Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 George Hyzler Mistoqsi dwar l-FATF ... Muscat jgħid biss li 'nappoġġja u naqbel mal-PM' Hekk kif l-Oppożizzjoni qed takkuża lill-eks PM Joseph Muscat illi huwa tort tiegħu li Malta spiċċat fuq il-Lista l-Griża tal-FATF, l-ILLUM tistaqsih jirreaġixxi. Iżda Muscat jirrifjuta li jwieġeb u jgħid biss li qed jappoġġja lill-Prim Ministru Abela... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma wegibx mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM fid-dawl tal- fatt li diversi persuni, fosthom l-Oppożizzjoni u l-għaqda Repubblika, qed iwaħħlu fih u l-Gvern li kien imexxi għall-fatt li Malta tpoġġiet fil-Lista l-Griża tal-FATF. Minkejja l-mistosijiet tal-ILLUM Muscat qal biss li li hu jaqbel ma' u jappoggja l-pożizzjoni meħuda mill-Prim Ministru Robert Abela. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-eks PM jekk hu jħossx li l-Gvern li kien imexxi kienx parti kruċjali mill-kaġun ta' din il- greylisting, speċjalment fid-dawl ta' kwistjonijiet bħal Panama Papers. Staqsietu wkoll jekk iħossx li saret biżżejjed ħidma fil-kwistjoni tal- ħasil tal-flus mill-Gvern tiegħu meta l-Moneyval stess irrikonoxxiet li ħafna mill-ħidma li saret kienet f 'dawn l-aħħar sena u nofs. Finalment il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Muscat kemm jaħseb li lagħbet parti l-Istati Uniti u r-relazzjonijiet li aħna bħala pajjiż komplejna nibnu ma' pajjizi barra l-UE (Il-Libja, iċ-Ċina..) f 'din tal- greylisting. Staqsietu jaħsibx li l-Gvern għandux ibaxxi rasu jew inkella jiġilidha. Malli ħarġet l-aħbar li tliet pajjiżi ivvutaw kontra Malta fl-FATF - kuntrarjament għal bosta pajjiżi oħrajn li kienu kontra dan il-pass fil- konfront ta' Malta - l-Oppożizzjoni u l-għaqda Repubblika sostnew li dan huwa tort ta' Muscat, bil-Kap tal-Oppożizzjoni saħansitra jisfida lill-PM biex "ikeċċi" u "jiċħad lil Muscat". Repubblika ħarġet filmat li fih jidhru Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u elenku ta' persuni oħrajn assoċjati mal-Gvern u l-Partit Laburista, li fih issejħilhom "żibel". Id-deċiżjoni tal-FATF tiġi minkejja li hi stess irrikonoxxiet li saru diversi passi 'l quddiem fuq il- maġġoranza ta' dak li kien mitlub mill-moneyval u tiġi wkoll minkejja li l-Moneyval għaddiet lil Malta minn dan it-test. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il- President tal-FATF, Marcus Pleyer fakkar li fl-2019, Malta għaddiet minn investigazzjoni dwar il- ħidma tagħha kontra l-ħasil tal-flus, bir-rapport finali jelenka "diversi nuqqasijiet serji." L-FATF qed tħeġġeġ lil Malta biex turi li l-informazzjoni dwar is-sidien tal-kumpaniji bbażati f 'Malta tkun preċiża u tappella lill- awtoritajiet biex jinvestigaw meta din l-informazzjoni ma tkunx preċiża. Qed tħeġġeġ lil Malta biex issaħħaħ l-użu tal-intelliġenza finanzjarja mill-FIAU biex tappoġġja lill-awtoritajiet li jaħdmu biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa. Tappella wkoll li għandhom ikunu kkjarifikati l-irwoli u r-responsabbilitajiet tal- Kummissarju għat-Taxxi Interni u l-FIAU. Tħeġġeġ ukoll lil Malta biex issaħħaħ il-ħidma tal-FIAU biex tkun tista tipprovdi biżżejjed informazzjoni li tgħin lill-Pulizija biex ikunu jistgħu jinvestigaw każi marbuta ma' ħasil ta' flus u l-evażjoni tat-taxxa. Fuq nota pożittiva, l-FATF irrikonoxxiet li Malta għamlet progress f 'diversi oqsma fosthom fir-riżorsi mogħtija lill-Pulizija u lill- Prosekuturi biex setgħu jinvestigaw u jieħdu passi kontra każi kumplessi ta' ħasil tal-flus. L-eks Prim Ministru Joseph Muscat Ilbieraħ, għall-ħabta tan- nofsiegħa il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident fi Triq Tas Sliema, San Ġwann. L-ewwel investigazzjonijiet juru li mara ta' 40 sena li tgħix San Pawl il-Baħar, sfat milquta minn vettura ta' tip Fiat misjuqa minn Taljan ta' 32 sena li jgħix San Ġwann. Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Mara ssofri ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku f'San Ġwann

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021