Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum Il-pajjiżi li għadhom lura fit-tilqim qed jissieltu u ż-żgħażagħ l-aktar f'riskju L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li qed jiġri, minħabba l-varjant Delta, fil-pajjiżi fejn it-tilqim għadu lura u tikkumpara dan ma' dak li qed iseħħ fil-pajjiżi fejn it-tilqim mexa b'ritmu tajjeb ħafna YENDRICK CIOFFI Fl-Ewropa, iżda mhux biss, ir-restrizzjonijiet li ddaħħlu fis- seħħ biex jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19 qed ikomplu jonqsu minkejja li l-każi qed jiżdiedu kawża tal-varjant Delta, li ġie identifikat għall-ewwel darba fl-Indja. Il-pajjiżi kollha qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isalvaw is-sajf. Minkejja dan, l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa qed twissi, bid-Direttur Ġenerali, Tedros Adhanom Ghebreyesus jisħaq li "ninsabu f 'perjodu diffiċli tal- pandemija." It-twissija tiegħu kienet indirizzata lill-pajjiżi kollha, iżda b'mod partikolari għal dawk li għadhom lura fil-programm tat- tilqim u qed jerġgħu jispiċċaw b'żieda qawwija ta' pazjenti rikoverati fl-isptar. Fil-fatt, kif spjegat bħal-lum ġimgħa din il-gazzetta, il-varjant Delta jinxtered ħafna aktar mill-Covid-19 normali u mill- varjanti l-oħra u hemm bżonn li aktar persuni jkunu mlaqqma kompletament u mhux biss bl- ewwel doża, biex l-immunità tagħhom tkun b'saħħitha kemm jista' jkun. Tant u hekk li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) qed ibassar li matul dan is-sajf li ġej, dan il-varjant se jinfirex b'mod partikolari fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ li jkunu għadhom ma ħadux il-vaċċin jew inkella ma jkunux ħadu t-tilqima kompluta. S'issa jidher li t-tilqima kompluta qed toffri protezzjoni b'saħħitha kontra dan il-varjant u għalhekk il-pajjiżi qed ikunu mħeġġa biex isaħħu l-programm tat-tilqim. "Il-varjant Delta huwa perikoluż u qed ikompli jevolvi u jinbidel. Dan jitlob evalwazzjoni kontinwa u aġġustament bil-għaqal tal- miżuri," saħaq Ghebreyesus. Jekk f 'Malta l-programm tat-tilqim mexa u għadu miexi b'ritmu tajjeb ħafna, mhux l-istess jista' jingħad għal pajjiżi oħra Ewropej u lilhinn u dan qed iżid it-tħassib li d-Delta se jasal qabel u se jagħmel ħerba! Ikun hawn min jargumenta u jgħid: "Mhux l-aqwa li f 'Malta mxejna?" Vera, iżda Malta ma tgħix f 'iżolament u l-fatt li l-fruntieri huma miuħa ipoġġi aktar responsabbilità fuq l-awtoritajiet biex isaħħu l-kontrolli, partikolarment għal dawk it-turisti li jkunu ġejjin minn pajjiżi fejn hemm ħafna varjanti u t-tilqim għadu lura. Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM ħarset lejn pajjiżi Ewropej u anke pajjiżi oħra 'l barra mill- Ewropa biex tiem x'qed jiġri, fiex inhuma fit-tilqim u dan x'impatt qed ikollu fuq il-kontroll ta' dan il-varjant li qed iħasseb lil bosta. Spanja: Iż-żgħażagħ l-aktar li qed jimirdu għax l-inqas imlaqqma Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, hekk kif komplew jonqsu r-restrizzjonijiet, f 'Barċellona nġabru diversi żgħażagħ fl- istabbilimenti tad-divertiment li din il-Belt hija tant magħrufa għalihom, minkejja li l-infezzjonijiet, fir-reġjun tal-Katalunja, żdiedu b'mod drastiku. Kif tbassar, kemm mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa u anke mill-ECDC, il- maġġoranza tal-infezzjonijiet il-ġodda kienu fost żgħażagħ li għandhom bejn 10 u 29 sena. Tant u hekk li r-reġjuni kollha Spanjoli qed jaħdmu biex kemm jista' jkun malajr ilaqqmu lill-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar jiem, fil- Katalunja kienu rreġistrati aktar minn 5,000 każ ġdid kuljum. L-istabbilimenti tad-divertiment fil-Katalunja nfetħu fil-21 ta' Ġunju. Dawn jistgħu jibqgħu miuħa sat-3.30am u jistgħu jdaħħlu sa 50% ta' kemm jifilħu jesgħu persuni. Il-maskri huma obbligatorji f 'dawn l-istabbilimenti u min jattendi jrid jibqa' fi gruppi ta' sitta. Mhux fil-Katalunja biss infetħu l-postijiet tad-divertiment imma anke f 'reġjuni oħra fosthom La Rioja, Murcia u Valencia, għalkemm dawn iridu jagħlqu fis-2am. Fi Spanja, jekk wieħed jieħu r-reġjuni kollha f 'salt, it aktar minn 40% tal- popolazzjoni hija mlaqqma kompletament. Fejn jidħlu l-adoloxxenti ta' bejn it-12 u l-15- il sena, iż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u d-29 sena u l-adulti ta' bejn it-30 u d-39 sena, it-tilqim għadu lura mmens. Fil-każ tal-adoloxxenti, madwar 1% biss huma mlaqqma kompletament u fil-każ taż-żgħażagħ madwar 10% huma mlaqqma kompletament. Iż-żieda fil-każi fir-reġjun ta' Landes fi Franza wassal biex ir-rilaxx ta' aktar restrizzjonijiet kellu jiġi pospost bi ftit jiem, anke wara twissija ta' esperti li qed jisħqu li Franza jista' jkun tidħol fir- raba' mewġa ta' infezzjonijiet. Il-varjant Delta issa huwa responsabbli għal madwar 25% tal-każi fi Franza. Il-Ministru għas-Saħħa Franċiż, Olivier Véran ma tantx dam jomgħod il- kliem u qal ċar u tond li jekk ma jiħdux ħsieb, dan il-varjant jista' jħarbat is-sajf. It-tama qed titpoġġa fuq il-vaċċin. Il-Professur Jean-Francois Delfraissy, wieħed mill-esperti l-aktar viċin tal- Gvern ikkonferma li t-theddida tar-raba' mewġa ta' infezzjonijiet hemm tinsab, madanakollu wera t-tama li din taf tkun aktar moderata mill-ewwel tlieta. "Naħseb li se jkollna r-raba' mewġa imma se tkun aktar moderata mill- ewwel tlieta għax issa hemm it-tilqima," insista l-Professur waqt li kien qed ikun intervistat fuq stazzjon tar-radju. Jekk wieħed iħares lejn il-pajjiż kollu, l-infezzjonijiet, l-għadd ta' pazjenti fl- isptarijiet u anke l-imwiet qed jonqsu, imma l-fatt li madwar 32% biss tal- Franċiżi huma mlaqqma kompletament, qed ikompli jżid it-tħassib. Franza naqqset ħafna mir- restrizzjonijiet tagħha. Kważi kollox jinsab miftuħ u l-curfew li kien ilu impost minn Diċembru wkoll tneħħa qabel previst. Intant, fid-dawl ta' rata ta' tilqim baxxa fost il-ħaddiema tas-saħħa Franċiżi, il-Gvern Franċiż qed jikkunsidra li jagħmel dan obbligatorju, aktar u aktar meta residenti ta' dar tal-anzjani fir- reġjun ta' Landes, spiċċaw infettati bil- varjant Delta. Franza: Twissija ta' raba' mewġa jekk ma jħaffux it-tilqim

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021