Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum aħbarijiet Delia jimmira wkoll għad-distrett taż-Żebbuġin u r-Rabtin Il-partitarji tiegħu jixtiquh jikkontesta r-raba' distrett biex 'jaqlibha' lil Jason Azzopardi YENDRICK CIOFFI Apparti t-tmien distrett elettorali, l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia mistenni jikkontesta wkoll l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss fuq is-seba' distrett, li fost oħrajn jinkludi l-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat. Ilu magħruf li Adrian Delia se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali fuq id-distrett ta' Birkirkara, il-lokalità fejn twieled u trabba. Dan id-distrett, għal dawn l-aħħar snin, kien iddominat mill-kunjom Fenech Adami, kemm meta kien jikkontesta l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami u issa wkoll bis- saħħa ta' ibnu Beppe Fenech Adami li jitla' sparat. Madanakollu kien hemm ukoll ħafna għajdut fuq id- distrett l-ieħor li Delia se jkun qed jikkontesta fuqu. Sorsi viċin l-eks Kap tal- Oppożizzjoni kkonfermaw li Delia mistenni jikkontesta s-seba' distrett, hekk kif bħalissa qed jgħix Ħaż-Żebbuġ. Fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, fuq dan id-distrett ukoll kien ikkontesta Beppe Fenech Adami, wieħed mill-aktar persuni li kienu voċiferi kontra l-eks Kap Nazzjonalista. Fenech Adami kien l-aktar kandidat Nazzjonalista li ġab voti f 'dan id-distrett ukoll, hekk kif kien kiseb 2,195 vot fl-ewwel għadd. Mhux magħruf jekk Fenech Adami hux se jerġa' jikkontesta fuq dan id-Distrett. Fuq dan id-distrett, fl- aħħar Elezzjoni Ġenerali, kien ikkontesta wkoll Jean Pierre Debono, li mbagħad kien ċeda s-siġġu lil Delia meta sar Kap Nazzjonalista u anke d-Deputat Edwin Vassallo. Ta' min isemmi, li fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, fuq dan l-istess Distrett se jkun qed jikkontesta f 'isem il-Partit Nazzjonalista, l-eks Sindku Laburista tar- Rabat, Charles Azzopardi. Azzopardi kisirha mal-Partit Laburista meta kien twaqqaf milli jikkontesta l-elezzjonijiet lokali tal-2019, minħabba allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, li hu dejjem ċaħad u li dwarhom qatt ma ttieħdu passi. 'Ħafna jriduh jikkontesta fuq ir-raba' distrett biex jaqlibha lil Jason' Dan l-aħħar kien qed jingħad ukoll li Delia jixtieq jikkontesta r-raba' distrett elettorali, id- distett ta' Raħal Ġdid u allura tad-Deputat Jason Azzopardi, li qatt ma dejjaq jeħodha fil- pubbliku kontra l-eks Kap Nazzjonalista, anke wara li ma baqax kap. "Ħafna jridu lil Delia jikkontesta fuq dan id-Distrett," insistew is-sorsi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM. "Lil Jason qatt ma ħafruhielu u ma jriduhx elett." Minkejja l-għajdut u din ix- xewqa mis-segwaċi ta' Delia, ma jidhirx li l-eks Kap qed jimmira li jikkontesta dan id-distrett. Huwa fatt magħruf ukoll lil Adrian Delia għandu appoġġ b'saħħtu ħafna fit-tieni distrett elettorali, jiġifieri d-distrett tal- Kottonera. Madanakollu Delia ma jridx jikkontesta dan id-distrett, minkejja li jaf li għandu ċans tajjeb li jitla' sparat. Jidher li ma jridx jagħmel dan minħabba li l-Partit Nazzjonalista, minn din il- fortizza Laburista, jeleġġi biss kandidat wieħed u għalhekk ma jridx li jagħmel ħsara lid- Deputat Stephen Spiteri, wieħed mill-ftit Deputati li baqa' leali lejh meta kien Kap. Adrian Delia waqt attività fl-aħħar kampanja elettorali tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021