Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2021 • illum Binja storika dilapidata tas-seklu 18 fi Triq Ursula, li fis-snin ħamsin serviet bħala l-bank tad-Demm u l-kwartieri ġenerali tal-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, ġiet restawrata u trasformata b'mod metikoluż f 'ċentru għaż-żgħażagħ tal-Belt u l-madwar. Il-proġett, li bbenefika bis-sħiħ mill-fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar, tnieda mill-koordinatur ta' Teen Klabb, Maurizio Lapira, fil-preżenza tal- Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil- Klima u Ippjanar, l-Onor. Aaron Farrugia, iċ-Chairperson tal- Kunsill Eżekuttiv tal-PA, Martin Saliba, u l-Kappillan tal-Knisja tan-Nawfraġju ta' San Pawl, Fr. David Cilia. Imwettqa fi tliet fażijiet, ix- xogħlijiet relatati mal-proġett u li għalihom l-Awtorità tal-Ippjanar iffinanzjat kważi €550,000 kienu jinkludu restawr fuq il-faċċata tal-proprjetà u xogħlijiet ta' rinnovazzjoni fil-bitħa, taraġ tal-ġebel, kantina, Sala Nobile u t-tindif tal-ħitan u soqfa. Il-proġett inkluda wkoll l-installazzjoni ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi, installazzjoni ta' kmamar tal-banju ġodda, li kif ukoll ponti tal-azzar li għaqqad il-binja. Martin Saliba, Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, qal "matul is-snin li għaddew il-PA ħadmet biex tappoġġja proġetti urbani tal- komunità permezz tal-fond għall-ippjanar tal-iżvilupp. Aħna kburin li appoġġajna dan il- proġett. Aħna mhux biss rajna l-potenzjal ta' dan il-proġett, iżda ħarisna lejn l-impenn u l-professjonalità li bihom din l-NGO, taħt il-patroċinju tal- Knisja Parrokkjali, eżegwiet ir- restawr u r-riabilitazzjoni ta' dan il-bini li issa se jservi biex itejjeb il-ħajja soċjali u komunitarja taż- żgħażagħ li jgħixu ġewwa l-Belt Valletta u fiż-żoni tal-madwar." Is-Sur Saliba kkonkluda "aħna lkoll konxji mid-diffikultajiet u l-pressjonijiet li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ u dan il-post huwa wieħed mir-rimedji ewlenin, billi jipprovdilhom spazju sigur biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex ikunu adulti responsabbli u ċittadini attivi fil-komunità. Hawnhekk se jingħataw valuri spiritwali u appoġġ akkademiku li jgħinhom jirriutaw il-pressjoni negattiva tal-peer pressure. " Ċentru Santu Rokku, li llum huwa proprjetà tal-Knisja, possibbilment kien propjetà ta' familja sinjura. Il-proprjetà nbniet skont l-istil tradizzjonali ta' dak iż- żmien, kellha bitħa kbira miuħa b'taraġ proporzjonat li jwassal għall-livelli ta' fuq, inkluż is-Sala Nobile, filwaqt li taraġ garigor tal- ġebel jgħaqqad il-kmamar ta' wara fuq kull sular u kien probabbilment maħsub biex jintuża mill- qaddejja tad-dar. Fis-seklu 18, din kienet proprjetà ta' wieħed mill- pedamenti tas-'Soladita Dei Preti', 'Naves'. Fis-snin disgħin il-parroċċa bdiet il-ħidma pastorali tagħha minn dan il-post biex taqdi lill- komunità taż-żona u l-inħawi tagħha. Matul dawn l-aħħar snin, il- proprjetà bdiet tintuża bħala ċentru għaż-żgħażagħ, magħruf bħala Teen Klabb. Teen Klabb tnieda mill-Fondazzjoni Tabgħa. Finanzjament tal-PA jittrasforma proprjetà storika fil-Belt Valletta f'ċentru għaż-żgħażagħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021