Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 opinjoni L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tibda mid-dar Mid-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem K ont taf li madwar 79% tan-nisa għadhom responsabbli għat-tisjir u għax-xogħol tad-dar ta' kuljum, meta mqabbla ma' 34% tal-irġiel? Studji mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri juru wkoll li fl-2020, madwar 38% tan-nisa f 'Malta qalu li huma responsabbli għal kura tat-tfal jew neputijiet, anzjani jew persuni b'diżabilità, meta mqabbla ma' 25% tal-irġiel. Dawn iċ-ċifri juru b'mod ċar id-distakk fit-tqassim ta' re- sponsabbiltajiet tad-dar u l-kura bejn l-irġiel u n-nisa. Differenzi kbar bħal dawn inbnew fuq tradizzjonijiet u twemmin li jinġarru minn ġenerazzjonijiet preċedenti. Vox Pop riċenti kkummissjonat mid-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem wera din id- diskrepanza ġenerazzjonali fl-attitudnijiet dwar din il- kwistjoni, iżda ssuġġerixxa li l-mentalita' tan-nies qiegħda tinbidel. Is-soċjetà qiegħda dejjem tirrikonoxxi li l-ħajja llum hija differenti minn dik li esperjenzaw il-qraba anzjani tagħna. Il-mudell fejn huma biss l-irġiel li jaqgħilgħu il-ħobża ta' kuljum, u fejn in-nisa biss huma dawk li jżommu d-dar, m'għadux applikabbli. Fid-dinja tal-lum, iċ-ċirkostanzi ġeneralment jeħtieġu li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa joħorġu jaħdmu. Madankollu, għad hemm l-istennija li n-nisa għandhom jagħmlu l-biċċa l-kbira, jekk mhux kollha, tax-xogħol tad-dar. Għandna nwarrbu it- twemmin antikwat li r-responsabbiltajiet ta' kura fi ħdan il-familja għandhom jaqgħu fuq in-nisa f 'kull ċirkostanza. Irridu niċħdu wkoll l-isterjotip li x-xogħol tad-dar u l-kura tat-tfal huma bbażati fuq il-ġeneru. Il-pandemija tefgħet aktar lura l-inugwaljanza fil- familja, u żiedet pressjoni saħansitra akbar fuq in-nisa. Anke bl-użu estiż tat-telework u arranġamenti ta' xogħol flessibbli, ix-xogħol mid- dar mhux neċessarjament aktar faċli meta l-ġenituri jkunu jridu jibbilianċjaw ir- responsabbiltajiet tax-xogħol, kura tat-tfal, u superviżjoni tal-edukazzjoni tat-tfal. Fil- fatt, ħafna ommijiet kellhom jieħdu r-rwol ta' edukaturi għal uliedhom waqt il-lezzjonijiet tal-iskola virtwali, filwaqt li kienu wkoll mistennija li jwettqu r-responsabbiltajiet tax-xogħol tagħhom. Din is- sitwazzjoni llimitat il-kapaċità tagħhom li jaġixxu fuq l-istess livell fil-post tax-xogħol. Din l-esperjenza għallmitna aktar minn qatt qabel dwar il-ħtieġa li nibdlu l-attitudnijiet u li nagħrfu l-konsegwenzi ta' distribuzzjoni irregolari tar-responsabbiltàjiet. Għandna bżonn niżguraw il-ko-responsabbiltà fi ħdan il-familja. L-imsieħba għandhom jiddiskutu l-kompiti tad-dar tagħhom u jaqblu fuq distribuzzjoni ġusta u kunsenswali ta' dawn ir-responsabbiltàjiet. Dawn l-impenji mhux dejjem jistgħu jitqasmu bin-nofs, minħabba li l-bżonnijiet u l-ħinijiet tax- xogħol jistgħu jvarjaw bejn żewġ persuni fl-istess familja. Peress li kull familja hija differenti, għandhom jintlaħqu ftehim magħmulin apposta. Huwa importanti li l-familji jaġixxu bħala imsieħba u mhux avversarji fl-indirizzar ta' xi nuqqas ta' qbil li jista' jinqala'. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri tibda mid-dar, u l-familji jinsabu fuq quddiem ta' din il-bidla. Minn età żgħira, għandna ngħallmu lil uliedna jsegwu l-għanijiet professjonali tagħhom, irrelevanti mil-ġeneru tagħhom. Għandna ninvolvu aktar subien f 'xogħol ta' kura u xogħol tad-dar minn età bikrija, flimkien mal-bniet. Ilkoll kemm aħna għandna nifhmu li għalkemm il- ibbilanċjar tax-xogħol u l-familja huwa sfida, dan isir ħafna eħfef meta x-xogħol tad-dar u l-kura tat-tfal huma maqsuma ndaqs. Minn età żgħira, għandna ngħallmu lil uliedna jsegwu l-għanijiet professjonali tagħhom, irrelevanti mil-ġeneru tagħhom. Għandna ninvolvu aktar subien f'xogħol ta' kura u xogħol tad-dar minn età bikrija, flimkien mal-bniet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021