Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363123

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Lejn proċess demokratiku fl-entitajiet governattivi Il-proposta ta' Mark Camilleri u l-fjuri ta' Friggieri Ftit jiem ilu l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb Mark Camilleri stqarr fuq il-mezzi tal-midja soċjali li ma jemminx li għandu jkun il-Prim Ministru jew il-Ministri li jaħtru persuni b'karigi sensittivi, b'mod partikulari l-kapijiet tal- entitajiet kulturali tal-Gvern. Żied jgħid illi minflok dawn il-għażliet sensittiv għandhom isiru – b'mod kemm jista' jkun demokratiku – mill-partijiet kollha b'interess fis-settur inkwistjoni. Għaldaqstant Camilleri fi tmiem dan il- mandat tiegħu sejjaħ għal elezzjoni għall-Kap tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb filwaqt illi stieden lill- kapijiet tal-entitajiet kulturali governattivi sabiex anke huma jsejħu elezzjoni għall-karigi rispettivi tagħhom. Camilleri tenna dan kollu wkoll f 'messaġġ uffiċċjali li bagħat lill-persuni kollha interessati. Fl-indirizz tiegħu saħaq illi l-industrija tal- ktieb għandha importanza nazzjonali kbira, ibda biex għax mingħajrha jkun diffiċli ferm li nrawmu "soċjetà litterata, edukata, intelliġenti u kritika'. Fl-aħħar nett iddikkjara li biħsiebu jerġa' jikkontesta għall- kariga tiegħu mentri – f 'dan l-ispirtu – stieden lill-kapijiet kollha tal-entitajiet kulturali tal-Gvern biex minnufih isegwu l-eżempju tiegħu billi jibnu l-istrutturi demokratiċi meħtieġa fl-entitajiet tagħhom sabiex isir possibbli jissejħu dawn l-elezzjonijiet. Din il-ġimgħa kien biħsiebni nikteb dwar xi ħaġa oħra, iżda jkolli ngħid illi l-istqarrijiet u l-messaġġ ta' Camilleri bil-qajl il-qajl ħadu r-riedni fuq il-ħsibijiet tiegħi, aktarx għax dawn is-suġġerimenti jirrigwardaw qatigħ kwistjoni sensittiva illi tagħmel parti minn dibattitu ferm usa' li ormaj ilna nisimgħu dwaru s-snin. Barra dan – l-iżjed fid- dawl tal-bosta ġrajjiet politiċi straordinarji li qegħdin jiddominaw l-aħbarijiet bħalissa – donnu dan id-dibattitu fi żmienna minflok ibatti kulma jmur qiegħed ikompli jirranka f 'diversi oqsma u setturi, tant li saħansitra ċittadini li s-soltu ftit li xejn tismagħhom jitħaddtu fuq ħwejjeġ politiċi qegħdin ukoll jesprimu ċertu tħassib. Ġaladarba din paġna letterarja, hawnhekk ser nillimita ruħi għas-settur kulturali. M'iniex biħsiebni nidħol wisq fil-mertu tad-diversi avvanzi li għamel il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f 'dawn l-aħħar tmien snin affavur l-industrija tal- ktieb. Ngħid biss illi bosta riformi li wettaq Camilleri kemm ilu jokkupa din il-kariga llum saru realtajiet tanġibbli: minkejja li għad fadal ħafna xi jsir il-progress illi ntlaħaq s'issa ma jista' jiċħdu ħadd. Lanqas forsi hu lok li nidħol wisq f 'ċerti intriċċi politiċi li Camilleri ġieli ġibed l-attenzjoni dwarhom minn żmien għal żmien, b'mod speċjali l-attentati li allegatament saru dan l-aħħar fuq il-kariga tiegħu. Iżda tajjeb li nikkummenta rigward ir- rispons – daqqa intelliġenti u daqqa inqas – li ngħata għas- suġġerimenti tiegħu matul dawn l-aħħar jiem. Kummentatur partikulari li naf żgur li jrid il-ġid lil din l-industrija rrimarka – mingħajr ma ċaħad xejn minn dak li għedt s'issa – li fl-aħħar mill-aħħar mhix ħaġa ċerta li proċess demokratiku u trasparenti bħal dan jista' jagħti garanzija sħiħa li l-persuni magħżula tabilħaqq ikollhom il-kwalifiki akkademiċi u l-kwalitajiet maniġerjali meħtieġa biex iwettqu l-mandat tagħhom. Żied jgħid illi għażliet bħal dawn għandhom isiru abbażi tal-mertu billi qabelxejn tinfetaħ sejħa għall- kandidati. Imbagħad jintlaqgħu l-applikazzjonijiet sabiex il- kandidati jiġu evalwati minn bord awtonomu maħtur mill-partijiet interessati, dejjem skont il-kredenzjali professjonali tagħhom. Uħud qablu ma' dan, oħrajn donnu xaqilbu iżjed lejn it- triq li rrakmanda Camilleri. Ġaladarba ftit li xejn jien midħla tal-entitajiet governattivi, ma naħsibx illi jien l-aħjar persuna biex nissuġġerixxi xi proċess partikulari jew ieħor illi jista' jwassal għall-aqwa eżitu possibbli għal kulħadd. Li nħoss li nista' ngħid hu Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021