Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 jissieltu kontra l-effetti tad-Delta; L-adoloxxenti Awstralja: Ikkontrollaw il-pandemija imma d-Delta ħasadhom għax għadhom lura fit-tilqim Għall-aħħar sena, l-Awstralja rnexxielha tikkontrolla b'mod eċċezzjonali l-imxija tal-Covid-19, tant li meta l-Ewropej kienu msakkra d-dar, l-Awstraljani setgħu joħorġu qisu xejn mhu xejn u jżuru r-ristoranti, l-istabbilimenti tad-divertiment u attivitajiet tal-massa bħall-festivals u l-kunċerti. L-għeluq tal-fruntieri u l-kwarantina obbligatorja ħadmet fuq li ħadmet. Kull meta ħarab xi każ anke jekk imqar wieħed biss, bliet spiċċaw f 'lockdowns totali biex fi it jiem kollox jirritorna għan-normal. Dan biex ma nsemmux contact-tracing eċċezzjonali. Iżda fl-aħħar jiem il-varjant Delta daħħal denbu wkoll u minn xejn il-każi bdew jiżdiedu ġurnata wara l-oħra. Anke jekk in- numri xorta mhumiex allarmanti, bliet kbar, bħal Sydney, spiċċaw f 'lockdown. F'daqqa waħda, madwar 20 miljun Awstraljan, jew inkella 80% tal-popolazzjoni, qed jgħixu taħt restrizzjonijiet, l-akbar ammont minn kemm ilha li faqqgħet il-pandemija. Hemm diversi raġunijiet li waslu għal dan iżda fost ir-raġunijiet ewlenin hemm il-vaċċin. Jekk l-Awstraljani kellhom sistemi tajbin fl-aħħar xhur, fallew fejn jidħol il- vaċċin. Din it-toqba fis-sistema, ħadmet favur il-vaċċin Delta. Fil-fatt, inqas minn 8% tal-popolazzjoni adulta Awstraljana hija mlaqqma kompletament. Biex tkompli tgħaxxaq, inqas minn 30% ħadu mqar doża waħda. F'dan is-sens, il-popolazzjoni hija ħafna aktar vulnerabbli, b'mod partikolari meta wieħed iqis li dan il-varjant jinxtered ħafna aktar malajr. Hemm diversi raġunijiet għaliex l-Awstraljani waqgħu lura fit-tilqim. Fost oħrajn, kien hemm it-tħassib dwar il- każi ta' emboli fid-demm marbuta mal- Astra Zeneca. Dan wassal lill-Gvern biex jillimita l-użu tal-Astra Zeneca għal dawk li għandhom aktar minn 60 sena, minkejja li ma kellux biżżejjed dożi tal-vaċċin l-ieħor, jiġifieri l-Pfizer, biex ilaqqam lill-bqija. L-Istati Uniti: Il-varjant jinxtered l-aktar fejn it-tilqim għadu lura Fl-Istati Uniti tal-Amerika t-tilqim ukoll għadu pjuttost lura b'esperti jisħqu li dan, flimkien mat-tixrid tal- varjant Delta, qed jagħmilha dejjem aktar diffiċli biex il-pajjiż jilħaq l-immunità tal-massa, li l-istess varjant mexxa' 'l quddiem. Anthony Fauci, li huwa l-wiċċ fl-Istati Uniti tal-ġlieda kontra l-pandemija insista li l-vaċċin huwa parti essenzjali mis-soluzzjoni, partikolarment issa li qed jinxtered il- varjant Delta. "Persuni li huma mlaqqma kompletament huma protetti kontra l-varjant Delta. Rari ħafna li dawn il- persuni jimirdu u kważi impossibbli li jispiċċaw l-isptar," insista. Anke fl-Istati Uniti qed ikun innutat li l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ qed ikunu l-aktar f 'riskju, b'mod partikolari għax għadhom ma ħadux it-tilqima kompluta jew lanqas għadhom biss ħadu doża waħda. Fost l-agħar stati hemm Missouri. Il-każi qed jiżdiedu b'mod drastiku u t-tilqim għadu lura mmens. Fil-fatt, madwar 10% tal-popolazzjoni adulta f 'dan l-istat hija mlaqqma kompletament. Fl-Istati Uniti, 47.3% tal-popolazzjoni adulta hija mlaqqma kompletament. Minn 50 stat, 19 biss laqqmu kompletament aktar min-nofs il- popolazzjoni. Il-mira tal-President Biden kienet li sal-4 ta' Lulju, Jum l-Indipendenza, il-pajjiż ikun laqqam minn tal-inqas 70% tal-popolazzjoni b'doża waħda. Dawn id-19-il stat u Illionis laħqu din il-mira. Madanakollu, jekk wieħed jieħu l-istati kollha flimkien, il-mira ta' Biden għadha 3% lura, hekk kif sa issa, 67% tal-Amerikani ħadu mqar doża waħda. Fejn it-tilqim mexa, anke jekk żdiedu l-każi, inqas nies kellhom bżonn kura fl-isptar Jekk il-każi tal-varjant Delta jidher li qed jgħollu rashom kullimkien kemm f 'dawk il-pajjiżi fejn it-tilqim għadu lura u anke fejn mexa, fil-każ ta' dawn tal-aħħar, l-effett tal-vaċċin xorta waħda qiegħed jidher, hekk kif ir-rata ta' mwiet u anke r-rata ta' persuni li qed ikollhom bżonn jingħataw kura fl-isptar qed jibqgħu baxxi. Jekk xejn, dan qed juri kemm il-vaċċin qiegħed jaħdem u kemm it-tilqim, f 'dan l-istadju tal- pandemija huwa kruċjali. Il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM spjegat (u jidher li hekk għadu l-każ sal-lum), li għalkemm fir-Renju Unit il-varjant Delta nxtered sew u wassal għal żieda sostanzjali fil-każi, l-għadd ta' pazjenti fl-isptarijiet u anke r-rata tal-imwiet, ma żdidux kif kien qed jiġri kull meta kienet irreġistrata żieda fil-każi. Il-vaċċin jidher li huwa r-raġuni għaliex dan qed iseħħ. Fil-fatt, fir-Renju Unit, it- tilqim mexa 'l quddiem u kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni ħadu t-tilqima. Tant u hekk, li minkejja ż-żieda fil-każi, il-Gvern Ingliż jidher li se jimxi 'l quddiem bil-pjan tiegħu li jneħħi r-restrizzjonijiet kollha, inkluż l-ilbies tal-maskri u d-distanza soċjali mid-19 ta' Lulju. Anke fir-Renju Unit, qed jirriżulta li dawk li qed ikollhom bżonn kura fl-isptar, jew inkella qed ixerrdu l-virus, ġeneralment qed ikunu żgħażagħ jew adoloxxenti, li għadhom mhux imlaqqma kompletament. L-istess qed jidher fl-Iżrael. Il- każi żdiedu fl-aħħar jiem (tant li l-ilbies tal-maskri reġa' sar obbligatorju fuq ġewwa), iżda r-rata tal-imwiet u anke l-għadd ta' pazjenti li qed ikollhom bżonn kura fl-isptarijiet, mhux qed jiżdiedu bl-istess rata. Fl-aħħar ħmistax, kemm ilhom li bdew jiżdiedu l-każi, l-Iżrael ra mewta waħda biss kaġun tal-Covid-19. F'Jannar, meta t-tieni mewġa kienet fl-aqwa tagħha, kien qed jirraporta mat-80 mewta kuljum. Anke l-għadd ta' pazjenti fl- isptarijiet baqa' wieħed stabbli. Dan qed ikun attribwit għat- tilqim li fl-Iżrael mexa b'ritmu tajjeb ħafna, tant li madwar 60% tal-popolazzjoni hija mlaqqma kompletament. Fil-fatt, minkejja li l-każi telgħu minn żero għal 300 kuljum (u mistennija jkomplu jiżdiedu), sa issa ma hemm l-ebda xamma ta' lockdown jew restrizzjonijiet oħra. Madanakollu bħalissa għaddejja kampanja qawwija biex jitlaqqmu wkoll l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Anke Malta rnexxielha żżomm, għal dawn l-aħħar ġimgħat, is- sitwazzjoni taħt kontroll, minkejja li tneħħew ħafna restrizzjonijiet u fl-aħħar jiem żdiedu it mhxu ħażin il-każi wkoll. Madanakollu, għal diversi ġimgħat Malta ma kellha l-ebda pazjenti fl-isptarijiet u t-tliet pazjenti li ġew rikoverati f 'Mater Dei fl-aħħar ħmistax, wara li ħadu l-virus, ma kinux imlaqqma. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma wkoll li 90% tal- każi pożittivi f 'Malta qed ikunu pazjenti li għadhom ma ħadux it- tilqima.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021