Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363123

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 'Tħossok grat meta tara kemm inbidlet Gayle fil- kunfidenza u fl-iżvilupp' X'qed isibu diffiċli min iħaddem meta jimpjegaw nies b'diżabilità? Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Clint Caruana dwar Gayle Borg MARIANNA CALLEJA Faċli tgħid li hemm kwota li trid tilħaq (ara paġna 14) iżda tajjeb li nifhmu x'diffikultajiet jiltaqgħu magħhom l-impjegaturi meta jimpjegaw persuni b'diżabilità. Fuq dan ir-rigward, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' wieħed mill-maniġers ta' The Body Shop, Clint Caruana. L-isfidi li jiltaqa' magħhom l-impjegatur Din il-kumpanija li fil-preżent għandha seba' ħwienet madwar Malta, tħaddem persuna waħda b'diżabiltà, Gayle Borg. Clint Caruana spjega li normalment ma' kull ħanut ikun hemm żewġ impjegati u għalhekk il-kumpanija ħassew li persuna waħda għalissa tajjeb. Clint Caruana jispjega li għal bidu hi kienet qed tħossha ftit diffiċli imma maż-żmien qabdet sew u issa saret tidħol għax- xogħol bla ebda diffikultà. Borg issa ilha impjegata ma' din il-kumpanija, għal tlett snin u nofs. 'Li timpjega persuna b'diżabilità hi xi ħaġa ferm sodisfaċenti' Caruana ammetta li meta kumpanija tħaddem persuni b'diżabilità ma tistax dejjem u f 'kull ħin tistenna l-ogħla livell ta' produzzjoni. Madankollu hu kompla jgħid, li meta timpjega persuna b'diżabilità "tħoss sodisfazzjon kbir." Fil-każ ta' Gayle Borg, hu fisser li xi drabi tidħol ukoll 'Job Coach' biex takkumpanjaha imma meta wieħed jinnota kemm inbidlet mill-ewwel darba Ii daħlet mill-bieb tal- ħanut, kemm f 'kunfidenza u anke żvilupp personali, "tħossok assolutament grat." Hu qal ukoll li l-kontribut tagħha lejn il-kumpanja hu apprezzat u għalhekk ħeġġeġ kumpaniji oħra biex jagħmlu l-istess. Ir-riklam b'kollaborazzjoni ma' FLS Rigward ir-riklam (ara paġna 14), il-maniġer spjega li kienet il-Fondazzjoni Lino Spiteri (FLS) stess li avviċinawhom biex isir iżda qatt ma stennew li se jintlaqa' daqsekk tajjeb. Tant kien ta' suċċess li fil-ftit jiem li kien ilu ppublikat fuq il-midja soċjali, kienu diġà rawh iktar minn 5,000 persuna. Fir-riklam il-kumpanija tispjega li xi snin ilu avviċinaw lill-FLS biex jimpjegaw persuna b'diżabilità. Ir-riklam jassigura kumpaniji oħra li huma mħajjra li jimpjegaw persuni b'diżabilità li huma se jsibu gwida u għajnuna grazzi għall-programm VASTE. Ir-riklam juri lil Gayle Borg waqt ġurnata xogħol, taħdem flimkien ma' kollega tagħha, timla l-ixkaffef u taqdi l-klijenti. Fis-settur privat, persuni b'diżabilità jammontaw għal 1.5%. Dan il-persentaġġ jinkludi l-ħaddiema impjegati mal- kumpaniji kollha li jaqgħu taħt l-att tal-1969. Mhux kull kumpanija tkun tista' timpjega ħaddiema b'diżabilità, dan għaliex kollox jiddependi fuq in-natura tax- xogħol u l-kapaċità tal-persuna. L-Unjoni Ewropea x'tgħid? Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi li kien hemm żieda konsiderevoli fir-rati tal-impjieg ta' persuni b'diżabilità. Fil-Fatt iż-żieda fir-rati tapplika wkoll f 'Malta fejn ġew impjegati iktar minn 4,000 persuna b'diżabilità sa' Frar, b'69.8% minnhom irġiel. Dan kollu ma jfissirx l-problema ssolviet kompletament. F'rapport mis- Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) ġie rrimarkat li persuni b'diżabilita baqgħu fost l-iktar gruppi żvantaġġjati fid-dinja tax-xogħol. Din hi r-raġuni għaliex matul is-snin, il-Parlament Ewropew, introduċa sensiela ta' liġijiet, inizjattivi, azzjonijiet u anke strateġiji bit-tama li s-sitwazzjoni titjib iktar. Artiklu 27 Fl-2010, l-UE ffirmat konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar d-drittijiet ta' persuni b'diżabilità. Dan hu trattat internazzjonali li jorbot id-dritt għax-xogħol u l-impjieg bħala dritt fundamentali (artiklu 27). L-għan hu sempliċi: li tingħata opportunità lin-nies b'diżabilità biex jeżerċitaw d-drittijiet tagħhom, li jipparteċipaw fis- soċjetà filwaqt li jgawdu minn aċċess ugwali għall-impjieg bħal kulħadd. L-istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 Il-prinċipji li jemmnu fihom l-UE, ġew imnaqxa wkoll fl- istrateġija Ewropea dwar id- Diżabilità 2010-2020. Il-miżuri li kienu introdotti lura fl-2017 kienu mqassma fuq diversi livelli. Eżempju minn ftit, l-UE rabtet l-impjegaturi biex jieħdu ħsieb adattamenti xierqa fuq il-post tax-xogħol għall-aktar aċċesibiltà lil persuni b'diżabilità. L-impjegatur għandhu jkun ċert ukoll li qed jipprovdi l-bżonnijiet kollha tal- ħ a d d i e m a b 'd i ż a b i l i t à bħal adattament ta' bibien, passaġġi, turġien, tiolets u iktar. L-istrateġija għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità 2021- 2030 Fl-2020, il-Kumitat għall- Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew (EMPL) ressaq mozzjoni quddiem il-Kummisarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli bl-għan li tħeġġeġ lill- Kummissjoni tagħfas iktar fuq id-dritt ta' persuni b'diżabilità. F'Marzu ta' din is-sena, reġgħat ġiet imressqa l-istrateġija li tirrifletti d-diversità tal- persuni b'diżabilità kif ukoll tintegra d-drittijiet tat-tfal b'diżabilità. L-istrateġija għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità 2021-2030 jimxi fuq l-istess prinċipji ta' qabilha iżda b'iktar infurzar. Gayle Borg - persuna b'diżabilità li taħdem ma' The body Shop Clint Caruana - wieħed mill- maniġers ta' The Body Shop

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021