Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 iddedikat għal Mintoff; Ir-Rialto mil-lenti tal-Bormliżi l-gazzetta semgħatha kemm mir- residenti kif ukoll mill-inġinier ċivili Marc Zimmerman stess. Il-Bormliżi jgħidu li meta iċ-ċinema tar-Rialto għalqet fl- 1988, in-nies tal-Kottonera ġabru donazzjonijiet ta' Għaxar Liri Maltin -ir-ras. Dawn id-donazzjonijiet waslu biex il-Partit Laburista jkun jista' jixtri r-Rialto. In-nies ġew ikkontrubwixxew għal nofs il-binja filwaqt li skont ix-xnieha, in-nofs l-ieħor inxtara mill-but personali ta' Dom Mintoff. Din hi waħda mir-raġunijiet għaliex it-tielet raġel xtaq li jiddedika l-mużew lill-partit b'mod speċjali lil Dom Mintoff. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Marc Zimmerman li studja r-Rialto fid-dettall għal bosta snin rigward dan. Hu żvela li numru ta' residenti saħansitra urewh irċevuti tad- donazzjoni iżda ix-xnieha li Mintoff ħallas għal nofs ir-Rialto, qatt ma sab evidenza għaliha. Iktar dwar l-Istorja tar- Rialto u dak li qal Zimmerman lill- gazzetta ILLUM "Huwa impossibbli li r-Rialto jkun ċinema biss... ma tkunx sostenibbli, peress li għandu sala waħda biss. Imma tagħmel sens li l-binja tintuża bħala ċinema flimkien ma' spazju ta' arti u kreattività." Qal dan mal-gazzetta ILLUM l-Inġinier Ċivili Marc Zimmerman li jmexxi l-NGO Cinema Heritage Group. Kif jissuġerixxi l-isem tal-NGO, din tħares l-istorja taċ-ċinema fuq livell internazzjonali. Zimmerman spjega fid-dettall il-passat, il- preżent u l-futur tar-Rialto minn perspettiva ta' inġinier li dejjem ħadem għall-konservazzjoni tal- bini kif ukoll ta' storiku. Il-binja tar-Rialto hija protetta bi Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar, li jfisser illi għandha element ta' interess storiku u arkitettoniku jew inkella tikkontribwixxi għall- immaġini viżwali ta' Żona ta' Konservazzjoni Urbana. B'din il-protezzjoni, ir-Rialto ma jistax jitwaqqa u alterazzjonijiet fuq ġewwa tal-binja jitħallew isiru biss jekk huma sensittivi għall- binja u huma tal-inqas detriment għall-karattru u l-arkitettura. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija sal-aħħar tal- 1980 Oriġinarjament r-Rialto kien jeżisti it passi 'l bogħod minn dak eżistenti. Kif nafu t-tlett ibliet kienu fost dawk li l-aktar sofrew fit-Tieni Gwerra Dinjija u r-Rialto l-oriġinali kien wieħed mill-binjiet li ġġarfu f 'dawn in-naħat. Kien għalhekk li l-Bormliżi ħassew l-bżonn li jinbena Rialto l-"ġdid". Din il-binja bdiet tinbena fl- 1954 taħt id-diżinn tal-perit Edwin England Sant Fournier u bdiet topera fl-1956. Ir-Rialto fl-aqwa tiegħu kien jilqa' sa 1,100 spettatur u għalhekk kien meqjus bħala wieħed mill-ikbar swali taċ-ċinema ta' dawk iż-żminijiet. Mibni fuq l-istil 'art-moderne' li hu taħlita tal-20ijiet u l-50ijiet, ir- Rialto kien jinkludi Cinemascope u sistema ta' ħoss stereofoniku li għandhom hemm sal-ġurnata tal- lum. Wara snin ta' suċċess, r-Rialto għalaq il-bibien għall-pubbiku fl- 1988 u it wara il-Partit Laburista ħadu f 'idejh. Din il-binja kienet serviet bħala kwartieri għall- konferenzi tal-partit fi żmien Mintoff, għall-diversi snin, sakemm il-PL mexa għal Mile End fil- Ħamrun. Fl-istess binja tar-Rialto kien hemm ukoll restaurant żgħir fuq in-naħa tax-xellug u l-bank tal- Barclays fuq il-lemin. Mal-għeluq tar-Rialto, il-bank mexa għal dik li qabel kienet id-daħla prinċipali tal- binja filwaqt li r-restaurant għalaq maż-żmien. Fis-snin 2000 Fil-bidu tal-2000ijiet saret ħsara kbira fuq ġewwa tal-binja iżda qatt ma kien konkluż jekk kienx każ ta' vandaliżmu jew sempliċiment bejta ħamiem li użat ir-Rialto bħala santwarju tagħhom. FL-2009, l-NGO Cinema Heritage Group qabdet id- diskussjoni mal-Awtorità tal- Ippjanar biex numru ta' swali taċ- ċinema f 'Malta jiġu restawrati, fosthom ir-Rialto. L-NGO ippreżentat studju lill- Awtorità li jinkludi mhux biss x'fih minn ġewwa u barra il-bini iżda wkoll fuq l-impatt li ħalla r-Rialto fuq il-Bormliżi. L-Awtorità għarfet is-sinifikat wara r-Rialto u min hemm bdiet tipproteġi il-binja bit-tieni grad. L-espressjoni tal-interess maħruġa mill- PL u dak li żvelat l-ILLUM Il-Partit Laburista ppubblika espressjoni ta' interess (EOI) li ssejjaħ għal kunċetti kummerċjali u ta' negozju "ta' livell għoli għall- iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tas-sit" kemm fuq ir-Rialto innifsu u fuq residenza li tinsab ħdejh. Dan filwaqt li jibqgħu sidien tal- proprjetà. Bosta urew interess fil-passat fosthom l-imprenditur Ġordaniż Hani Salah minn Sadeen Group. Dan kien il-moħħ wara uħ kontroversjali tal-Università Amerikana ta' Malta (AUM), li tinsab eżattament faċċata tar- Rialto. Il-gazzetta ILLUM kienet żvelat li Joseph Portelli kien wera interess f 'din l-EOI, it wara li sar President tal-regatta. Din id- darba mid-dehra ma kienx Joseph Portelli biss li wera' interess fuq il-binja. Skont l-EOI sa Diċembru trid tittieħed deċiżjoni finali fuq il- futur tar-Rialto u għalhekk il- gazzetta ILLUM saqsiet lil Marc Zmerman x'inhi l-proposta tal- NGO. Il-Monument tal-eks Prim Ministru l-perit Duminku Mintoff f 'Bormla Il-Viċi Sindku Bormliż Marco Agius Festival li jitella' fit-toroq ta' Bormla u tinkludi jumejn ta' drammi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021