Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 Carmel Bonnici Il-Cowboys kantanti Il-films tal-Cowboys, il- Western, li huma kultura tipikament u esklusivament Amerikana, bdew jinħaddmu kważi mill-bidunett tal- invenzjoni taċ-ċinema. Jidhru twal meta rekbin iż- żiemel, onesti, ħfief fuq il- pistola, imma jistgħu minn mument għal-ieħor jinfexxu f 'xi kanzunetta melodika, il- cowboys tal-B Westerns (dawk ta' baġit żgħir u ġeneralment ta' livell baxx) ipprovdew lill- pubbliku ħerqan b'ħafna u ħafna sigħat ta' divertiment modest. Kien qishom figuri rjali, lebsin qomos iddekorati kollha disinni, tant maħbubin mit-tfal u anki diversi adulti. Kien hemm żmien f 'Hollywood li "e Singing Cowboys" kienu popolari ħafna fiċ-ċinema ġo films li ħafna drabi kien ikunu twal inqas minn siegħa, l-aktar fis-snin tletin u erbgħin u li kienu jinterew qabel il-film prinċipali. Il-maniġers tat-teatru kienu jitolbu dawn il- kwalita' ta' produzzjonijiet għax l-atturi konċernati bdew jissejħu "matinee idols", idoli tat-tfal tal- wirjiet kmieni. Il-B Western ra kambjament sostanzjali fl-1935 bil-wasla ta' Gene Autry meta ħadem fis- serial (film twil ta' madwar 6 sigħat, maqsum fi 12, anki sa 15- il kapitlu ta' madwar 20 minuta l-wieħed biex jintwera kapitlu kull ġimgħa li jħallik b'kurżita' kbira għal sebat ijiem sħaħ), e Phantom Empire, taħlita ta' xjenza fittizja u ambjent Western, tal-kumpanija modesta Mascot Pictures (waħda minn ħafna ta' dik l-epoka magħrufin bħala Poverty Row). Il-likk intlaqat ma' l-ewwel film tiegħu, Tumblin' Tumbleweeds, minn pataun li ġew wara għall-kumpanija Republic Pictures. Il-kitarri ingħaqdu mal-pistoli u hawn twieled il-Westerm mużikali. Is-suċċess fenominali ta' Autry ħajjar ħafna imitaturi oħra fis- snin tletin, fosthom Tex Ritter, Dick Foran, Smith Ballew, Fred Scott, Bob Steele, James Newell, George Houston u Jack Randall. Kantanti cowboys oħra tas- snin erbgħin kienu Eddie Dean, Jimmy Wakeley, Rex Allen u Marty Hale. Imma, r-rival veru ta' Gene Autry kien ġuvni b'wiċċ frisk u sabiħ jismu Leonard Slye li twieled fl-1911 f ' Duck Run, Cincinnati, Ohio. Wara, ħa t-titlu ta' King Of e Cowboys tas- snin erbgħin issa bl-isem famuż mad-dinja kollha ta' Roy Rogers. Min jaf fis-snin ħamsin, bħala tfal bħali, kemm kien hawn min iġemma' kupuni ta' Roy Rogers flimkien maż-żiemel bravu tiegħu, Trigger, u jqisu bħala l-aqwa attur ta' Hollywood!! Sal- ġurnata mqaddsa tal-lum għadni nħaddan ammirazzjoni kbira għalih u għad-diski tiegħu. Il-kumpanija Republic kienet qed trawwem lil Rogers biex ikun l-aqwa attur western tagħhom, biex jikkastigaw lil Gene Autry li dejjem kien qed jitlob aktar flus. Ix-xewqa tagħhom waslet meta Autry ingħaqad mal-Air Force fit-Tieni Gwerra Dinjija, u dan l-istudjo elevah bħala s-suċċessur tiegħu. Il-popolarita' li kiseb kienet instantanja u kbira mmens. Autry, wara l-gwerra fforma l-kumpanija tiegħu stess, Gene Autry Productions, u beda jaħdem mal-Columbia Pictures li kienet għadha qed tespandi. Waqt li t-tnejn li huma laħqu l-quċċata, l-pubbliku sar aktar selettiv u l-B Western fl-1954 spiċċa minħabba prezzijiet għoljin, kompetizzjoni mit-televiżjoni u l-fatt li l-udjenzi saru aktar sofistikati. Xorta Autry u Rogers kellhom suċċessi finanzjarji f 'serje televizivi. Żewġ gruppi popolari ħafna li kienu jakkumpanjaw lil dawn il-kantanti/cowboys huma Sons Of e Purple Sage li ffurmaw ruħhom fl-1932 bl-isem ta' Riders Of e Purple Sage taħt l-inizzjattiva ta' Buck Page u Foy Willing. Dawn kienu minn Pittsburgh u l-aktar li ħadu sehem kienu fil-films ta' Gene Autry. Huma kellhom album popolari, At Western Campfires pero' żarmaw fl-1952. Il-grupp l-ieħor li kien ilu jeżisti sa mis- sena 1933, hu Sons Of e Pioneers iffurmat minn Bob Nolan u mill-kantant, wara attur, Leonard Slye, l-isem propju taċ- ċelebri Roy Rogers. Il-membri ta' dan il-grupp tant popolari nbiddlu ħafna matul is-snin u baqa' l-iżjed li kampa fl-istorja tal-mużika Country &Western. Mis-sena 1935 sal-1984 dehru f '87 film. Kellhom ukoll it-temi Ride Away mill-film klassiku e Searchers (1956) u dawk tas-serje televiżivi Bonanza, Wagon Train u Laramie. Xi informazzjoni qasira fuq l-aktar popolari minn dawn il- kantanti/cowboys hi din: Gene Autry. Barra li kien attur u kantant, kien produttur u kittieb tal-kanzunetti. Twieled nhar id-29 ta' Settembru 1907 fi Tioga, Texas. Kien qed jaħdem bħala telegrafu tal-ferroviji f 'Oklahoma meta Will Rogers semgħu jkanta u nkoraġġih jidħol fis-show business, l-ewwel bħala kantant fi stazzjon tar-radju lokali u wara kellu l-programm tiegħu. Fl-1934 sar attur tal-films u għal diversi snin kien fil-quċċata tal-lista tal-aktar atturi western popolari fil-perjodu 1938 sal-1942 billi l-films tiegħu l-iżjed li daħħlu flus. Dan hu l-uniku attur western li mniżżel fil-lista ta' atturi li l-films tagħhom l-iktar li daħħlu flus. Hu kiteb madwar 200 kanzunetti popolari, fosthom Here Comes Santa Claus, Tumblin' Tumbleweeds, The Old Ragged Cross, Back In The Saddle Again u oħrajn li nbiegħu bil-miljuni. Wara li rtira sar negozjant potenti. Gene Autry miet fit-2 ta' Ottubru 1998 ta' 91 sena. Roy Rogers. Dan l-attur/ kantant twieled bl-isem ta' Leonard Slye fil-5 ta' Novembru 1911 f 'Cincinnati, Ohio. Bħala kantant/cowboy sar famuż daqs Gene Autry, speċjalment wara li dan tal-aħħar kellu jservi fit- Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1929, f 'California kien jiġbor il-frott bħala immigrant u fforma alleanza ma' kuġin biex idoqqu u jkantaw flimkien, pero' issa biddel ismu għal Dick Weston. Iffurmaw ukoll il-grupp popolari Sons Of The Pioneers. Ħafna mill-Westerns popolari tar-Republic Pictures li ħadem bl-isem Roy Rogers kienu ma' ħabibu George 'Gabby' Hayes u Dale Evans li fl-1947 saret martu. Iż-żiemel tiegħu, Trigger, kienu jsibuh bħala 'The Smartest Horse In The Movies". Wara li spiċċa nill-films, sar negozjant mill-aqwa. Il-kanzunetti li għamluh popolari huma Ridin' Down The Canyon, Red River Valley, The Bible Tells Me So u għexieren oħrajn. Roy Rogers, li kien bniedem reliġjuż miet fis-6 ta' Lulju 1998 fl-eta' ta' 85 sena. Rex Allen. Inqas popolari minn Autry u Rogers, pero' fil- bidu tas-snin ħamsin sar ukoll rinomat dan il-kantant/cowboy twieled nhar il-31 ta' Diċembru 1920 f 'Wilcox, Cochise County, Arizona. Beda jaħdem fuq il- palk, ikanta fuq ir-radju u ħa sehem f 'wirjiet tar-rodeo qabel ukoll sar magħruf f 'diversi xogħlijiet qosra ta' Republic Pictures. Iż-żiemel tiegħu kien jismu Koko, F'uħud mill-films tal-kumpanija Walt Disney tal-aħħar snin tal-ħamsinijiet u dawk tal-bidu tas-sittinijiet, speċjalment dawk tan-natura, Allen kien in-narratur jew ikanta fihom. Dan, li kienu jsibuh The Arizona Cowboy, miet ta' kważi 79 sena fis-17 ta' Diċembru 1999. Xi kanzunetti li għamilhom popolari Rex Allen, huma Crying In The Chapel, Streets Of Laredo, Precious Moments, He's Got The Whole World In His Hands, Daddy Sings Bass, eċċ. Kantant famuż li ġie warajhom, Johnny Cash (u diversi oħrajn fosthom Elvis Presley) ħareġ ħafna "cover versions" tal- kanzunetti ta' dawn it-tlieta. F'Malta, fis-snin ħamsin, meta konna tfal konna nisimgħu ħafna kanzunetti ta' dawn is- Singing Cowboys li taw pjaċir lill-miljuni ta' tfal u anki adulti ta' qalb żagħżugħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021