Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

S tramba imma vera. Ġrat fi Frar 2018. Filgħodu kmieni l-Papa Franġisku kien għaddej mit-toroq ta' Ruma, iterraq waħdu kif kienet id-drawwa tiegħu, fit-toroq imsejħa bit-taljan Via della Conciliazzione. Hemm lemaħ qattusa minn dawk li jiġru barra għax ma għandhomx sid. Malli raha, waqaf ikellimha bis-solitu ħlewwa tiegħu, iggustaha, refagħha fuq spallejħ, gebbibha fis-suttana bajda tiegħu u baqwa' sejjer lura biha fl-appartamenti tiegħu. Hemm ġew beda jgħajtilha Margaret. Minnufih bdiet tigref l-għamara li kien hemm fil- kmamar u meta ma kinitx tigref, bdiet tħalli warajha s-suf fuq it-tapiti kollha. Miskin il-Papa beda jinsisti li jaqbad il-Hoover kuljum u jneħħih hu biex ma jżidx ix-xoġħol lill-impjegati tal- Vatikan. L-istaff tatu rasu. Ma kienx jaf x'jaqbad jagħmel u beda jħossu ħati. Imma l-Papa sikkithom u qalilhom biex ma jħabblux rashom. It-tigrif u s-suf tal- qattusa ma għandhomx jinkwetawhom; imma huma ma ridux jafu u baqgħu jinkwetaw. Daħlet il-Kurja Imma l-affari baqgħet sejra għand il-Kurja Rumana. Għax Margaret sikwit kienet tmur wara l-Papa anke fil- laqgħat li jkollu u tispiċċa titla' fuqu anke hemmhekk. U hu kien jiggustaha meta titla' fuqu u hi tgħidx kemm kienet jieħu pjaċir meta jġorrha miegħu. F'ħinijiet oħrajn hu kien joqgħod imellisha u hi tinstema li qed tieħu gost. "Ma jixraqx hekk," gerger membru ta-Kurja. "Jien qed niddejjaq," gerger ieħor. Margaret kellha vizzju ieħor li ħawwad lil xi wħud mill-kunsilliera tal- Papa. Meta hu kien imur jistrieh fuq il-petruna konfortabbli tiegħu wara l-ikla u jtella' riġlejh, Margaret titla' fuqu u flimkien jaqraw ir-rivista favorita tagħhom ta' kull ġimgħa. "Jidħer ċar li dan il-Papa mhux serju ladarba l-ħin tiegħu jokkupah b'dan il- mod." Hekk pespes membru ieħor tal-Kurja. Madanakollu Maragaret irnexxielha tagħmel xi ħbieb ġewwa l-ħitan tal- Vatikan. Tgħidx kemm għannquha dawk li jservu fil-kċina, pereżempju għax apprezzaw it-talenti tagħha meta tiġri wara il-ġrieden u meta huma kienu sikwit ipattulha billi iressqulha quddiemha l-platti mimlija spagetti alle vongole. Infatti dak kien l-platt l-iżjed favorit tagħha. Il-Gwardji Svizzeri Imbaghad hemm il- Gwardji Svizzeri Min kien jobsor li dawk iż-żgħażagħ b'saħħithom isiru daqshekk ħbieb tal- qtates. Tista' tgħid li kollha ferħu u laqgħu il-preżenza ta' Margaret fil-ħajja tal- Papa u dan urewh billi għaliha tgħidx kemm għamlu konċessjonijiet. Illum saħansitra l-Kmandant tal-Gwardjani jiftaħ u jagħlaq il-bibien għaliha, biex hi tkun tista' tippassiġġa bil-libertà fis- swali meta l-Papa xi drabi jniżżilha fl-art, jagħmlilha sinjal b'għajnejh waqt li hu isellmilha. Dun Anġ Seychell 22 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum Il-Qattusa tal-Papa Franġisku Dun Anġ Seychell huwa l-Fundatur ta' Dar Nazareth

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021