Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum Direzzjoni ġdida għall-Gvernijiet Lokali sabiex nsaħħu l-Komunita Hon. Ministru Jose' Herrera " Tkompli ir-Riforma: Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Politika għall-Gvernijiet Lokali 2021. Aċċessa minn: www.localgovernment.gov.mt SEMMA LEĦNEK! " Baġit f'Ottubru jħalli biss tieqa għal elezzjoni f'nofs jew l-aħħar ta' Novembru għall-2021 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana kkonferma mal- gazzetta ILLUM li l-ħidma diġà bdiet biex il-Gvern jipprepara u jressaq Baġit ieħor - l-aħħar baġit tal-Leġiżlatura u l-ewwel baġit ta' Caruana bħala Ministru tal- Finanzi. Dan wara li l-gazzetta staqsietu jekk dan l-eżerċizzju importanti għadux skedat bħas- soltu għal Ottubru minħabba diċċeriji kontinwi u persistenti dwar elezzjoni ġenerali wara dan is-sajf. Jekk jitressaq il-Baġit f 'Ottubru - it wara li jkun reġa' fetaħ il- Parlament wara li jidħol lura mill- vaganzi tas-Sajf (ġeneralment it wara l-Indipendenza) - ikun ifisser li l-prospetti ta' elezzjoni ġenerali din is-sena jonqsu mhux ħażin, għalkemm xorta jibqgħu possibbli. Dan minħabba li jekk jitressaq il-Baġit jeħtieġ jiġi approvat qabel elezzjoni ġenerali u allura qabel l-għeluq tal-leġiżlatura. Dan ikun ifisser li l-ġimgħa ta' wara ikun hemm ir-reazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni u wara tal-Prim Ministru li jwieġbu, sussegwentement ikun hemm l-estimi tal-Baġit li jdumu madwar ġimagħtejn u li matulhom jiġi diskuss kull Ministeru individwalment u jittieħdu l-voti biex il-Baġit ikun approvat. Importanti li wieħed jiakar ukoll li Malta - membru tal-UE u taż-żona ewro - trid tippreżenta il-Baġit tagħha sal-15 ta' Ottubru lill-Kummissjoni Ewropea, li allura tagħmel elezzjoni qabel dik id-data waħda diffiċli wkoll. Bil-liġi iridu jgħaddu minimu ta' 33 jum mid-data ta' meta jiġi xolt il-Parlament sad-data tal- elezzjoni ġenerali, li jfisser allura illi l-Baġit u l-proċess relatat miegħu jħalli biss tieqa għal elezzjoni ġenerali f 'nofs jew fl- aħħar ta' Novembru, eżatt mal- bidu tal-istaġun tal-Milied. Minkejja li tibqa' prerogattiva tal-Prim Ministru, Baġit f 'Ottubru jkun ifisser allura li l-prospetti ta' elezzjoni din is-sena jonqsu u kollox jimxi għas-sena d-dieħla, lejn il-bidu jew l-aktar tard, in- nofs. Skont il-Kostituzzjoni, Gvern jista' jibqa' f 'postu sa ħames snin u tliet xhur wara elezzjoni ġenerali, li jfisser li teknikament dan il-Gvern jista' jibqa' fil-poter sa Settembru 2022. Dan ix-xenarju huwa xi it jew wisq remot (għalkemm mhux impossibbli) għaliex biex jiġri hekk il-Prim Ministru jkun irid iħabbar elezzjoni f 'Awwissu - xi ħaġa li qatt ma ġrat, għajr darba fil-kriżi politika tal-1998, meta kien waqa' l-Gvern Laburista ta' Alfred Sant. Żewġ sorsi li din il-gazzetta tkellmet magħhom, wieħed fil- kabinett u ieħor qrib tal-Gvern it-tnejn sostnew li ma jarawx għaliex il-Gvern għandu jmur għal elezzjoni din is-sena, meta wieħed iqis il-vantaġġ enormi li għad għandu kif ukoll r-rata tajba ta' vaċċinazzjoni. Hemm ukoll sentiment fi ħdan il-PL, li dan il-Gvern għandu jagħmel il- leġiżlatura kollha (2017 - 2022), kuntrarjament għal dak ta' qablu (2012 - 2017). Minkejja dan, persuni li kellmu din il-gazzetta qalu wkoll iżda li mill-Partit Laburista ingħatat id-direzzjoni biex il- Ministri, Segretarji Parlamentari u kandidati Laburisti jibdew jaħdmu daqslikieku qegħdin f 'kampanja elettorali. Finalment jidher ukoll skont it-tielet u l-aħħar sors ta' din il- gazzetta, illi r-riżultat tal-FATF biddel xi it mill-pjanijiet bil- Gvern determinat li jressaq il- baġit kif ukoll li qabel l-elezzjoni juri bil-fatti li qed jaħdem biex il- pajjiż joħroġ mill-Lista l-Griża, xi ħaġa li ma jidhirx li se tkun ġrat sal-elezzjoni ġenerali skont il- gazzetta oħt Maltatoday.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021