Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum Ġirja bejn it-tilqim u l-varjant Delta ... jista' jasal qablu! X'inhu l-varjant Delta? Kemm hu aktar trasmissibbli? Kif jista' jkun evitat? Min hu l-aktar f'riskju? Il- vaċċin jaħdem kontrih? X'qed jiġri f'pajjiżi oħra? YENDRICK CIOFFI L-ewwel tar-Renju Unit, imbagħad l-Afrikan u issa qed jerfa' rasu, partikolarment fl-Ewropa, il- varjant Indjan, jew aħjar il- varjant Delta kif qed jissejjaħ biex ma nitfgħux dell ikrah fuq pajjiżi. Malli l-każi jibdew jonqsu u nibdew nieħdu r-ruħ, iqum xi varjant u malajr kulħadd jaqbad jippanikja. Imma dan il-varjant Delta huwa inkwetanti? Għandna għaliex nippanikjaw? Se nerġgħu mmorru lura? Qed jinfirex u kif? Nibdew inwieġbu l-mistoqsijiet it it. Jidher li qed jinxtered mhux ħażin. Fil-fatt, skont l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, minn meta ġie indentifikat l-ewwel darba fl-Indja, illum dan il-varjant inxtered f 'minn tal-inqas 85 pajjiż (x'aktarx aktar). Fost il-pajjiżi li l-aktar qed jinfirex fih, hemm ir-Renju Unit. Sa nofs Ġunju, 99% tal-każi l-ġodda fir-Renju Unit kienu kkawżati minħabba dan il-varjant. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, qed ibassar li sal-aħħar ta' Awwissu, dan il- varjant se jkun responsabbli għal 90% tal-każi fl-Ewropa. Fil-fatt, epidemjoloġisti qed ibassru wkoll li dan il-varjant jaf iwassal għat-tielet mewġa ta' infezzjonijiet u għalhekk qed issir enfasi kbira fuq il-programm tat- tilqim, li lilhinn minn Malta, għadu lura minn dawk mixtieq. Huwa aktar trasmissibbli Jekk hemm xi ħaġa ċerta dwar dan il-varjant hija li huwa aktar trasmissibbli minn varjanti oħra. Dan ġie kkonfermat ukoll mill- Kap Eżekuttiv tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, Tedros Adhanom Ghebreyesus. L-ewwel u qabel kollox tajjeb li wieħed jiem li kwalunkwe virus (mhux il-Covid-19 biss) jinbidel kontinwament b'dak il-proċess naturali li jissejjaħ mutazzjoni, fejn ikollok bidla fl-istruttura tal-ġene. Xi drabi dawn il-varjanti ta' virus jisparixxu waħedhom iżda oħrajn jippersistu u jsiru dominanti. Għalhekk ma kinitx sorpriża li anke l-Covid-19 jiżviluppa dawn il-varjanti. Il-varjanti kollha, esperjenzaw bidliet f 'dik li tissejjaħ 'spike protein' jiġifieri dik ix-xewka li jkun hemm fil-virus u li 'taqbad' maċ-ċelloli umani Fil-każ tal-varjant Delta ġew innotati diversi mutazzjonijiet, fosthom waħda li tissejjaħ L452R u li tgħin biex il-virus jinfetta aktar malajr iċ-ċelloli umani. Skont iċ-Ċentru Ewropew għall- Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), il-varjant Delta huwa trasmissibbli bejn 40% u 60% aktar mill-varjant li kien instab l-ewwel darba fir-Renju Unit. "Skont l-evidenza xjentifika, il- varjant Delta huwa trasmissibbli aktar mill-varjanti l-oħra li hawn fiċ-ċirkolazzjoni bħalissa," qalet Andrea Ammon, Direttur Ġenerali tal-ECDC. Il-vaċċin jipproteġina? Biex inwieġbu din il-mistoqsija, il-gazzetta ILLUM se tkompli tikkwota lill-ECDC li spjega kif l-ewwel studji juru li persuni li jkunu ħadu biss doża waħda tal- vaċċin huma ħafna aktar f 'riskju minn dawk li jkunu ħadu ż-żewġ dożi. Fil-fatt, l-ECDC qiegħed ibassar li dan il-varjant se jkun qed jinfirex ħafna matul is-sajf, speċjalment fost adoloxxenti u ż-żgħażagħ li jkunu għadhom ma ħadux it-tilqima kompluta. Propju għalhekk li din il-ġimgħa, fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne appella biex kull min għadu ma resaqx għall-vaċċin, jagħmel dan mill-aktar fis possibbli. Apparti minn hekk, fil-ġranet li għaddew, issa li l-eżamijiet spiċċaw, il-programm tat-tilqim infetaħ ukoll għal dawk li għandhom bejn tnax u sittax-il sena. L-aħbar it-tajba hija li sa issa, kollox jindika, li t-tilqima kompluta toffri protezzjoni qawwija anke kontra dan il-varjant u l-konsegwenzi li jista' jġib miegħu. Fil-fatt, minn studji li saru fl-Istati Uniti, jirriżulta li f 'dawk l-istati fejn it-tilqim għadu lura, il-varjant Delta huwa aktar preżenti minn dawk l-istati fejn il-maġġoranza tal- popolazzjoni hija mlaqqma. Imma jekk f 'Malta l-progamm tat-tilqim mexa ġmielu, ma jfissirx li l-istess jista' jingħad għall- pajjiżi Ewropej. Fil-fatt, 30% tal- popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha aktar minn 80 sena għadha mhijiex imlaqqma kompletament u lanqas 40% ta' dak li għandhom 'il fuq minn 60 sena. Fil-fatt, l-ECDC qed tappella biex il-pajjiżi jħaffu kemm jista' jkun il-proċess tat-tilqim. Appellaw ukoll li bħalissa huwa kruċjali li bejn l-ewwel u t-tieni doża jinżamm l-interval minimu li huwa awtorizzat. Fid-dawl ta' dan kollu, il-Ministru Chris Fearne saħaq li Malta qed tħares lejn il-mira li tlaqqam 85% tal-popolazzjoni tagħha biex issaħħaħ l-immunità tal-massa aktar, partikolarment minħabba dan il-varjant. L-aħħar figuri juru kif aktar minn 82% tal-adulti Maltin ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin, filwaqt li aktar minn 73% huma mlaqqma kompletament. Madanakollu, wieħed jeħtieġ iżomm f 'moħħu wkoll li l-ebda vaċċin ma hu 100% effettiv u għalhekk, persuni li jkunu tlaqqmu kompletament, xorta waħda għandhom ċans (anke jekk żgħir) li jimirdu bil-virus. Minkejja dan, il-fatt li persuna tkun imlaqqma, jgħinha biex jekk tieħu l-virus, ma tiżviluppax sintomi severi u kapaċi tfieq aktar malajr. Imma dan il- varjant huwa aktar perikoluż? Sa issa ma hemm l-ebda evidenza xjentifika li turi li l-varjant Delta huwa aktar perikoluż mill-Covid-19 'normali' jew inkella l-varjanti l-oħra. Madanakollu, jibqa' l-fatt li aktar ma jinxtered, aktar hemm ċans li jkun hemm nies li jimirdu serjament, oħrajn li jkollhom bżonn kura fl-isptar u oħrajn li jitilfu ħajjithom. Kif spjegat aktar qabel, il- varjant Delta huwa ħafna aktar trasmissibbli mill-varjanti l-oħra u għalhekk dan ir-riskju jiżdied, b'mod partikolari għal dawk li għadhom ma ħadux it-tilqima jew inkella għadhom mhux imlaqqma kompletament. Studju li sar fost aktar minn ħames miljun persuna fl-Iskozja sab ukoll li l-varjant Delta jista' jikkawża aktar infezzjoni severa u għalhekk jiżdied iċ-ċans li persuna jkollha bżonn kura fl-isptar. Madanakollu, mill-evidenza li teżisti sa issa, ma jidhirx li dan qed jikkawża aktar imwiet mill- varjanti l-oħra. Ovvjament, it- tilqim jista' jkun li qed jilgħab parti importanti. Fil-fatt, anke jekk fir-Renju Unit, il-każi żdiedu drastikament fl- aħħar jiem, għal-livelli ta' Jannar li għadda, ir-rata tal-imwiet bħalissa hija ħafna aktar baxxa minn dik f 'Jannar. L-aktar miżuri bażiċi jipprevenu t-trasmissjoni anke tal-varjant Delta Anke jekk huwa aktar trasmissibbli, il-varjant Delta jittieħed u jinxtered l-istess bħall-varjanti l-oħra u anke bħall-Covid-19 li kważi sentejn ilu beda jagħmel ħerba kullimkien. Dan ifisser li l-miżuri l-aktar bażiċi ta' mitigazzjoni, li drajna bihom u saru parti mir-rutina ta' kuljum, huma importanti wkoll għall-prevenzjoni. Għalhekk huwa importanti li jintlibsu l-maskri fejn indikat, li tinżamm id-distanza soċjali u li jkun hemm ventilazzjoni tajba, partikolarment fi kmamar, bħalma huma l-uffiċini. Li wieħed jaħsel idejh ta' spiss u anke jżomm l-uċuh tal- affarijiet nodfa huwa daqstant ieħor importanti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021