Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 • illum Minn teatru jew ċinema għall-mużew iddedikat Il-gazzetta ILLUM tkompli bl-analiżi dwar ir-Rialto f'Bormla. Din id-darba il-gazzetta tkellmet mal-Bormliżi dwar x'jixtiequ li jsir mir-Rialto MARIANNA CALLEJA Ir-Rialto hu meqjus bħala ġawhra tal-Kottonera minn bosta persuni, mhux biss residenti. Wara l-konversazzjoni li kellha l-gazzetta ILLUM mal-inġinier ċivili u l-istoriku Marc Zimmerman, il-gazzetta waslet biex fehmet ħafna mir- raġunijiet għaliex ir-Rialto hu maħbub minn bosta. Biex tkompli tiem aktar fuq ir-Rialto, il-gazzetta marret fit- toroq ta' din il-belt. Fil-pjazzetta ta' ħdejn ir-Rialto, taħt il- monument tal-eks-Prim Ministru Dom Mintoff, il-gazzetta bdiet triqitha biex tiltaqa' mal-Bormliżi. Il-mistoqsija kienet sempliċi; x'tixtieq li jsir minnu r-Rialto? + X'qalulna l-Bormliżi? Nhar il-Erbgħa waranofsinhar, hekk kif ix-xemx inkiet il-ħġieġ blu tar-Rialto, ġurnalista tal-gazzetta ILLUM poġġiet bilqegħda mal- ewwel klikka ta' Bormliżi li rat. Kollha kemm huma irġiel, b'te fit-tazza f 'idejhom, kollha wieġbu li jridu lir-Rialto jerġa' jiaħ. Ftit mumenti wara qabdu diskussjoni bejniethom dwar x'jixtiquh isir. Ma kinetx sorpriża li l-maġġoranza tal-Bormliżi li kelmet din il-gazzetta, qablu li r-Rialto għandu jerġa jingħata ir-ruħ basta jkun miuħ għall-pubbliku. Bħalissa r-Rialto jinsab fi stat kważi ta' abandun. Fil-fatt jintużaw biss xi partijiet minnu darba f 'mitt qamar għall-avvenimenti bħal dawk tal- immudelar, tal-Partit Laburista jew produzzjonijiet teatrali. Ma kienetx sorpriża wkoll li l-maġġoranza tan-nies ħassew li r-Rialto qed jinħela u li l-espressjoni tal-interess (EOI) min-naħa tal- Partit Laburista ġiet f 'ħin opportun. Kienu tnejn min-nies minn 20 li qalu li lilhom ma tafettwahomx x'jiġri mir-Rialto. Kumpless tal-ħwienet u teatru Lura għad-diskussjoni taħraq bejn l-irġiel. Wieħed mill-irġiel li kien imdaħħal sew fl-eta' rrakonta kif jiftakar ir-Rialto fl- aqwa żmien. Hu qal lill-ILLUM li kien iħossu kburi meta jgħaddi minn ħdejh anke jekk mhux dejjem seta' jidħol jara' x'ikun qed jiġri ġo fih. L-istess anzjan fakkar li la darba l-EOI tal-PL tirrikori kemm lejn ir-Rialto u anke lejn ir-residenza, mela il- binja se tkun waħda ta' kobor mhux ħażin. Skont hu din hi opportunita' eċċezzjonali biex jinfetaħ kumpless tal-ħwienet kif ukoll teatru. Ir-raġunament hu li jkollok kumpless li jressaq negozji lejn Bormla iżda ma jintilifx l-aspett ta' arti u kultura fl-istess waqt. Hawn fejn beda' dibattitu ġdid, din id-darba fuq il- parkeġġ. Raġel li kien bilqegħda quddiem l-anzjan argumenta li Bormla diġà għandha problema ta' parkeġġ u jekk proposta bħal din iseħħ il-problema teskala iktar. Tajjeb li ngħidu li dan id- dibattitu, il-gazzetta semahtu iktar minn darba fil-fatt Ir- residenti li tkellmet magħhom wara, ukoll ippuntaw lejn il- fatt li ladarba dan il-post jiġi rinovat, irid isir ħsieb fuq il- parkeġġ ukoll. Il-maġġoranza jixtiequ xi ħaġa rrilatata mal-arti u l-kultura Il-maġġoranza jixtiequ xi ħaġa rrilatata mal-arti u l-kuluuratal- Bormliżi li tkellmet magħhom il-gazzetta ILLUM urew xewqa li f 'Bormla jkun hemm aktar spazji ddedikati lill-arti u l-kultura. Dan wera' li dak li d-Deputat u l-kap tal-Fondazzjoni Kottonera, Glenn Beddingfield qal lill- gazzetta ILLUM ħmistax ilu hu l-ħsieb ta' bosta Bormliżi wkoll. Hu kien qal li l-Kottonera hi nieqsa ħafna minn dawn it-tip ta' spazji kulturali u li huma meħtieġa. Mill-20 persuna li kellmet il- gazzetta, 11 minnhom qablu li r-Rialto għandu jkun ċentru ta' divertiment bħal ċinema jew teatru. Il-Bormliżi tant iħobbuha l-arti u l-kultura li Bormla tibqa' l-unika lokalità li annwalment itella' festival ta' drammi qosra. Dan hu l-Cospicua Short Play Festival li jitella' fit-toroq ta' Bormla kull sajf u jinkludi jumejn ta' drammi. Dan kollu jiġi iffinanzjat mill-Kunsill Lokali ta' Bormla. Il-festival innifsu jiġbed bosta persuni lejn Bormla u numru ta' residenti semmew li din hi l-opportunità biex ikollhom attivatijiet bħal dawn is-sena kollha grazzi għal din il-binja. B'kumbinazzjoni wieħed mill- Bormliżi li tkelmet magħhom din il-gazzetta kien propju l-Viċi Sindku ta' din il-belt, Marco Aguis. Il-Viċi Sindku bħal kumplament tar-residenti qabel li r-Rialto m'għandux jibqa' abbandunat u qal li jixtieq jekk isir xi ħaġa relatata mal-arti u kultura. Mużew It-tieni klikka ta' rġiel li ltaqgħet magħhom din il-gazzetta mitluqa fuq bank fl-istess pjazzetta qalu li jixtiequh jsir mużew. Mistqosija ta' xhiex jiħu l-mużew kieku kienet f 'idejhom id-deċiżjoni, it-tliett irġiel kollha ħarġu b'idea differenti. L-ewwel wieħed qal li m'hemmx għalfejn il-binja kollha tkun mużew imma jixtieq li kieku tinżamm rokna x'imkien fil-binja dedikata lir-Rialto l-oriġinali u dak kollu li jinsab fih issa. It-tieni raġel qal li jixtieq kieku jsir mużew deddikat lil Bormla jew lil Kottonera. Fih hu kien ipoġġi dak kollu li jagħmilhom dak li huma illum fosthom fdalijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija. It-tielet raġel ħareġ b'idea oħra innovattiva. Hu qal li jixtieq li jsir mużew għall-Partit Laburista b'mod speċjali s-snin ta' Mintoff fil-partit. Dom Mintoff u r-Rialto Bħal kull binja storika oħra, r-Rialto wkoll għandu xnieha marbuta miegħu. Din ix-xnieha Ir-Rialto

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021