Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 kultura IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 • illum Lazzaro Pisani: Wieħed mill-artisti ewlenin magħruf għall-arti sagra fil-knejjes Maltin u Għawdxin PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM Lazzaro Pisani hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa artistiMaltin talaħħar tas-seklu dsatax u l-bidu tas- seklu għoxrin. Huwa twieled fil-15 ta' Dicembru tas-sena 1854 f 'Ħaż-Żebbuġ. Kien iben Agostino u Giuseppa Sciortino. Fi tfulitu studja fl- Iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ. Hu tgħallem ukoll fil-Liċeo fejn wieħed mill-għalliema tiegħu kien Michele Bellanti. Hu spikka ħafna taħt il-Kavallier Paolo Bonnici Mompaleo li rrakkomandah għand Carlo Ignazio Cortis li beda jtih il- privat. Fis-sena 1870 siefer Ruma biex ikompli bl-istudji tiegħu f Accademia di San Luca u fil-British Academy. Wara marda twila u serja, kellu jiġi lura Malta fis-sena 1874. Fis-sena 1878 inħatar Assistent Kap fl-iskejjel tal-Gvern tat- Tliet Ibliet. Fis-sena 1885 rebaħ midalja tal- Fidda mill-Colonial Exhibition ta' Londra għax- xogħol tiegħu tal-mewt ta' Abel li nsibu fil-ktieb tal-Ġenesi, u rnexxielu jikseb midalja oħra għall-istess wirja li saret fis-sena 1924. Fis-sena 1890 sar għalliem fl-iskola tad-disinn u fl-iskola sekondarja tal-bniet fil-Belt Valletta fejn ħareġ rapport biex jipproponi ttitjib fl-arti. Fis-sena 1893 sar għalliem fil-Liċeo u għamel lekċers lill-istudenti tal- arkittetura fl-Università ta' Malta. Mis-sena 1885 'il quddiem, Lazzaro Pisani tqabbad minn diversi parroċċi biex ipitter is- soqfa bil-ħnejjiet fil-knejjes, pittura li tispikka wara kull altar magħrufa bħala l-kwadru titulari, u pitturi oħra, fosthom tal- IsqofAngelo Portelli O.P., tal- Isqof Camilleri OSA, ta' Dr A. Caruana Direttur tal-Edukazzjoni u ta' Lady Adeline Strickland. Kien imħeġġeġ minn Monsinjur Paolo Bonnici u mill- Kommendatur Taljan Giuseppe Conevelli biex jerġa' jaqbad ix- xogħlijiet tiegħu artistiċi. Bosta studenti li kien għallem ħarġu minn taħt idejh, fosthom Abram Gatt, Emmanuele Buhagiar u Toussoint Busuttil. Hu kien ħabbrek biex iressaq żewġ kuġini iżgħar minnu lil Antonio u lil Francesco Saverio Sciortino biex jaqbdu karriera artistika. Dawn it-tnejn laħqu għamlu abbozzi fl-Ingilterra u fil-Kanada rispettivament u rnexxielhom jiksbu fama internazzjonali. Fis-sena 1915, Lazzaro Pisani wettaq xogħol fis-saqaf tal-Knisja Parrokjali ta' San Pietru u San Pawl ġewwa n-Nadur, f 'Għawdex. Din il-pittura ħaditlu aktar minn tnax-il sena u hija meqjusa bħala kapolavur ta' Pisani, magħmula minn 240 biċċa. Pisani ħadem din l-opra meta kellu 56 sena. Din pittirha fuq il-kanvas b'kisja ta' 390 metru kwadru skont id- disinn tal-arkittetura ta' Francesco Saverio Sciortino. Fil-Knisja Parrokjali ta' San Filep f 'Ħaż-Żebbuġ insibu wħud mill-aqwa xogħlijiet tiegħu fosthom partijiet tat-Tmien Beatitudinjiet u tal-Missirijiet tal-Knisja, u pittura oħra wara l-altar tal-Madonna tar-Rużarju, tal-Madonna tal-Karmnu, il-Madonna tal-Faraġ u tal- Immakulata Kunċizzjoni. Fis-sena 1929 tqabbad biex jagħmel is-saqaf tal-Knisja tal- Franġiskani ta' Ġieżu li tinsab fl-Imġarr f 'Għawdex. Fis-sena 1930 kellu jagħmel ukoll is-saqaf tal-Knisja ta' San Nikola ġewwa s-Siġġiewi, iżda bi sfortuna kbira ma laħaqx ilesti ħidmietu. Skont il-Kavallier Vincenzo Bonello, l-aqwa xogħlijiet tiegħu huma San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universjali li tinsab fil-Knisja Arċipretali ta' Stella Maris ġewwa Tas-Sliema u l-Madonna Tal- Karmnu f 'Ħaż-Żebbuġ. Fis-sena 1913, fl-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali pinġa l-Arka Trijonfali li twaqqfet fil-Furjana wara li kien rebaħ il-midalja tal-fidda f 'wirja tal-Imperu Ingliż. Fis-sena 1924 irċieva ittri ta' rakkomandazzjoni mill- Kommendatur Domenico Bruschi talAccademia di San Luca ta' Ruma, u mill- Kavallier Luigi Fontana, il-kunsillier tal-istess akkademia. Għandu wkoll pittura tal-aħħar ċena li tinsab fil-parroċċa tal- Għasri kif ukoll pittura ta' San Disma bil- kitba "Erat latio" "kien ħalliel" għax seraq il-ġenna fl- aħħar mumenti. Din tinsab fil-knisja ta' Corpus Christi. Għandu wkoll il- Madonna tar-Rużarju li tinsab fil-Knisja Dumnikana ta' Ġesù Nazzarenu ġewwa Tas-Sliema, ritratt tiegħu nnifsu u ta' Maria Pisani tas-sena 1916, il-Madonna tad-Duluri tas-sena 1924, ritratt ta' Mrs Gauci 1907, ritratt ta' Roly Pisani, ritratt ta' Pietru Pawl Mompalao, l-ittra u ritratt ieħor tal-Imħallef Sir Salvatore Naudi. Lazzaro Pisani għadda għall- ħajja ta' dejjem fil-31 ta' Awwissu tas-sena 1932 fl-età ta' 77 sena fir- residenza tiegħu sajfija f 'San Pawl il-Baħar. Ħdax-il pittura ta' Lazzaro Pisani ngħataw lil Heritage Malta minn bintu Maria. Il-karriera ta' dan l-artist famuż spiċċat fid-dell ta' Giuseppe Cali (1846 – 1930) li akkwista kummissjonijiet ta' qligħ u stima kbira. Minkejja li kellu kompetitur qawwi xorta rnexxielu jwettaq ħidma fl-arti sagra u fil- pittura. Fis-6 ta' Frar tas-sena 2008, Heritage Malta u Midsea Books ħadu l-inkarigu li joħorġu Katalogu tal-wirja tax-xogħlijiet tiegħu bi studju minn Lino Borg. Fil-5 ta' Novembru tassena 2006 saret ukoll taħdita fil-Każin tal-Banda 12 ta' Mejju. Is-Sur Lino Borg B.A. M.A hu lekċerer fi skola sekondarja hu qarib u kollaboratur tat-tifla tal- artist Lazzaro Pisani, Maria, li qed tagħmel riċerka estensiva fuq ix- xogħlijiet ta' missierha. Il-mewt ta' Adam - 1885

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021