Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum Funded by the European Union Fuq kontinent anzjan li qed jixjieħ jiddiskuti id-dilemma demografika ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-Ewropa qed issir aktar anzjana, hekk kif ir-rata tat- twelid kompliet nieżla, bil- persuni anzjani mistennijin jiżdiedu b'57% sal-2030 u r-rata tat-twelid tibqa' xi it jew wisq baxxa. Din id-dilemma u l-effetti kollha li ġġib magħha kienu diskussi din il-ġimgħa fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew permezz tar-rapport fuq l-inizjattiva tal- MEP Beata Szydło, liema rapport jagħmel elenku ta' fatti u numri fir-rigward tad-demografija imma anke l-faqar u l-esklużjoni fost l-anzjani ewropej. Ir-rapport jagħmel ukoll diversi proposti magħmulin sabiex l-Unjoni Ewropea tagħti aktar valur u dinjità lill-anzjani. Fir-rapport jingħad kif l-UE qed titlef madwar €370 biljun fis-sena minħabba nisa li ma jkunux jistgħu jmorru jaħdmu jew ikollhom inaqqsu mill-ħin tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-familja jew inkella jagħtu kura lil anzjani fil-familja tagħhom. Imma ejja nibdew billi nħarsu lejn il-fatti demografiċi u l-effett tagħhom, li dan ir-rapport bl- isem "On an old continent growing older – Possibilities and Challenges related to ageing policy post-2020' jelenka f 'dettall. Fl-2070 l-Ewropej se jkunu 4% tal-popolazzjoni dinjija minn 13.5% fl-1960 L-ewwenett ifakkar illi l-popolazzjoni Ewropea qed tonqos u filwaqt li fl-1960 l-Ewropej kienu jifformaw 13.5% tal-popolazzjoni globali, fl-2018 kienu jammontaw għal 6.9% u fl-2070 se jkunu madwar 4%. Il- ħaddiema - jiġifieri dawk bejn il-15 u l-64 sena se jonqsu b'mod sinjifikanti, bir-rapport jgħid illi minn 333 miljun ħaddiem Ewropew fl-2016, fl-2070 dawn se jinżlu għal 292 miljun. Dan filwaqt li huwa pproġettat illi sal- bidu tas-seklu l-ġdid (2100) dawk li għandhom 80 sena jew aktar se jkunu jiffurmaw 14.6% tal- popolazzjoni globali. L-effetti ta' dan kollu fuq il- qasam tax-xogħol diġà beda jinħass mil-lum stess, hekk kif miljuni ta' impjiegi madwar l-UE qed jimtlew minn żgħażagħ li ġejjin minn pajjiżi terzi (immigranti ekonomiċi). Ir-rapport fil-fatt ifakkar illi sa mill-2012 dejjem kien irreġistrat tkabbir negattiv, bl-2019 tara 4.7 miljun mewt u 4.2 miljun twelid - differenza ta' nofs miljun. Dan filwaqt li r-rata ta' fertilità niżlet għal 1.55 fl-2018. Ir-rapport tal-MEP jisħaq illi dan huwa frott ta' diversi fatturi, "fosthom livelli aħjar ta' saħħa u edukazzjoni, imma wkoll titjib fis- sitwazzjoni soċjo-ekonomika, kif ukoll inċertezzi u tnaqqis fid-dħul li jaffetwaw l-aktar liż-żgħażagħ." Kien hawn li r-rapport jgħid illi fid-dawl ta' dan it-tnaqqis l-UE qed tbassar li l-popolazzjoni anzjana se tiżdied b'57% sal-2030 u meta mqabbla mal-2010. 80% tal-kura mogħtija fl-UE hija minn carers informali Ir-rapport jelenka wkoll diversi punti u fatti dwar in-nisa, kemm anzjani kif ukoll dawk l-impjegati carers - formali jew le - li ħafna drabi jkunu nisa. 50% tal-carers taħt il-65 sena fl-UE jikkombinaw il-kura max- xogħol. Il-familja u l-kura ta' anzjani fil-familja hija fil-fatt waħda mir-raġunijiet għaliex l-Ewropa għad għandha livelli baxxi ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Kif diġà rrimarkajna dan qed iwassal għal telf biljunarju kull sena lill-UE. Fil-fatt ir-rapport jgħid li 80% tal-kura mogħtija fl-UE hija minn carers informali (mhux carers bħala impjieg) u li 75% minnhom huma nisa. Dan qed joħloq differenzi bejn il-ġeneru f 'termini ta' dħul li qed iwassal ukoll għal differenzi notevoli fil-pensjonijiet tan-nisa u dawk tal-irġiel. L-ewwel li jaqilgħuha mill- ispekulaturi Ir-rapport jisħaq fuq l-importanza tad-dinjità lil persuni anzjani li ħafna drabi jkunu aktar vulnerabbli u allura li jkunu ħafna inqas protetti minn abbuż u sitwazzjonijiet soċjali mhux daqstant tajbin. Ifakkar illi l-għixien b'dinjità, "partikolarment għall-anzjani ma jistax ikun maqtugħ mid-dritt ta' housing aċċessibbli, sanitarju u f 'kundizzjonijiet komdi li jippermettu lill-anzjani illi jgħixu f 'ambjent soċjali protett." Ir-rapport ifakkar illi f 'sitwazzjonijiet ta' pressjoni minn spekulaturi tal-proprjetà, ħafna drabi kienu l-anzjani l-ewwel li ħallsu l-prezz bi żgumbramenti, li wassal għal dipendenza u iżolament soċjali. L-ekonomija tal-fidda: Potenzjal li toħloq triljuni għall-ekonomija tal-UE Le m'aħniex nirreferu għall- fidda li nilbsu jew li narawha ssebbaħ xi palazz jew Knisja armata waqt il-festa. Imma għal dik li bl-Ingliż jgħidulha e Silver Economy, li hija dak kollu li jitratta l-anzjani, il-kura tagħhom, ħolqien ta' teknoloġija li jużaw huma, edukazzjoni u aktar. Huwa mium li l-ispiża totali tal-anzjanità sal-2070 se tkun 26.7% tal-Prodott Gross Domestiku - aktar minn kwart. Dan filwaqt iżda li rapport tal- Kummissjoni Ewropea jistma li l-kontribut li jista' jagħti dan is- settur għandu potenzjal li jlaħħaq is-€6.4 triljun u joħloq 88 miljun impjieg sal-2025 - li huwa 32% tal-Prodott Gross Domestiku tal-UE u 38% tal-impjiegi fuq il- kontinent. L-UE qed titlef €370 biljun fis-sena minħabba nisa li ma jkunux jistgħu jaħdmu biex jagħtu kura lill-familja u qraba, dan qed iwassal f'differenzi kbar bejn il-ġeneri fil- pensjonijiet...Il-gazzetta ILLUM tanalizza r-rapport tal-MEP Beata Szydło

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021