Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 Cyrus Engerer (fuq) u Viktor Orban (xellug) L-MEP Laburista Cyrus Engerer ġie maħtur biex jikteb u jmexxi n-negozjati fil-Parlament Ewropew f 'riżoluzzjoni li tikkundanna l-Gvern Ungeriż għall-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Engerer ingħata r-responsabbilta' li jmexxi grupp ta' MEPs, wieħed minn kull grupp politiku, biex ifasslu riżoluzzjoni li għandha tiġi diskussa u vvutata fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, li se ssir fi Strasburgu l-ġimgħa d-dieħla. Il-Gvern Ungeriz, mmexxi mill- Prim Ministru Viktor Orban, ilu taħt l-osservazzjoni minħabba l-ksur kontinwu tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u talli jmur kontra l-valuri fundamentali tal-Unjoni. B'ta' l-aħħar tkun il-liġi kontroversjali bil-għan li jitwaqqaf kull tip ta' materjal u lezzjonijiet li fost l-oħrajn ikollhom tagħlim dwar id-diversita' tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali fl-iskejjel. Din l-leġiżlazzjoni kienet fil- mira ta' ħafna kritika, li saħansitra wasslet biex tkun waħda mill- kontroversji tal-UEFA Euro 2020 - hekk kif l-UEFA m'aċċettatx t-talba tal-Kunsill tal- belt ta' Munich sabiex l-Allianz Arena tinxtiegħel bil-kuluri tal-qawsalla, bi protesta kontra din l-leġislazzjoni. I l - l e ġ i s l a z z j o n i ġiet kkritikata ukoll minn bosta organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja li jaħdmu għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll mill-maġġoranza tal- Prim Ministri tal-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, li l-ġimgha l-oħra ffirmaw ittra fejn wiegħdu li 'jiġġieldu d-diskriminazzjoni mmirata lejn l-kommunita LGBTIQ' fid-dawl ta' din il-leġislazzjoni tant perikoluza. Id-dikjarazzjoni kienet iffirmata wkoll mill-Prim Ministru Robert Abela. Hekk kif ġie maħtur n-negozjatur ewlieni tal-Parlament Ewropew, l-MEP Cyrus Engerer qal li "qiegħed jipprepara riżoluzzjoni b'saħħitha li tikkundanna l-Gvern Ungeriz taħt it-tmexxija awtokratika tal-Prim Ministru ultra-nazzjonalist Viktor Orban, fuq ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, il-valuri fundamentali Ewropej u s-saltna tad-dritt fl- Ungerija." "Ser nkun qiegħed mmexxi tim ta' Ewroparlamentari fin-negozjati ta' din ir-riżoluzzjoni, fejn ser nkunu qiegħdin insejħu lill-UE biex tieħu azzjoni legali mmedjata kontra l-Gvern Ungeriż." Din mhux l-ewwel darba li Engerer kkundanna lil Orban tal- aġir tiegħu kontra l-kommunita LGBTIQ. F'Marzu li għadda, Engerer ġie mfaħħar mill-attur u kittieb Ingliz Stephen Fry, wara li rrisponda lil Orban talli rrefera għal persuni LGBTIQ bħala 'mġienen' f 'ittra mibgħuta lill-MEPs kollha. "M'hawn l-ebda post ghall- politika ta' mibegħda fl-Unjoni Ewropea. Il-fatt li Orban implementa liġi omofobika Russa fil-qafas leġislattiv tal-Unjoni Ewropea, għandu jigi kkundannat, u kkastigat," sostna Engerer. "Id-drittijiet ta' persuni LGBTIQ huma drittijiet tal-bniedem, kemm fl-Ungerija, kemm f 'Malta, kemm fl-UE, u madwar d-dinja", ikkonkluda L-MEP Malti Cyrus Engerer. MEP Malti se jmexxi riżoluzzjoni tal-PE kontra l-Gvern ta' Orban fuq ksur tal-Liġi tal-UE 'Dimostrazzjoni kkontrollata waqqaftuha u attività b'aktar minn 1,500 persuna tħalliet issir' Cyrus Engerer se jmexxi riżoluzzjoni li permezz tagħha hu flimkien ma' MEPs minn kull partit politiku se jsejħu lill-UE biex tieħu azzjoni legali mmedjata kontrih Howard Keith Debono, President tal- Malta Entertainment Industry and Arts Association (MEIA) ilmenta u qal li issa dawk fis-settur tal-Arti laħqu "l-limitu tal- paċenzja" fid-dawl ta' dimostrazzjoni minn naħa tagħhom li ma tħallietx issir, fl-istess waqt li tħallew isiru ċ-ċelebrazzjonijiet fil- Ħamrun, liema ċelebrazzjonijiet Howard Keith qal li rrabjawh ħafna. Huwa sostna li l-problema tal-mużisċisti, artisti, djs u oħrajn mhix il-Ħamruniżi. "Ħadd mill-Arti u divertiment ma waħħal fil-Ħamruniżi għaċ-ċelebrazzjonijiet, għax żgur kien hemm il-barka biex dawn imxew 'il quddiem. Id-dilemma tagħna hija kif avveniment bħal dan mexa 'l quddiem mingħajr ma twaqqaf b'antiċipazzjoni ta' mijiet u mijiet ta 'nies li jattendu? Attivitajiet b'antiċipazzjoni ta' 1,500+ persuna ma jseħħux mingħajr ippjanar, mingħajr ma jkun hemm ehim - uffiċjalment jew mhux uffiċjalment." Huwa sostna li dan kollu ġara fl-istess ħin illi dimostrazzjoni kkontrollata li kellha ssir ilbieraħ mill-MEIA ġiet irriutata il- permess, it biss qabel seħħet. "Issa, erġgħu weħlu fl-attivitajiet tal-arti u ta d-divertiment wara li ilhom magħluqin għal 15 il-xahar," temm jgħid Howard Keith Debono. Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021