Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681
02 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM New British Dispensary, Valletta Fra Diego Dispensary, Ħamrun Brown's Pharmacy, Qormi St. Bartholomew Pharmacy, Santa Venera Remedies Pharmacy, Ta' Xbiex Lourdes Pharmacy, San Ġwann Drug Store: Anglo Maltese Disp., Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Attard Brown's Grognet Pharmacy, Mosta Smiths PAMA Pharmacy, Mosta Qawra Pharmacy, Qawra Fleming Pharmacy, Paola Alpha Pharmacy, Fgura Medicor Pharmacy, Xgħajra Health Junction Pharmacy, Żejtun Kirkop Pharmacy, Kirkop The Bypass Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Azzopardi Pharmacy, Victoria, Gozo Joyce's Pharmacy, Xagħra, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 3 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Sabiħ b'xi ftit sħab għall- ewwel Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta' żewġ torrijiet ta' 18 u 17-il sular u lukanda ta' 12-il sular f 'Pembroke, eżatt faċċata ta' żona residenzjali kbira, għadd ta' organizzazzjonijiet se jkunu qed jiħu azzjonijiet legali kontra "din il-mistħija." Għalhekk, minħabba l-ispejjeż li proċeduri legali jġibu magħhom, qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku. Fil-fatt, l-għaqdiet nedew formola onlajn jew inkella persuna tista' tagħti d-donazzjoni tagħha permezz ta' trasferiment bankarju fuq dan il-kont: APS Isem: ITS-DB Legal Remedies IBAN: MT26APSB77013000000035549910089 SWIFT: APSBMTMT L-organizazzjonijiet fakkru li l-Awtorità tal- Ippjanar kienet approvat dan il-permess fl-2018, iżda wara l-għajnuna tal-pubbliku, infetħu proċeduri legali li waslu biex il-permess ikun revokat. "Aħna determinati li nkomplu l-ġlieda permezz ta' iktar azzjonijiet legali kontra dan il-mostru u din it- theddida għall-kwalità tal-ħajja u l-ambjent tagħna. Iż-żewġ torrijiet ta' 18-il sular u 17-il sular kif ukoll il-lukanda ta' 12-il sular fuq art pubblika f 'Pembroke ser jinbnew f 'żona residenzjali u ser jolqtu siti storiċi importanti u żoni naturali sensittivi," fakkru l-għaqdiet. Komplew jisħqu li kontra "dan il-mostru tad-DB" hemm tliet kunsilli lokali u eluf ta' residenti. Fil-fatt, tul il-proċess kollu tal-applikazzjonijiet, inġabru xejn inqas minn 17,000 oġġezzjoni. "Ma nistgħux inħallu n-negozjanti l-kbar u l-awtoritajiet pubbliċi jgħaddu romblu minn fuq ir-rieda tal-poplu favur il-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Il-kontribut ta' kulħadd - kbir jew ċkejken - jgħodd!," temmet tgħid l-istqarrija. L-għaqdiet firmatarji huma: ACT Malta, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Association of Malta, Rota, Sustainable Built Environment Malta u e Archaeological Society Malta. Għaqdiet jitolbu l-għajnuna tal- pubbliku biex jiftħu azzjoni legali kontra 'l-mostru tad-DB' f'Pembroke