Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum LEĠĠENDA TA' MARTRI JEW MISTERU TA' QATTIEL? NINU XKORA Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- istoriku tal-kriminalità Malti Edward Attard illi miegħu ddiskutiet l-piena tal-mewt f'Malta fl-għeluq il-50 sena anniversarju mill-aħħar kundanna tal- mewt. Dik tal-1963. MARIANNA CALLEJA Il-Gran Mastru Pinto, Ninu Xkora, Dom Mintoff, Eddie Fenech Adami u ħafna iktar huma biss ismijiet imnaqqxa fl-istorja tal-piena tal-mewt f 'Malta. Kif, fejn u meta ħallew it-timbru tagħhom dawn il-persuni ġie spjegat f 'aktar dettall fil-ktieb il- ġdid ta' Edward Attard; Il-Piena tal-Mewt f 'Malta. Imma biex nibdew nimu xi it il-kuntest wara l-istorja tal-piena tal-mewt f 'pajjiżna, ejja nibdew bl- iktar persuna li l-gazzetta ILLUM affaxinat ruħha bih. Ninu Xkora - il-priġunier li għadu jidher fiċ-ċimiterju tal- Ħabs sal-ġurnata tal-lum Dan kien wieħed mill-it li rnexxielu joħloq kontroversja b'mewtu li walset għal bidla radikali fil-mod kif issir il-piena tal-mewt. L-istorja tibda meta Antonio Azzopardi magħruf aħjar bħala Ninu Xkora waqa' f 'dipressjoni liema bħalha wara l-mewt tal- għażiża martu u erba' minn uliedu. Din id-dipressjoni waslet biex Ninu Xkora jaqa' fil-vizzju tal-logħob tal-ażżard u x-xorb. Il-vizzji ta' Azzopardi rikbuh u kien wasal f 'punt fejn kien jirriuta jmur id-dar u jiekol maż-żewġt ibniet tiegħu. Minflok hu kien iqatta' ħinu fil-ħanut tax-xorb ta' ċertu Ġużeppi Camenzuli fil-Ħamrun, jixrob u jonfoq flus bla kontroll. Lejla waħda, waħda mill-bniet ta' Azzopardi, Stella ġiet twassal il- messaġġ lil missierha li l-ikel lest iżda hu ħataa u għajjat magħha li ma jridx imur id-dar. Hawn kien fejn Ġużeppi ta' 30 sena tefa' għajnejh fuq Stella li kien għad kellha biss 15-il sena. Hu staqsa lil Stella biex terġa' tmur il-ħanut tax-xorb meta missierha ma jkunx hemm biex isir jaa u eventwalment inħolqot xi tip ta' mħabba bejnithom. Sintendi Ninu xejn ma kien kuntent meta sar jaf b'dan, u pprojbixxa lit-tnejn milli jiltaqgħu, huma injorawh u kien dan li wassal għad-dellitt. Għodwa waħda, fis-6 ta' Diċembru tal-1907, Ġużeppi kien qed jiaħ il-ħanut tiegħu meta Ninu Xkora ikkonfrontah b'14-il daqqa ta' sikkina f 'sidru u ħallih jgħum f 'għadira demm. Meta l-maġistrat sema' l-każ, ikkundana lil Antonio Azzopardi, il-piena tal- mewt. Dik hi biss l-istorja wara is- sentenza ta' Ninu Xkora li diġà qajmet kontroversja weħidha minħabba l-fatt li bosta saqsew; "missier m'għandux dritt jiddefendi lil bintu minn pedofilu?" Intant dan biss kien il-bidu. Antonio Azzopardi ġie ikkundannat għal-mewt fid-19 ta' Ottubru tal-1908 fejn inqagħlet it- tieni kontroversja u dik kienet tal- lingwa. Ħafna saqsew jekk kienx mogħti proċess ġust. Dan għaliex l-awla kollha tal-Qorti tkellmet bit- Taljan, kif kien soltu f 'dawk il-jiem, u ħafna staqsew jekk ma fehemx dak li kien qed jingħad kontrih kif seta' Ninu Xkora jiddefendi ruħu aħjar? It-tielet kontroversja kienet biss iċ-ċirasa fuq it-torta wara li xi ħadd minn dawk preżenti fl- eżekuzzjoni ħareġ informazzjoni li Antonio Azzopardi seta' indifen ħaj. Il-proċedura tal-eżekuzzjoni u d-difna tal-akkużat Bħal kollox, l-eżekuzzjoni tal- forka kienet timxi b'konformità ma' proċedura. Biex l-akkużat jiġi mgħallaq kif suppost, kien ikun hemm kalkolu tal-piż u l-istatura tal-ikkundanat li din twassal għat- tul tal-ħabel. B'dan il-metodu ta' eżekuzzjoni, it-tgħalliq, jinkiser ir-rukkell fil-parti ta' fuq tas-sinsla tad-dahar magħrufa bħala atlas vertebrae li tikkaġuna mewta immedjata. Uman jista' jdawwar rasu f 'angolu ta' 180° iżda l-ksur ta' dan ir-rukkell iwassal biex il- persuna ddawwar rasha ferm aktar. Dan kien it-test li jsir fuq l-ikkundannat eżatt wara l-mewt. It-tobba kienu jdawru ras l-akkużat u jekk iddur iktar minn 180° kienu jiċċertifikawh mejjet. F'dan il-każ, Antonio Azzopardi kien magħmul bħala bniedem pjuttost ta' statura kbira. Il-ħabel li intuża għalih kien ta' erba' piedi u 10 pulzieri iżda seta' jagħti l-każ li ħabel ta' inqas minn ħames piedi bħal ma intuża fuqu ma kienx biżżejjed biex joqtlu. L-istess test sar fuq Azzopardi u dan ġie ċċertifikat mejjet u midfun f 'inqas minn siegħa kif kienet tgħid il-liġi. Kienu Pietru Pawl Aguis, l-editur tal-gazzetta 'Risorgimento', Ġużeppi Mizzi, l-editur tal-gazzetta 'Il-Malta', flimkien ma' Agostino Levanzin, l-editur tal-gazzetta 'In-Naħla' u li kienu kollha tobba, li l-ewwel tkelmu fuq dan kollu. Kienu dawn l-ispekulazzjonijiet li qajmu għagħa kbira li waslet biex it-tobba li ċċertifikaw lil Azzopardi mejjet jiħu libell fuq l-edituri u jtellgħuhom fil-Qorti ta' Malta. Waqt li l-kawża kienet qed tinstema fil-Qorti deher xhieda fejn tkellem fuq kif jista' jagħti l-każ li r-ras iddur iktar minn 180° anke jekk ma jkunx inkiser l-atlas vertebrae. Dwar dan tela' jixhed Antonio Azzopardi magħruf aħjar bħala Ninu Xkora

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021