Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 hija eżempju ta' arranġament Abela jkollu jonora' "kompletament inkompetenti u assolutament mhux tal-livell biex jiddibbati l-iktar Ministru b'saħħtu li għandu l-Gvern Laburista." Rigward dan hu tenna li hemm drabi fejn l-oppożizzjoni baqgħet siekta "ma tmurx ixellef il-it negozjanti li għadhom leali lejn il-partit". Intant b'xi mod il-poplu Malti qiegħed jaqbel li kemm il-Partit Laburista u kemm il-Partit Nazzjonalista qegħdin fil-bwiet tal-kuntratturi, allura l-Moviment Graffitti x'inhuma jipproponu? L-attivist wieġeb li jemmen li s-sistema trid tinbidel kollha. Hu żvela li l-moviment ilu jaħdem xhur fuq serje ta proposti, anke fuq il-qasam kostituzzjonali propju fuq dan ir- rigward. "Il-partiti ma jistgħux jibqgħu jiġu ffinanzjati mill-flejjes privati, ma jistgħux jibqgħu ma jħallsux il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, ma jistgħux jibqgħu jieħdu tpartit mingħand kuntratturi u żviluppaturi. Din is- sistema trid tinqered għal kollox." 'Muscat jagħmel għajb għal dawk il- Laburisti li dan il-ħmieġ iddejaqhom' Nitkellmu fil-qosor dwar l-intervista ta' Joseph Muscat li ħarġet minn ġurnali lokali fl-aħħar jiem. Wayne Flask jammetti li ħassu diżgustat meta segwa l-intervista u ma setax jemmen kif l-eks Prim Ministru ħass li kellu jagħti l-intervista meta "il-ħmieġ kollu taħt l-amministrazzjoni tiegħu għadu lanqas biss ħareg kollu." Huwa qal ukoll li jekk Muscat se jibqa' jiddefendi persuna li tkeċċiet eżatt kif hu rriżenja, mela "Muscat mhux kontinwità jrid. Dan irid ili jirritorna lejn iż-żminijiet tad- deheb tiegħu personali qisu ma ġara xejn. Qisa ma nqatlitx Caruana Galizia, qisu ma kienx hawn l-iskandli, qishom ma ntefqux miljuni kbar mit-taxxi tal-Maltin li marru direttament fil-bwiet ta' individwi." Flask jgħid li tal-aħħar dejjem isemmieha, apposta għaliex hi bbażata fuq l-istess narrativa, ir-rettorika li kien juża Muscat stess qabel l-2013 fuq il-koruzzjoni. "Frankament Muscat għalija kien diżappunt kbir, bħala bniedem li trabba f 'familja Laburista kien diżappunt kbir. Kien il-bniedem li dawwarni effettivament biex ma nivvutax iktar lill-PL. Mhux minħabba biss il- fehmiet politiċi tiegħu iżda anke dak li ġara fi żmienu. Muscat jagħmel għajb għal dawk il-Laburisti li dan il-ħmieġ iddejaqhom." Meta mistoqsi jekk Muscat kellux jiġi arrestat, Flask jgħid li ma jafx jekk hemmx evidenza kriminali kontra Muscat, iżda jekk hemm il-provi u ma ttihdietx azzjoni dak każ iehor. 'Aħna m'aħniex kontra kollox, din hija immaġini li jħobb jaghti l-Ministru.' Mediatoday għamlet numru ta' sondaġġi matul is-snin dwar proġetti infrastrutturali speċifikament it-toroq, bil-maġġoranza jirriżultaw favur tali proġetti. Uħud minn dawn ġew ippubblikati fuq il-gazzetta ILLUM. Dawn is-sondaġġi saru wkoll anke fuq proġetti kontroversjali bħal dawk tas-Central Link li l-Moviment Graffitti kienu minn tal-ewwel biex jikkritikaw. Jekk is-sondaġġi kienu favur dawn it-tip ta' proġetti, għaliex il- moviment joħroġ kontra? Mal-ewwel Flask sostna li l-moviment mhumiex kontra kollox għal kuntrarju tal- immagini "li jħobb jagħti l-ministru." Semma li huma kontra t-toroq li jittieħdu mill- għelieqi tal-bdiewa, li jittieħdu mill-ispazji pubbliċi iżda huma ukoll kontra wkoll "il- kultura tal-karozzi." Skont hu f 'Malta għandna kultura tal- karozzi li mhux se tinbidel minħabba lobbying li jsir fil-pajjiż minn importaturi tal- karozzi u l-fuels. Skont hu din l-istess raġuni għaliex it-transport pubbliku għadu mhuwiex għal-livell li jixraq lil Stat Ewropew. Għaldaqstant hu jemmen ukoll li l-aspirazzjonijiet tan-nies tħallew baxxi f 'dan ir-rigward. "Inti jekk in-nies ma tagħtihomx għażliet vijabli ovvja li se jgħidu iva għat-toroq ... immaġina n-nies tal-lokal u t-turisti maqbudin fit-traffiku u t-transport pubbliku li mhux jaqdihom. Din hi is-sitwazzjoni. Għandna alternattiva oħra għal pubbliku?" 'Malta ma kienx ħaqqa l-grey listing tal- FATF' L-ILLUM staqsiet lil Flask jekk jaħsibx li seħħ progress f 'termini ta' governanza u s-saltna tad-dritt. Hu wieġeb li jemmen bi sħiħ li Robert Abela għamel xi tibdiliet fil-qasam tal- governanza filwaqt li jemmen ukoll li fir- rigward tal-FATF ġietu ħażina u Malta ma kienx ħaqqa l-grey listing. Madankollu jgħid ukoll li hemm bosta oqsma li ħadd ma ta kashom fejn jidħlu is-saltna tad-dritt. "Naħseb li għad hemm ħafna arranġamenti li kienu saru fi żmien il-Gvern ta' Muscat u li l-Gvern ta' Abela jrid jonora. Speċjalment mal-privat, nemmen li l-marina hi wahda minnhom. Għandek aġenziji tal-Gvern li huma stess qegħdin jiksru il-liġi bħal meta l-IM ma tħallasx l-esproprijazzjoni " Saħaq li s-saltna tad-dritt ma tiqafx mal- politiċi jew fil-Parlament, is-saltna tad-dritt tinvolvi anke s-settur taċ-ċivil, tinvolvi l-awtoritajiet, tinvolvi anke l-oppożizzjoni u n- negozzju ukoll. "Naħseb li għadna lura hafna. Sar dak li jkellu jsir minħabba pressjonjiet minn barra minn Malta u l-problemi interni tagħna li fi Brussel qatt ma nstemgħu, dawk mela mhux problemi." (Ara wkoll Paġna 7) "Toni Bezzina hu kompletament inkompetenti u assolutament mhux tal-livell biex jiddibbati l-iktar Ministru b'saħħtu li għandu l-Gvern Laburista"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021