Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum Funded by the European Union Ir-rapport Matić tal-Parlament Ewropew. L-abort Mill-abort sal-kontraċettivi, l-effett tal-Covid-19, l-isfidi u l-aċċess kif ukoll it-taxxa tat-tampun. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-rapport Matić dwar id-drittijiet sesswali u riprodut- tivi tal-mara... Mill-abort sal- kontraċettivi, l-effett tal- Covid-19, l-isfidi u l-aċċess kif ukoll it-taxxa tat- tampun. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-rapport Matić dwar id-drittijiet sesswali u riproduttivi tal- mara... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa reġa' qam l-ispettru u d-diskussjoni dwar l-abort, wara li l-għagħa tal-Private Members' Bill tad- Deputat Marlene Farrugia kienet majnat, xi it jew wisq. Din id-darba iżda d-dimensjoni kienet waħda Ewropea, hekk kif kien il- Parlament Ewropew li vvota fuq ir-rapport tal-MEP Predrag Matić, mill-Alleanza Ewropea tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D). Għal dan ir-rapport kien l-MEP Cyrus Engerer biss li vvota favur, mill-MEPs kollha Maltin. Imma dan ir-rapport kien biss dwar l-abort? Kien vot li l-MEPs ħadu biss dwar l-abort? Le ma kienx. Kien rapport li tratta diversi temi li jitrattaw is-saħħa sesswali u riproduttiva tal-mara, f 'kull sens tal-kelma. L-għan ta' dan l-artiklu huwa li jagħti ħarsa ħafna iktar komprensiva lejn dan ir-rapport biex il-qarrejja tal-ILLUM jimu aħjar liema punti, nuqqasijiet u proposti tratta Predrag Matić dwar l-abort, imma wkoll lilhinn minnu. Drittijiet u sfidi! Dan ir-rapport jitkellem dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva u din ma ddurx biss mal-abort - għalkemm ir-rapport iqis l-abort bħala dritt tal-mara. Ir-rapport jitratta d-drittijiet u r-rispett lejn l-orjentazzjoni sesswali, id-dritt li persuna tiddeċiedi hi ma min tkun attiva sesswalment u d-dritt li persuna jkollha esperjenzi sesswali siguri, permezz ta' kontraċettivi. Id-dritt li persuna tiddeċiedi hi lil min tiżżewweġ ... forsi lkoll drittijiet li aħna f 'Malta sirna nieħdu bħala awtomatiċi, pero' li mhumiex f 'diversi pajjiżi oħrajn - bħal Polonja per eżempju fejn saħansitra għamlu LGBTIQ- Free zones, jiġifieri żoni fejn persuni omosesswali ma jistgħux imorru! Anatema aktar minn hekk tal- prinċipji tal-Unjoni Ewropea ma tistax tkun! Dan ir-rapport jisħaq illi dawn id-drittijiet u oħrajn magħhom għandhom jissaħħu mhux jiddgħajfu u jelenka numru ta' sfidi fl-UE li qed jiffaċċjaw diversi persuni l-aktar nisa, persuni LGBTIQ, immigranti u dawk fil-faqar jew li jgħixu f 'żoni rurali fuq il-kontinent. L-ewwelnett in-nuqqas ta' aċċess għal servizzi sesswali, nuqqas ta' edukazzjoni, nuqqas ta' aċċess għal kontraċezzjoni - kwistjoni li sa it snin ilu, kienet tgħodd għal Malta wkoll (tiakru l-kontroversji ma jieqfu qatt fuq il-condoms fl- Universita?) fejn sa mhux wisq ilu l-Knisja Kattolika kienet saħansitra kontra l-użu tal-kontraċettivi. Ir-rapport fil-fatt isemmi r-riut tal-kura fuq raġunijiet ta' reliġjon, il-conversion therapy - li mill-ġdid kienet kontroversja taħraq fil-pajjiż u li kienet legali sa it snin ilu! Din is-suppost terapija kienet waħda li min jagħmilha jgħid illi permezz tagħha jista' jbiddel l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna. Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat għamel din il-prattika waħda illegali! Ir-rapport isemmi wkoll l-aċċess limitat għal riproduzzjoni assistita u nuqqas ta' servizzi li jgħinu lil persuni li jkollhom mard jew kumplikazzjonijiet sesswali. Finalment ir-rapport isemmi wkoll ir-realtà tal-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili - realtà ġdida li tmur kontra d-drittijiet u d-dinjità tal- mara u li hija importata fl-Ewropa minn pajjiżi u żoni mwarrba fl- Afrika u anke minn postijiet fl- Ażja. Daqshekk taxxa tat-tampun! Il-gazzetta ILLUM kienet irapportat dwar it-Taxxa tat- tampun. Imma din x'inhi? Fil-qosor, din hija taxxa fuq prodotti li jgħinu mara fis-saħħa menstruwali, bħal tampun u pads. Dan ir-rapport jisħaq fuq l-effetti negattivi ta' din it-taxxa u jappella lill-Istati Membri biex jeliminawha bl-użu tal-flessbilità introdotta fid- Direttiva tal-VAT u japplikaw eżenzjonijiet jew inkella japplikaw rata ta' VAT ta' 0%, minħabba li ħafna minn dawn il-prodotti huma essenzjali. Persuni Intersex Ir-rapport isejjaħ lil-Istati Membri sabiex jadottaw leġiżlazzjoni li tassigura illi persuni intersex ma jkunux soġġetti għal trattament mediku mhux neċessarju meta jkunu għadhom tfal. Jgħid illi d-dritt tal- integrità, l-awtonomija u li jkunu infurmati u jiddeċiedu huma x'inhu l-aħjar għalihom għandu jkun rispettat. L-MEP Predrag Matić

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021