Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum 'Tradizzjoni li qed taħrab minn m'aħniex apprezzati' Alan Borg YENDRICK CIOFFI Min jitpaxxa jismagħhom u min idejquh għax jarahom storbju biss. Iħabbru l-ferħ iżda anke n-niket. Fi żmien kienu jimmarkaw il-ħin tal-ġurnata u llum huma aktar tradizzjoni. Jagħmlu x'jagħmlu u jgħidu x'jgħidu fuqhom, il-ħoss tal- qniepen huwa parti integrali mill-ħajja tal- ibliet u l-irħula, il-kultura u l-ħoss tal-festa. F'dan iż-żmien tal-festi, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mad-daqqaqa tal-qniepen, partikolarment ma' Benedict Bugeja, magħruf aħjar mad-dilettanti tal-festa bħala Benny tal-qniepen. Fi staġun tal-festi nieqes mill-ħoss tal-baned, il-qniepen qed ikunu dawk li jfakkru lill-ibliet u l-irħula li qed tiġi ċċelebrata l-festa u nittamaw li dan iwassal biex jiġu apprezzati aktar. L-ILLUM żaret lil Benedict Bugeja fid-dar tiegħu fil-Gżira, li (kumbinazzjoni) jisimha wkoll 'La Campanella' u miegħu tkellmet dwar din il-passjoni iżda fuq kollox dwar din it-tradizzjoni tad-daqq tal-qniepen. Bdejna nistaqsu lil Benny dwar kif bdiet din il-passjoni tiegħu mal-qniepen sakemm saret parti integrali minn ħajtu. Irrakkonta kif l-ewwel darba li daqq qanpiena kien fil- Magħmudija ta' oħtu, fil-knisja parrokjali tal- Gżira li hija tant għal qalbu. "Missieri kien attiv fil-parroċċa tal-Gżira. Kont dejjem niġri miegħu fil-knisja u mas- sagristana. Fil-Magħmudija ta' oħti ħadni ħdejn il-garigor tal-kampnar. Kien hemm is-sagristan u tani ħabel u bdejt indoqq il- qanpiena ż-żgħira. Niakar kif is-sensazzjoni tal-ilsien jaħbat mal-qanpiena u l-ħoss, tani pjaċir kbir. Minn hemm bdejt u llum ilni aktar minn 50 sena ndoqq," saħaq. Iżda r-rabta tal-familja Bugeja mal-qniepen bdiet minn qabel. Ftit jafu li meta tiġi mbierka, qanpiena jkollha l-parrini. Missier Bugeja kien il-parrinu tal-qanpiena l-kbira tal-parroċċa tal-Gżira għax kien għen biex jinġabru l-fondi għal dan is-sett. "Minn dejjem kien hemm din in-namra. Anke d-dar konnha nitkellmu fuq il-qniepen. Niakar l-ewwel darba li tlajt fil-kampar tal- Gżira kont affaxxinajt ruħi. Rajthom kbar ħafna, għax ta' tifel kont nilgħab bi qniepen żgħar," saħaq. 'Inweġġa' meta xi ħadd idoqq qanpiena ħażin' Min jaf daqqaqa tal-qniepen, jinnota kemm dawn jibnu relazzjoni mal-qniepen u jirreferu għalihom bl-isem jew il-laqam. Fil-fatt, fatt kurjuż li it jafu, huwa li kull qanpiena, meta tiġi mbierka, tingħata isem partikolari. Ġeneralment, il-qanpiena l-kbira tingħata l-isem tat-titular tal-parroċċa, jew f 'xi każi, tal-benefattur tagħha. "Ikun hemm relazzjoni. Jimek biss min hu daqqaq tal-qniepen u jħobbhom. Jiena l-mod kif idoqqu l-qniepen taffettwani. Jekk xi ħadd isabbat qanpiena, inħossha f 'qalbi, tidħol fija. Inweġġa' meta xi ħadd idoqq qanpiena ħażin," kompla jgħidilna. "Meta qed iddoqq il-qniepen mhux sempliċiment qed tagħmel ħoss. Jiena rrid indoqq. Daqq irid ikun sabiħ, melodjuż." 'Il-qniepen ma għandhomx il-kliem ... kif iddoqq twassal messaġġ' Fakkar ukoll li l-qniepen huma messaġġiera. Iwasslu messaġġi differenti, għal funzjonijiet differenti u d-differenza fil-messaġġ toħroġ mill-mod kif il-qniepen jindaqqu. "Il-qniepen ma għandhomx il-kliem. Allura bil-mod kif iddoqq, qed twassal messaġġ. Il-mod kif iddoqq il-quddiesa, huwa differenti minn kif iddoqq għal funzjonijiet oħra. Min hu midħla jinduna jekk knisja tkun qed iddoqq barka. Mhux hekk biss. Anke l-qniepen li qed jindaqqu jibagħtu messaġġ. Jekk qed jintużaw il-qniepen kollha biex idoqqu l-barka, ifisser li hemm solennità. Anke jekk qed idoqq il-quddiesa, skont liema qanpiena tuża, tindika l-importanza tal-festa," kompla jispjega. Hemm ukoll dettalji żgħar li mhux kulħadd jiem, imma li daqstant ieħor huma importanti. Bugeja spjega kif meta qed jindaqqu l-moti qabel funzjoni, wara kull mota jindaqqu tokki. Tokk wieħed bl-akbar qanpiena wara l-ewwel mota, tnejn wara t-tieni mota, tlieta wara t-tielet mota u disa' tokki wara l-aħħar waħda. "Dawn it-tokki jkunu sinjal li se tibda funzjoni," spjegalna Bugeja. "Ara fil-moti li jindaqqu bi tħabbira għall-għada, dawn ma jindaqqux għax ma tkunx se tibda funzjoni. Wara purċissjoni dawn it-tokki se jindaqqu għax tkun ġejja l-barka. Hemm imbagħad it-tokki li jindaqqu waqt il-quddiesa tal-festa sakemm jibda l-paniġierku, biex min qiegħed barra jkun jaf li se jibda. Il-qanpiena hija messaġġiera." 'Hemm tradizzjonijiet li qed jinqatgħu għax nies ma ssibx' Fakkar li qabel, meta l-arloġġi ma kinux disponibbli bħal-lum, il-qniepen kienu importanti fil-ħajja tal-komunità għax in-nies kienet timxi magħhom. Insista li llum dawn id-dettalji saru tradizzjoni li se tintilef jekk mhux se jkun hemm interess. Hemm imbagħad daqq li llum kważi inqata' għal kollox. Bugeja spjega kif fl-antik kienu jdoqqu t-Transtu, biex iħabbru li jkun miet xi ħadd fil-parroċċa. Dan huwa differenti mill- mota li tindaqq fil-funeral. Fi Transtu kienet tindaqq biss qanpiena waħda. Fejn jidħlu l-moti ta' niket, biex insejħulhom hekk, ukoll hemm differenza. Jekk qed tindaqq mota bi tliet qniepen, jew inqas, dik qed tindika li hemm funeral, imma mbagħad hemm il-Libra, li tindaqq bil-qniepen kollha. Din tindaqq (b'xi it parroċċi) kull nhar ta' Ġimgħa fit-3pm ta' waranofsinhar, biex tfakkar fil-passjoni u l-mewt tal-Mulej, fil- funerali tas-saċerdoti u anke fit-Tiira tal- Mejtin kollha, fit-2 ta' Novembru. Sfortunatament, kompla jisħaq Bugeja, hemm tradizzjonijiet li qed jinqatgħu għax, fi kliemu, illum mhux faċli li ssib in-nies biex, pereżempju, nhar ta' Ġimgħa jmorru jdoqqu. "Mhux faċli ssib lin-nies. Meta jkollok xi tliet festi f 'xulxin diffiċli ħafna. Anke jekk qed tħallas mhux faċli ssib. Iż-żgħażagħ joħorġu jridu mhux jissakkru fil-kampnar fi tmiem il-ġimgħa," insista Bugeja. Fil-fatt, Benny għandu grupp ta' daqqaqa tal-qniepen, li jinkludi wkoll lil martu li tħobb il-qniepen daqsu. Ngħiduha kif inhi, mhux faċli għal dawn in-nies li jispiċċaw iqattgħu l-weekends tas-sajf imsakkra fil-kampnari. Anke jekk jitħallsu (mhux ħafna għas-sagrifiċċji li jagħmlu) mhux kulħadd kapaċi jidħol għal biċċa xogħol bħal din. 'Nagħtu servizz daqs il-mużiċisti u l-bandisti iżda mhux apprezzati' Iżda aktar milli minħabba n-nuqqas ta' nies, Bugeja jinkwieta aktar għax fi kliemu, id-daqqaqa tal-qniepen f 'Malta mhumiex apprezzati biżżejjed, minkejja li huma parti integrali mill-festa. Mhux huma biss, imma anke l-qniepen mhuwiex apprezzati. Fi kliem Bugeja, biżżejjed tħares lejn il- knejjes. Miżmuma bl-aħjar mod minn ġewwa imma mbagħad bil-kampnari traskurati. Fi kliemu dan jidher anke minn sempliċiment garigor li jagħti għall-kampnari. Fi kliemu, dawn ikunu "miżmuma tajjeb sal-gallarija tal- Hemm bżonn jindaqqu fit-tul u kuljum? Għad hawn interess? Għadhom importanti? Bejn lokalità u oħra hemm differenzi fid-daqq tal-qniepen? Id-daqqaqa huma apprezzati biżżejjed? L-ILLUM tiltaqa' ma' wieħed mill-akbar dilettanti tal-qniepen f'Malta u tistaqsih dwar il-passjoni li saret parti sostanzjali minn ħajtu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021