Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 aħbarijiet Jinxtered aktar malajr iżda l-vaċċin L-Iżrael ikollu jerġa' jintroduċi l-maskri Il-varjant Delta huwa responsabbli għal aktar minn 70% tal-każi l-ġodda fl-Iżrael u dan wassal biex il-pajjiż jerġa' jagħmel mandatorju l-ilbies tal- maskri fuq ġewwa. Fl- aħħar ġimgħat, hekk kif l-Iżrael laħaq l-immunità tal-massa u laqqam parti kbira mill-popolazzjoni, kien neħħa l-ilbies tal- maskri mhux biss fuq barra iżda anke fuq ġewwa. Madanakollu, wara li għal diversi jiem konsekuttivi kienu rreġistrati aktar minn 100 każ kuljum, l-awtoritajiet tas-saħħa ma kellhomx għażla oħra ħlief li jmorru pass lura u jerġgħu jintroduċu l-ilbies tal-maskri fuq ġewwa. Minkejja din iż-żieda fil- każi, la l-imwet u lanqas l-għadd ta' pazjenti fl-isptar mhu qed jiżdiedu bir- rata li kienu qed jiżdiedu normalment, kull meta kien hemm żieda fil-każi. Bħalissa l-Iżrael qed iħaffef il-proċess biex malajr kemm jista' jkun ilaqqam lil dawk li huma iżgħar fl- età, hekk kif it-tbassir huwa li l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ se jkunu aktar f 'riskju minn persuni oħra minħabba li se jkunu għadhom mhux ma tlaqqmux kompletament. Fir-Renju Unit il-każi jiżdiedu iżda l-imwiet jibqgħu baxxi Fir-Renju Unit il- varjant Delta wassal għal żieda drastika fl- għadd ta' każi ġodda. Fil-fatt, kien hemm jiem fejn instabu aktar minn 26,000 każ ta' Covid-19. Dan reġa' ħa lill-Ingliżi g ħ a s - s i t w a z z j o n i (f 'termini ta' numri) li kienu fiha f 'Jannar li għadda, bid-differenza li r-rata tal-imwiet baqgħet ħafna inqas minn dik ta' sitt xhur ilu. Fil-fatt, jekk f 'ġurnata, din il-ġimgħa, mietu 14-il persuna, f 'Jannar, meta kienu qed jinstabu l-istess ammont ta' każi, ġieli kienu rreġistrati 'l fuq minn 1,200 mewta. Anke jekk l-ammont ta' persuni li qed ikollhom bżonn kura fl- isptar ukoll qed jiżdied ftit ftit, dan għadu baxx ħafna meta kkumparat ma' Jannar li għadda. I l - v a r j a n t Delta huwa r e s p o n s a b b l i għal 99% tal-każi l-ġodda fir-Renju Unit. Dan wassal biex ir-rilaxx tal-aħħar restrizzjonijiet, li kien ippjanat għall-21 ta' Ġunju, kellu jiġi pospost għad-19 ta' Lulju. Ir-Renju Unit laqqam kważi żewġ terzi tal- adulti tiegħu iżda xorta waħda hemm il-biża' li beda dieħel fit-tielet mewġa. Ħafna pajjiżi qed iħarsu wkoll lejn ir- Renju Unit biex ikollhom indikazzjoni ta' dak li jista' jiġri. Fil-fatt, dawk li qed ikollhom bżonn jidħlu l-isptar jew inkella li qed iwasslu għat-tixrid tal-varjant, ġeneralment qed ikunu żgħażagħ jew adoloxxenti, hekk kif dawn jew għadhom ma ħadux it-tilqima jew għadhom mhux imlaqqma kompletament. Diversi pajjiżi mhux qed jieħdu riskju u qed jimponu wkoll regoli stretti fuq it-turisti Ingliżi. Pereżempju l-Ġermanja, li fetħet il-fruntieri tagħha beraħ għal ħafna turisti mlaqqma, ħalliet lir-Renju Unit barra mil-lista. Malta, qed taċċetta biss lil dawk it-turisti In- gliżi li jkollhom f 'idhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Fil-każ tal-Ingliżi, Malta mhux taċċetta test. Anke fl-Italja, wieħed mill-aktar swieq importanti għat-turiżmu f 'Malta, il-varjant Delta qed jinxtered u bħalissa huwa responsabbli għal 17% tal-każi l-ġodda u dan meta sa xahar ilu kien responsabbli għal 4.2% tal- każi. L-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa qal li kollox jindika li dan il-varjant qed isir id-dominanti. S'issa, il-varjant li ġie rreġistrat għall-ewwel darba fir-Renju Unit għadu dak dominanti u huwa responsabbli minn 74.9% tal-każi. Minkejja dan, sa issa, il-każi tal- Covid-19 fil-pajjiż jidher li għadhom qed jonqsu u l - i s t e s s l-imwiet. It-tilqim fl-Italja għadu xi it jew wisq lura. Sa issa, it aktar minn 31% tal-popolazzjoni hija mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19. Anke fl-Italja qed isir dominanti L-esperti tas-saħħa fil-Greċja qed iwissu li r-rata tat-tilqim fil-pajjiż mhijiex suffiċenti biex tiġġieled biżżejjed it-tixrid tal-varjant Delta. Fil-fatt, skont l-informazzjon fuq Our World Data, it aktar minn 36% tal-Griegi huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 u dan minkejja li l-pajjiż huwa kompletament miuħ għat- turisti. L-esperti qed iwissu li hekk kif dan il-varjant huwa aktar trasmissibbli, iċ-ċans huwa li sa Awwissu dan isir dominanti u jkun responsabbli għall- maġġoranza tal-każi. Fil- Greċja, sa issa nstabu 11-il każ biss ta' dan il-varjant, iżda l-esperti qed jappellaw biex jitħaffef il-programm tat-tilqim, qabel ikun tard wisq. Il-Ġreċja għadha lura fit-tilqim u l-eperti qed iwissu Fi Franza wkoll qed jikber it-tħassib wara li l-varjant Delta kkawża mal-20% tal- każijiet ġodda fl-aħħar jiem. Sa it jiem qabel, il-varjant kien responsabbli ta' 10% tal-każi. Anke jekk il-każijiet fi Franza qed jonqsu, b'mod partikolari meta wieħed jikkumparahom ma' dawk tal-aħħar xhur u ġimgħat, il-Ministru Franċiż għas-Saħħa, Olivier Veran, ikkonferma li l-każi ġodda, kawża tal-varjant Delta, qed jiżdiedu. Imħassba wkoll il-Ġermaniżi, hekk kif il-President tal- Aġenzija għas-Saħħa Pubblika (Robert Koch Institute), Lothar W i e l e r , s p j e g a kif bejn l-14 u l-20 ta' Ġunju, il-varjant Delta kien kaġun ta' 36% tal-każi l-ġodda fil- Ġermanja. Fil-ġimgħa ta' qabel, il-varjant Delta kien responsabbli ta' 15% tal-każi. Fil-fatt, anke l-esperti Ġermaniżi qed ibassru li sa nofs is-sajf, dan il-varjant se jkun dominanti. Il-Franċiżi u l-Ġermaniżi mħassba wkoll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021