Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 Carmel Bonnici Charlie Chan – Investigatur b'fattizzi orjentali (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Il-lista kollha tal-films ta' dan id-detective Orjentali hi din: 1929 – BEHIND THE CURTAIN 1931 – BLACK CAMEL 1934 – CHARLIE CHAN IN LONDON 1935 – CHARLIE CHAN IN PARIS CHARLIE CHAN IN EGYPT CHARLIE CHAN IN SHANGHAI 1936 – CHARLIE CHAN'S SECRET CHARLIE CHAN AT THE CIRCUS CHARLIE CHAN AT THE RACE TRACK CHARLIE CHAN AT THE OPERA 1937 – CHARLIE CHAN AT THE OLYMPICS CHARLIE CHAN ON BROADWAY 1938 – CHARLIE CHAN AT MONTE CARLO CHARLIE CHAN IN HONOLULU DANGEROUS MONEY 1939 – CHARLIE CHAN IN RENO CHARLIE CHAN AT TREASURE ISLAND CHARLIE CHAN IN CITY OF DARKNESS 1940 – CHARLIE CHAN IN PANAMA CHARLIE CHAN MURDER CRUISE CHARLIE CHAN AT THE WAR MUSEUM CHARLIE CHAN OVER NEW YORK 1941 – DEAD MEN TELL CHARLIE CHAN IN RIO 1942 – CASTLE IN THE DESERT 1944 – CHARLIE CHAN IN THE SECRET THE CHINESE CAT BLACK MAGIC 1945 - THE JADE MASK THE SCARLET CLUE THE SHANGHAI COBRA 1946 – DARK ALIBI SHADOW OVER CHINATOWN DANGEROUS MONEY 1947 – THE TRAP THE CHINESE RING 1948 – DOCKS OF NEW YORK THE SHANGHAI CREST THE GOLDEN EYE THE FEATHERED SERPENT 1949 – SKY DRAGON Dan l-investigatur Asjatiku pulit, b'familja kbira u b'ħażna akbar ta' kliem tad-deheb u mill-aktar intelliġenti, deher għall-ewwel darba f 'Hollywood f 'serje tal-1926. L-attur li nterpretah kien George Kuwa. Kamiyama Sojin ħadem darba din il-parti fl-1928, E. L. Park ukoll darb'oħra fl-1929, waqt li Sydney Toler mill-1938 sal-1947 kien deher bħala Charlie Chan 22 darba, Warner Oland 16-il darba qablu, mill-1931 sal-1937 u Roland Winters interpretah fl-aħħar sitt produzzjonijiet. Wara, din il-parti ġiet fdata f 'idejn J. Carroll Naish li nterpretah 39 darba fuq it-TV. Fl-1971, Ron Martin deher bħala Chan ġo film għat-televiżjoni; is- sena 1972 ġabitilna serje animata wkoll għal fuq it-TV bl-isem ta' Charlie Chan And e Chan Clan. Hawn il-leħen kien ta' Keye Luke li fis-snin tletin spiss ħadem il-parti ta' l-ewwel tifel ta' dan l-investigatur. Kif diġa' semmejt qabel, Charlie Chan kien issatirizzat ġo film tal-1981, Charlie Chan And e Curse Of e Dragon Queen, bil- parti ewlenija tmur għand Peter Ustinov akkumpanjat bl-attriċi sbejħa Michelle Pfeiffer u Angie Dickinson, Lee Grant u Brian Keith. L-aħjar li dan il-film jintesa għax tant kien konfuż u ridikolu li ma nafx min setgħa għoġbu. Se nagħti issa xi tagħrif qasir fuq l-aħjar ta' din is-sensiela twila: CHARLIE CHAN IN LONDON (1934). Direttur Eugene Ford, 79 min. Jaħdmu Warner Oland, Drew Leyton, Douglas Walton, Alan Mowbray, Raymond (Ray) Milland u E. E. Clive. Charlie jipprova jsolvi kas ta' qtil waqt kaċċa għall-volpi fil-kampanja Ingliża, fl-istess waqt jiżgiċċa minn darts velenużi sparati lejh u jsib mezz kif jinterpreta noti misterjużi. Wieħed mill-aħjar films ta' din is-sensiela fejn in-nies edukati tip Brittaniċi huma murija tajjeb ferm, fosthom iż-żagħżugħ Ray Milland fil-bidu tal-karriera tiegħu ta' attur. CHARLIE CHAN IN EGYPT (1935). Direttur Louis King. 72 minuti. L-atturi prinċipali huma Warner Oland, Pat Peterson, omas Beck, Rita Cansino (Hayworth) u Stepin Fechit. Xogħol divertenti ħafna dwar l-istorja tal-għibien ta' arkeologist ibbalzmat fl-art tal-piramidi. Dan fih ħafna mumenti ta' qtajja', nkluż il-mużika meħuda minn Chandu e Magician (1932). Fil-bidu tal-karriera tagħha nsibu lil Rita Hayworth taħt l-isem oriġinali tagħha, Rita Cansino. CHARLIE CHAN AT THE OLYMPICS (1937), Direttur Bruce Humberstone, 71 minuti. Jidhru Warner Oland, Keye Luke, Katherine DeMille u Allen Lane. L-ispiji jingħaqdu f 'Berlin waqt l-Olimpjadi tal-1936 u jaħtfu lil Luke, it-tifel il-kbir ta' Chan, li jkun mat-tim tal-għawwiema Amerikani. Film adekwat li jinkludi fih siltiet reali minn dawn l-Olimpjadi u mumenti umoristiċi minn Tom, it-tifel iż-żgħir ta' Charlie. CHARLIE CHAN AT TREASURE ISLAND (1939). Dirett minn Norman Foster bil- ħin ta' 75 minuti. Jaħdmu Sydney Toler, Cesar Romero, Pauline Moore, Victor Sen Yung u Douglas Dumbrille. Forsi l-aħjar film ta' Charlie Chan kif interpretat minn Sydney Toler fejn dan l-investigatur jirċievi għajnuna mis-saħħar Romero, fl-attentat tiegħu biex isib provi li wara s-suwicidju ta' ħabib kien hemm wieħed psikjatra falz. Is-sensiela ħelwa ta' Charlie Chan kienet waħda minn tal- ewwel f 'Hollywood li tat pjaċir u divertiment adekwat lill-miljuni ta' spettaturi. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021