Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 kien hemm żmien fejn ma wkoll!' użu tar-raġuni u mhux tal-konfrontazzjoni," sostna Bartolo. 'L-FATF huwa club kbir ta' pajjiżi ...' Induru fuq id-deċiżjoni tal-FATF. Meta Mintoff kien irrikonoxxa liċ-Ċina kien hemm diversi poteri tal-punent li ma kinux kuntenti. Jaħseb li l-vot biex Malta tmur fuq il-Lista l-Griża tal-FATF mill-Istati Uniti kienet imnebbħa minn xi nuqqas ta' qbil fuq livell diplomatiku fil-mod kif Malta taħdem mal- Libja u mal-Istati Uniti nnifisha, per eżempju? "Le, ma naħsibx," jibda t-tweġiba tiegħu Bartolo. Huwa jgħid li d-deċiżjonijiet tal-Fatf huma bbażati biss fuq it-tħaddim tas-sistema finanzjarja, "u akar li fl-FATF għandek madwar 200 ġurisdizzjoni, inkluż postijiet li mhumiex stati, bħal Cayman Islands. U ma' dawk il-pajjiżi li ddeċidew dwar Malta kien hemm iċ-Ċina, it-Turkija, Franza u pajjiżi oħrajn. Jiġifieri dan mhux club żgħir ta' pajjiżi." Huwa qal li Malta trid dejjem tkun attenta li s-sistemi finanzjarji jitħaddmu b'mod tajjeb u li qatt ma jintużaw għal skopjijiet ta' ħasil ta' flus jew iffinanzjar tat-terroriżmu. Panama: 'L-FATF trid li nieħdu passi kriminali, mhux passi amministrattivi biss' Il-gazzetta tfakkru li huwa kien kritiku tal-fatt li tnejn minn nies għolja fil-Gvern ta' Joseph Muscat fetħu kumpaniji fil-Panama u l-fatt li dawn ma rreżenjawx, minkejja dawn l-istrutturi. Kemm jemmen li din kienet kruċjali fid-deċiżjoni tal-Fatf? Kemm jaħseb li għamlet ħsara? U jemmen li ż-żmien tah raġun? Diplomatiku bħal dejjem, Bartolo jisħaq li l-kwistjoni tal-Panama u kif din tintrabat mal- FATF "Tmur lilhinn minn dawk li semmejt." Huwa jfakkar kif b'kollox kien hemm 700 kumpanija Maltija fil-Panama Papers u oħrajn fl-Iswissleaks (fosthom l-eks Ministru Austin Gatt). "Issa l-FATF tgħid li mhux biżżejjed li pajjiż jieħu passi amministrattivi, hemm bżonn li jieħu wkoll passi kriminali!" Evarist Bartolo qal li allura l-FATF tistaqsi kemm minn dawk li kellhom kumpanija fil- Panama tressqu l-Qorti u kemm minnhom weħlu piena, "għax dan ikun deterrent għal ħasil tal-flus." Huwa kompla jispjega kif Malta hija obbligata li tagħmel dak kollu possibbli biex ikollha sistema tajba ta' investigazzjoni kriminali, finanzjarja u liġi b'saħħitha kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Il-gazzetta ILLUM tfakkar lil Bartolo iżda li passi kriminali kontra dawn is-700 kumpanija ma tteħdux. Jammetti: "Dik żgur li ma għinitx. " Jisħaq iżda fl-istess ħin li Malta għamlet ħafna xogħol u saru ħafna passi fid-direzzjoni t-tajba fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Moneyval. "Il-Moneyval qaltilna li aħna għaddejna minn kważi kull rekwiżit - u ma ninsewx li din hija sfida anke għall-pajjiżi kbar ta! Xħin ġejna għall-FATF qalulna li minn 40 rekwiżit 37 qed jaħdmu tajjeb, imma jrid isir xogħol fi tliet punti oħrajn. Imma jiġifieri Bartolo qed jgħid li ma jemminx li ċerti żviluppi politiċi u akkużi fuq persuni b'kariga għolja ma affetwawx? "Kieku ħadna ċerti passi kieku konna inkunu f 'pożizzjoni aħjar illum," beda jispjega l-Ministru. Huwa qal illi bħalma Malta għandha fama tajba fejn tidħol il-paċi, permezz tan- newtralità, huwa importanti li s-sistemi finanzjarji tagħna ma jintużawx kontra pajjiżi oħrajn permezz tal-ħasil tal-flus. 'Ma sibniex sodda mifruxa fl-2013' Bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, kemm jaħseb li r-reputazzjoni ta' pajjiżna hija verament trietaq kif ikun hemm min jisħaq? Huwa mill-ewwel imur lura għall-2013: "Fl-2013 ma kellniex sodda mifruxa u tħassar kollox ta. Kien hemm xogħol li kellu jsir mir- rapport tal-FATF tal-2002 u baqa' ma sarx," jibda jwieġeb Bartolo. Huwa qal li l-affarijiet li kellhom jibdew isiru mill-2002 u ma sarux "qed isiru llum" u dan jgħid li huwa ta' krittu għall-PM preżenti. Nitlob għal daqxejn onestà. Aħna kellna problema li r-regolatur tas-sistema finanzjarja stess kien qed jinvesti f 'kumpaniji offshore! Ma għamlitx ġid din hux?!" Huwa qal li għalhekk il-pajjiż irid jara kif se tinġarr ir-responsabilità billi jbiddel dak li hemm bżonn jinbidel. Il-PL għandu storja ta' 100 sena: Għamel ħafna ġid u kien hemm żmien fejn ma mexiex mal-valuri tiegħu Resqin lejn l-aħħar it tal-intervista. Il- gazzetta tistaqsi lil Evarist Bartolo dwar Robert Abela. X'inhu l-ġudizzju tiegħu tal- PM Abela? Hu jħossu aktar komdu llum milli kien ihossu komdu qabel? "Jekk trid thossok komdu tirtira minn kollox..." beda jgħid Bartolo b'daħka. Jisserja u jfakkar li l-Partit Laburista għandu storja ta' 100 sena u matulhom għamel ħafna ġid u kien hemm żmien ukoll fejn ma mexiex mal-valuri tiegħu, jgħid mingħajr ma jispeċifika. "Din bħal Knisja. Allaħares inkejluha mill-abbużi u affarijiet ħżiena biss u ninsew il-ħafna ġid li għamlet." Bartolo sostna li l-affarijiet fil-Gvern inbiddlu grazzi għat-tiġdid u tibdil fil-Partit Laburista. Dwar Abela huwa jgħid li dan "ġab bidliet importanti ħafna fi żminijiet diffiċli ħafna! Min kien jgħidilna li apparti t-taqlib politiku li waslu biex isir Prim Ministru, Robert Abela kellu jiffaċċja wkoll pandemija?" jistaqsi rettorikament Bartolo. Covid-19: 'Il-Gvern għen kemm seta' lil madwar 30 pajjiż' F'termini ta' għajnuna u ħidma diplomatika sabiex pajjżi li għadhom lura ħafna fil-ġlieda kontra l-Covid-19, inkluż pajjiżi ġirien bħat- Tuneżija - il-Gvern Malti qed jippjana xi forma ta' diskussjonijiet? Bartolo jgħid li l-Gvern Malti mhux biss qed jiddiskuti imma fl-aħħar 18-il xahar kien qed jgħin b'mod attiv u kemm seta' madwar 30 pajjiż fl-Ewropa, fil-Mediterran, fl-Afrika u anke fl-Indja - fejn ifakkar li intbagħatu oxygen generators. "Fiċ-ċokon tagħna qed ngħinu kemm nistgħu u milli nistgħu," jgħid Bartolo. 'Jiddeċiedu n-nies ...' U fwinalment Bartolo ħabbar it ġimgħat ilu li se jerġa jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, proprju ma' partit li qed jakkuża lill-Oppożizzjoni li qed iressaq biss l-istess uċuħ. Wara kważi 30 sena fil-Parlament Bartolo żgur mhiwiex wiċċ ġdid. Għaliex il-votanti tal-10 u t-12-il distrett għandhom jerġgħu jivvotawlu? "Naħliflek li fi 30 sena fiż-żjarat li mort fid-djar qatt ma tlabt l-unu ... qaddis m'inix, pero' li nista' ngħidlek huwa li jiena dejjem għidt lin-nies li għandhom il-libertà li jivvotawli." Huwa jgħid iżda li meta jħares lura lejn dawn is-snin jara nuqqasijiet u żbalji wkoll. "Nagħraf li fl-edukazzjoni, fid- drittijiet ċivili permezz tal-ħidma favur l-introduzzjoni tad-divorzju, fil-governanza permez tat-tneħħija tal-libell kriminali fil- liġi tal-istampa u anke fix-xogħol, permezz taċ-childcare centres b'xejn, xi it kisbiet għamilt ukoll. Issa jiddeċiedu n-nies," temm jgħid mal-ILLUM l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021