivita' waqgħet f 'taqtiegħat ħorox fil-battalji tas- Somme u Marne fejn sar ġlied aħrax u mdemmi bejn is-suldati opposti fit-trinek ta' Franza. Uħud mill-films li fakkru dawn il-battalji huma: Shoulder Arms (1918). Fih insibu lil Charles Chaplin bħala suldat li joħlom li jsir eroj u jidħol għall- missjoni perikuluża. Westfront 1918 (1930). Grupp ta' suldati Ġermaniżi tal-infanterija fl-Ewwel Gwerra Dinjija jgħixu ħajjithom fit-trinek umdin ta' Franza. Huma jsibu xi it serħan u divertiment f 'villaġġ wara l-linji tal- gwerra. e Big Parade (1925). Film mutu dwar tfajjel għażżien u sinjur li jingaġġa mal-Armata Amerikana, jintbgħat Franza biex jiġġieled, isir ħabib ma' żewġ ħaddiema Franċiżi, jesperjenza l-orrur tat-trinek u jsir iħobb tfajla Franċiża. Seventh Heaven (1927). Raġel minn Pariġi li jaħdem fid-drenaġġ jeħles tfajla minn taħt idejn il- pulizija, jgħix magħha fi flat battal fis-seba' sular u wara jitlaq għall- gwerra. King And Country (1964). Fit- trinek Ingliżi ta' Paschendaele , suldat ikun akkużat li abbanduna postu, jgħaddi ġuri, jinstab ħati, jinqatel u jinfurmaw lil familtu li miet fil-gwerra. Joyeux Noel (Merry Christmas) (2005). F'Diċembru 1914 sar waqfien bejn is-suldati Franċiżi u dawk Ġermaniżi li ħarġu mit-trinek rispettivi tagħhom biex jiċċelebraw lejliet il-Milied flimkien. Il-kbarat assolutament ma ħadux pjaċir b'dan u żguraw li din il-ħaġa ma tirrepetix ruħha. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021