Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 Dawn l-artikli jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill- informazzjoni hawn provduta. L-abort fl-UE, imma mhux biss... X'jgħid dwar l-abort? Ir-rapport ta' Matić jirrikonoxxi li l-abort huwa kompetenza nazzjonali u allura tal-Gvern ta' kull pajjiż u mhux tal-UE, kuntrarjament għal kwistjonijiet ta' drittijiet, politika dwar is-suq, il- moviment ħieles u aktar. Ir-rapport jirrikonoxxi illi anke fejn l-abort huwa legali hemm problemi biex wieħed jaċċessah, inkluż minħabba perjodi ta' żmien ta' stennija li mhumiex meħtieġa, ħaddiema tas-saħħa li mhumiex mħarrġa, miżinformazzjoni u aktar. F'dak li jirrigwarda s-sitwazzjoni f 'pajjiżi bħal Malta u l-Polonja, ir-rapport isemmi kif hemm pajjiżi b'liġijiet ristrettivi li jippermettu l-abort biss f 'ċirkostanzi stretti ħafna li jwassal biex nisa jfittxu li jagħmlu abort barra mill-pajjiż b'mod klandestin. "Dan huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem u forma ta' vjolenza kontra l-ġeneru li taffetwa id-drittijiet tal-ħajja u l-integrità fiżika u psikoloġika tal-mara," jgħid ir-rapport. Minkejja li Malta tibqa' l-uniku pajjiż li jikkriminalizza l-abort f 'kull ċirkostanza - anke meta hemm kwistjoni ta' saħħa fin-nofs - numru ta' nisa Maltin xorta qed imorru barra l-pajjiż u jagħmlu abort. Fil-fatt nhar il-11 ta' Marzu 2018 il- gazzetta ILLUM żvelat kif mal-400 mara Maltija kienet għamlet abort jew xtrat pilloli abortivi, filwaqt li l-portal illum.com.mt kien ikkwota ċifri minn e Guardian li kienu juru kif f 'xahrejn biss - Marzu u April tal-2020, il-Women on Web kienet irċeviet 92 talba minn Malta għal pilloli abortivi. U allura x'qed jgħid li għandu jsir dan ir-rapport tal-Parlament Ewropew? Dejjem b'rispett lejn il-kompetenzi nazzjonali, ir-rapport isejjaħ biex l-istati membri jissalvagwardjaw "id-dritt ta' kull persuna, ta' kull età, sess, ġeneru, identità, razza, etniċità, klassi, affiljazzjoni politika/ reliġjuża..."biex jassiguraw id-dritt ta' integrità ta' ġisimhom, awtonomija personali u biex jipprovdu l-mezzi kollha biex kulħadd igawdi d-drittijiet ta' saħħa sesswali u riproduttivi tiegħu." Fuq dan il-punt ifakkru li l-UE hija kommessa lejn id-dritt li l-mara jkollha kontroll sħiħ, bil-libertà li tiddeċiedi hi b'mod responsabbli dak kollu li jitratta d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħha. Għalhekk dan ir-rapport qed iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiddikriminalizzaw l-abort, kif ukoll ineħħu l-ostakli għall-abort legali. "Il-pajjiżi membri għandhom responsabilità li jassiguraw li n-nisa jkollhom l-aċċess għad-drittijiet tagħhom..." jgħid ir-rapport li jirreferi wkoll għall-klawżola tal-kuxjenza. Filwaqt li ma jgħidx illi għandha titneħħa jisħaq li m'għandhiex titfa' l-aċċess tal-mara għal servizzi sesswali u riproduttivi f 'riskju. Il-klawżola tal-kuxjenza hija dik li permezz tagħha tabib jirriuta li jagħti kura għax dik il-kura tmur kontra t-twemmin jew valuri morali tiegħu. Kwistjonijiet ta' diżabilità u etniċità Dan ir-rapport jesprimi tħassib qawwi f 'dak li jirrigwarda drittijiet ta' saħħa sesswali u riproduttiva għal nisa u tfajliet b'diżabilità. Jgħid illi ħafna drabi dawn huma rriutati l-aċċess għal faċilitajiet f 'dawn l-oqsma u ma jingħatawx informazzjoni fir-rigward tal-kontraċettivi, filwaqt li "hemm saħansitra riskju li jiġu sterilizzati." Għalhekk ir-rapport qed jitlob lill- Istati membri biex jimplimentaw miżuri leġiżlattivi li jissalvagwardjaw l-integrità fiżika, id-dritt tal-għażla u li tkun il-persuna innifisha li tiddetermina s-saħħa sesswali u riproduttiva tagħha. Ir-rapport jitkellem ukoll dwar diskrimazzjoni kontra nisa ta' razez differenti li jgħixu fl-Ewropa u titlob li jitneħħew kull forma ta' diskriminazzjoni kontrihom, bħal segregazzjoni etnika f 'faċilitajiet tas-saħħa. Covid-19 u saħħa sesswali Naturalment ir-rapport ma setax jonqos milli jsemmi il-pandemija u l-effett li din kellha fuq drittijiet ta' saħħa sesswali u riproduttiva. Ir-rapport jisħaq li huwa "inaċettabbli li qed isiru bidliet fil-kura relatata mat-tqala u t-twelid - bl-iskuża tal-Covid-19 - u li mhumiex ibbażati fuq evidenza xjentifika, linji gwida tal- Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew inkella ta' professjonisti ewropej." Ir-rapport tal-MEP jisħaq illi l-bidliet li saru f 'xi pajjiżi "mhumiex proporzjonati għall-bżonnijiet relatati mal-Covid-19." Għalhekk dan ir-rapport iħeġġeġ lill- Istati membri biex jassiguraw aċċess sħiħ għal trattamenti u kura marbutin mal- fertilità waqt il-pandemija u jfakkru li interruzzjonijiet f 'dawn is-servizzi jwasslu biex ċerti nies jitilfu mid-dritt li jippruvaw ikollhom it-tfal. Ir-rapport isejjaħ għall-Istati Membri biex jassiguraw aċċess universali għal firxa wiesgħa ta' kontraċettivi moderni, għajnuna fl-ippjanar tal-familja u informazzjoni dwar liema kontraċettivi huma aċċessibbli u liema l-aħjar li persuna tuża. Ir-rapport jisħaq illi l-istati membri jeħtieġ jassiguraw li l-kontraċettivi jkunu aċċessibbli għal persuni kollha ta' età riproduttiva, filwaqt li jassiguraw li s-servizzi kollha tas-saħħa jfornu kura medika u psikoloġika. Il-Kontraċettivi - Importanti l-aċċess! Fil-konklużjonijiet tar-rapport, Matić jindirizza lil diversi Kummissarji Ewropej, fosthom il-Maltija Helena Dalli, Kummissarju għall-Ugwaljanza. Lil Dalli r-rapport iħeġġiġha biex tiffaċilità u tippromovi l-protezzjoni ta' dawn id- drittijiet u tinkludihom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza u l-Istrateġija ta' ugwaljanza għal persuni LGBTIQ. Talbuha tikkundanna t-tnaqqir tad-drittijiet tan-nisa u sabiex tiġġieled kull forma ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. X'qalu lil Helena Dalli...?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021