Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762
17 letteratura illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 Lil Mark Vella entużjażmah Nyctophilia, l-ewwel rumanz ta' Daniel Schembri, anki għax jidħol bla kantunieri fl-irkejjen l-aktar profondi u mudlama tal-bniedem u tal-motivazzjonijiet għall-azzjonijiet u l-għażliet tiegħu ktieb. Ħsibt mod ieħor, u immaġinajt storja ta' rifjut globali wara tidris bigotta. Imma lil hinn minn dan, it-tħaddim tal- kelma Maltija ta' Schembri huwa wieħed li jisfronda ċertu parametri letterarji stabbiliti, u anki f 'dan il-kuntest, xogħlu huwa x'aktarx uniku fil-kuntest usa', anki storikament, tal-kitba Maltija. I d-deskrizzjonijiet u l-kunċettwalità, mhux biss fil-qasam tas-sess jew tad- drogi, iżda anki fl-ambitu tad-deskrizzjonijiet tal- kuntesti familjari jew tal-bosta patoloġiji u mardiet li jżiegħdu dar-rumanz, huma espressi b'għażliet u kostruzzjonijiet naturali (kif ukoll mumenti poetiċi) li ma jisforzaw la naħa u la oħra, u li jħallu wkoll il- post biex il-kittieb jikkonja kliem-kunċetti tiegħu stess li jidħlu kexxun f 'punti strateġiċi tan-narrazzjoni. Iktar milli distopija, u żgur mhux eżerċizzju masturbatorju, din ġrajja ta' persunaġġi b'moralità u għodod biex jagħmlu sens tal-eżistenza, li jmorru kontra kull karatteristika stabbilta sew tal-ħajja soċjali standard, imma wkoll ta' ċertu konfini spiss imposti fuq it- tiswir tal-ġrajjiet Maltin. F'daħla li seta' għadda mingħajrha l-awtur, għax frankament inkomprensibbli daqs xi wħud mit-tifħiriet fuq il-qoxra ta' wara, u għax, kif għidna ġà, ix-xogħol irid jitkellem għalih innifsu (u jirnexxilu), l-awtur jipprova jiġġustifika l-proċess tal-kitba, iżda wkoll isemmi l-antieroj. X'aktarx ir-referenza hija għall- forom differenti li wieħed isib ħemel imżewwaq minnhom fil- letteratura dinjija, għaliex dan żgur mhuwiex antieroj Malti. Mhuwiex ikkastrat mis-soċjetà, mhuwiex tellief ġà qabel ma tibda l-ġrajja, u lanqas ma huwa xi ruħ nobbli. Anzi, dak li jolqotni fil- karattru, anki fuq livell ta' storja letterarja Maltija, kif ukoll kif ikkontrollat mill-kittieb, hu li huwa konxju mill-perverżjoni u l-missjoni indannata tiegħu, imsejsa fuq vjolenza li, jekk mhux vendikattiva, hija waħda premeditata u organizzata b'kompliċitajiet kriminali u patoloġiċi. U, mingħajr ma nikxfu tmiem l-istorja, l-iżvilupp tiegħu tul l-ark tan-narrazzjoni ma nistgħux ngħidu li jwasslu għat- telfa. Id-dikotomiji tas-soltu hawnhekk jaqgħu, u ta' min dal-ktieb jitgawda għall- prodott uniku li hu u anki għaż-żerriegħa ġdida li mnejn għandu jnibbet fl-għalqa letterarja Maltija. Semmejtha ftit lill-karattru mara, u forsi qed nidneb hawn daqskemm jafu jkunu qed jidinbu l-awtur u l-karattru li għal darb' oħra jpinġu mara essenzjalment vittma li x'aktarx kienet hi t-telliefa mill-bidu, anki jekk ir-rumanz jiftaħ b'sensiela ta' xbihat interessati, immotivati minn għemil mara, dwar relazzjoni fi kriżi bbażati fuq il-kunċett tal-bini u tal- arkitettura, donnha tislima lit- 'tafal morchi' ta' Caxaro. Fuq kollox, però, dan mhuwiex ktieb maħluq mix- xejn u msejjes fuq ix-xejn. Id- dinja kif milmuħa mil-fantażiji perversi u min-nuċċali tad- droga, fost l-oħrajn, hija wkoll id-dinja dejjem aktar komuni tat-"traġedja arkitettonika ta' gallinari sitt sulari li ħanqet lir-raħal", u din l-asfissija hija wkoll eżemplifikata tajjeb ħafna fir-relazzjonijiet familjari. Sandra li tqajjem lill- protagonista OCD u nevrotika kull Ġimgħa filgħaxija wara li tidħol sakrana f 'dar li ma tiħux ħsiebha, filwaqt li l-oħra tnaddaf u tillostra u tingassa l-listi tal- fizzazzjoni u l-ossessjoni; u l-karattru li rajtu rnexxa sew tan-nanna kważi ċentinarja li żżomm familja ostaġġi u li sservi anki bħala kontrappunt realistiku għall-fantażiji tal- ħama, ħmieġ u mard li jmexxu lill-karattru ewlieni. Schembri jagħti tassew daqqa ġdida lill-kitba Maltija u jaf ħabat tajjeb li l-massa moralistika mhux se tiddarras b'dan il-proġett li ma tantx jaf bih il-pubbliku wiesa'. Għax it-tidris, anki f 'sens ta' provokazzjoni sana, ta' min iħossuh il-kittieba did-darba.

