Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum 'Il-PL għamel ħafna ġid u kien mexiex mal-valuri tiegħu wkoll!' Alan Borg ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- Ministru Evarist Bartolo u l-ewwel mistoqsija li tistaqsi hija kemm għadu, fir-realtà ta' Malta imsieħba mal-Unjoni Ewropea, importanti l-Ministeru tiegħu, ladarba ħafna mir-relazzjonijiet tagħna ma' barra llum jiċċentraw madwar l-UE. Bartolo, tipikament diplomatiku bħal dejjem, jgħid illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin "ikollu saħħa daqs kemm il- Ministru jemmen li għandu jkollu. U jiena nemmen li għandu jkollu." Huwa fakkar li l-Ġnus Magħquda, li Malta hija membru tagħha, fiha 193 membru filwaqt li l-Unjoni Ewropea fiha 27 membru. "Ma tistax Malta tinjora 160 pajjiż. Biss, biss aħna ninsabu fil-Mediterran u allura dak li jiġri fl-Afrika ta' fuq, fl-Afrika kollha, fil-Lvant tal-Mediterran ... dan kollu huwa importanti għalina," sostna Bartolo mal-ILLUM. Huwa fakkar ukoll li kull pajjiż fl-UE għandu relazzjonijiet kemm ma' pajjiżi oħrajn tal-UE, u allura zammew ir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom, kif ukoll ma' pajjiżi 'l barra mill-UE. "Allaħares kull min isir membru tal- UE, jidħol f 'koma fir-relazzjonijiet tiegħu ma' pajjiżi oħrajn!" 'Aħna ħdimna mal-Gvern ta' Tripoli, ma' ta' Benghazi u anke ma' ta' Saleh' U la semma l-Afrika ta' Fuq il-gazzetta tistaqsi dwar il-Libja - ġar ta' pajjiżna mifni b'ħafna instabilità. Kif jiddeskrivi r-relazzjoni diplomatika u kummerċjali mal-Libja u preċiżament maż-żewġ Gvernijiet Libjani bħalissa? "Aħna attivi ħafna fil-Libja. Kemm ili Ministru żort ħafna l-Libja u żammejt kuntatt ma' kull naħa u din importanti," jisħaq il- Ministru Bartolo mal-ILLUM. "Anke meta kien għaddej l-attakk tal-Ġeneral Haar fuq Tripoli, aħna ma ingħalaqniex fir-relazzjoni tagħna mal-Gvern ta' Tripoli (ta' Al Sarraj) biss. Il-Gvern ta' Tripoli li kien immexxi minn Sarraj mill-2016 sal-2021 huwa dak il-forza politika Libjana rikonoxxuta mill-Ġnus Magħquda u li kellu l-appoġġ tal-istati Uniti. Il-Gvern li għandu s-sede f 'Benghazi mmexxi minn Haar sab aktar l-appoġġ tiegħu mill- Emirati Għarab Magħquda u l-Eġittu. "Għalina kien dejjem importanti li nitkellmu mal-Gvern u man-nies ta' Benghazi wkoll u anke n-nies tal-Lvant tal- Libja, fosthom Aguila Saleh." Saleh huwa l-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana li kienet ibbażata f 'Tobruk u li din is-sena stess appoġġjat Gvern ta' Għaqda bejn dak ta' Tobruk u dak fi Tripoli. "Aħna rridu Libja magħquda fil-paċi u fl- istabbilità, li tkun Libja f 'idejn il-Libjani u li magħha jkollna l-aqwa relazzjonijiet," qal il- Ministru tal-Affarijiet Barranin mal-ILLUM. Ifakkar li għal ħafna snin il-Libja kienet għall- Maltin art ta' opportuniatjiet u jfakkar ukoll li 80% tal-kummerċ dieħel il-Libja jgħaddi minn Malta u kien jgħaddi minn Malta u jmur Tripoli u Benghazi, anke meta ż-żewġ naħat kienu miġġildin. "Huwa fl-interess ta' Malta li fil-Libja jkun hemm il-paċi u l-istabilità biex ngħixu mal- Libja bħala ġirien." Imma tbexxaq xi it reġa' l-bieb għal negozji bejn il-pajjiżi? Bartolo jwieġeb fl-affermattiv u jgħid li l-Gvern Malti diġà fetaħ il-kuntatti neċessarji biex jerġgħu jissaħħu r-rabtiet kummerċjali. Ħafna kumpaniji Maltin fetħu u qed jagħmlu l-flus f 'pajjiżi Afrikani Il-gazzetta ILLUM tistaqsi dwar ir- relazzjonijiet ta' Malta ma' pajjiżi oħrajn tal- Afrika. Jgħid illi filwaqt li Malta għandha relazzjoni tajba mal-pajjiżi l-oħrajn tal- Maghreb (Alġerija, Tuneżija u Marokk), qed tibni wkoll kuntatti aktar b'saħħithom ma' pajjiżi Afrikani. "Fl-aħħar sena u nofs għamilna passi ġodda ma' pajjiżi Afrikani. Naturalment ma nistgħux inkunu fl-54 pajjiż tal-kontinent imma bdejna bil-Ghana u hemmhekk għandna preżenza kummerċjali," jispjega l-Ministru Bartolo. Huwa jgħid illi l-Afrika hija ħafna iktar mill-mard, miżerja u faqar biss li ħafna jaħsbu li hi... Il-gazzetta iżda tistaqsi għaliex il-Gvern fetaħ kummerċ ma' dan il-pajjiż u x'qed iħallu dawn it-tentattivi diplomatiċi? "Jekk wieħed jitkellem mal-industrijalisti u l-kummerċjanti Maltin isib li hemm bosta li qed jinvestu, li fetħu negozju, qed joħolqu x-xogħol u qed jagħmlu flus għalihom infushom f 'dawn il-pajjiżi ... u l-istess qed nagħmlu mal-Irwanda, id-Djibouti u nittamaw li sal-aħħar tas-sena inkunu aħna ambaxxata f 'Addis Ababa - il-Kapiltali tal- Etjopja - li qisha l-Brussell tal-Afrika." Il-Ministru jispjega kif f 'Malta hawn saħansitra kumpaniji li huma bħal ċentru loġistiku ta' kumpaniji li qed joperaw fl- Afrika. Bartolo jgħid li r-relazzjonijiet tajbin bejn il-pajjiżi fetħu t-triq biex diversi Maltin għamlu ħafna flus ibiegħu l-ikel u l-ħwejjeġ fost oħrajn. Huwa qal iżda li l-affarijiet qed jinbidlu xi it hekk kif pajjiżi Afrikani resqin lejn il-kunċett ta' suq ħieles bejniethom, li jfisser dazji fuq prodotti deħlin minn barra. Għalhekk appella lin-negozjanti u investituri biex jinvestu fl-Afrika stess, xi ħaġa li qal illi hemm interess lokali fiha. U finalment, ir-relazzjonijiet Maltin maċ-Ċina. Evarist Bartolo jfakkar li s-sena d-dieħla ngħalqu 50 sena ta' relazzjonijiet ma' dan il-pajjiż ġgant, biex pajjiżna jkollu waħda mill-itwal relazzjonijiet maċ-Ċina - hekk kif l-eks PM Laburista Dom Mintoff kien wieħed mill-ewwel mexxejja li żar u rrikonoxxa lill- Gvern Komunista taċ-Ċina. Huwa qal illi filwaqt li Malta trid tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet maċ-Ċina, hemm problema għax iċ-Ċina tant għandha suq kbir li jkunu interessati li jaħdmu fuq proġetti kbar biss. "Aħna rridu naħdmu ma' kulħadd, għax huwa fl-interess tagħna. Naħdmu dejjem bl- X'saħħa għad għandu Ministru tal-Affarijiet Barranin illum? Fejn jinsabu r-relazzjonijiet tagħna mal-Libja bħalissa? U maċ-Ċina? U din tal-FATF għandha x'taqsam? U x'jaħseb dwar il- PM Robert Abela? Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Evarist Bartolo...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021