Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697
12 intervista IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum 'Il-marina f'Wied il-Għajn hija li sar fi żmien Muscat li Abela Alan Borg MARIANNA CALLEJA Attivist magħruf għar-reżistenza tiegħu kontra diversi awtoritajiet iżda iktar dawk relatati mal-infrastruttura. Xellugi li jemmen li kienet biss persuna waħda li bidlitlu fehmtu dwar il-Partit Laburista. Fuq kollox persuna li skont uħud għandu ras taż-żonqor iżda għal oħrajn 'suldat tal- azzar' li ma jaqta' qalbu qatt. L-ILLUM titkellem ma' Wayne Flask. 'F'dan il-każ għandha tingħata prijorità lin- nies ta' Wied il-Għajn' Nibdew b'kwistjoni li għadha friska u tniggeż daqs melħ fuq ferita. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Wayne Flask fuq il- kwistjoni tal-Yacht marina f 'Marsaskala li se tkun qegħda tolqot lill-Iskalin fuq livelli differenti. Fil-fatt Flask mal-ewwel fetaħ fuq il-fatt li dan il-proġett ta' Transport Malta se jkun qiegħed jħarbat l-attivitajiet tal-komunità Skalina kemm fejn jidħol għum, sajd u ħruq tan-nar tal-festa sa attivitajiet aktar rillassanti bħal mixja fejn il-baħar u ikla pizza quddiem il-mewġ. "Forsi hija xi naqra ta' kunflitt ta' interess għax jien trabbejt u għext Wied il-Għajn għal 30 sena. Dawn in-nies mhu ħa jħallu xejn fir- raħal ... " Hu nsista li l-lokalità se tinbidel kompletament permezz ta' din il-marina u se twassal biex "ħafna residenti jimbeżqu l-barra". Dan għaliex, dak ir-raħal li "xi darba kien tagħhom issa sar ir-raħal ta' ħaddiehor. Ir-raħal tas-sidien tal-jottijiet." 'Calleja hawnekk mhux qiegħed ikun konsistenti.' Il-gazzetta staqsiet lil Flask x'jaħseb fuq ir- referendum li s-Sindku ta' Marsaskala, Mario Calleja, qal li lest jipproponi mal-ILLUM il- Ħadd li għadda. Hu dlonk wieġeb li "Calleja hawnekk mhux qiegħed ikun konsistenti." Flask sostna li l-mod kif tkellem is-Sindku kien kontradittorju għall-aħħar filwaqt li ġab l-eżempju tal-vot li ttieħed fuq l-art taż- Żonqor fl-2015. "Il-Kunsill kien ivvota, u l-mozzjoni kienet għaddiet bi żbrixx favur l-Università Amerikana ta' Malta (AUM). Kien hemm ukoll kunsilliera Laburisti li vvutaw kontra u Calleja hemmekk ma ssuġeriex referendum. Din id-darba il-Kunsill ivvota b'mod unanimu kontra din il-proposta, allura ma nistax niem kif il-Kunsill Lokali li jirrepreżenta lir-residenti, issa jrid jmur għal referendum." 'Ma tantx ninkwieta fuq in-numri' Din l-intervista seħħet propju ġurnata wara l-konferenza tal-aħbarijiet organizzata minn Moviment Graffitti f 'Wied il-Għajn, fejn preżenti kien hemm numru ta' attivisti u it residenti. Il-gazzetta fetħet id-diskussjoni fuq kif għalkemm il-Moviment qiegħed jgħid li qed jitkellem fin-nom tar-residenti, mhux ir- residenti kollha qegħdin jattendu l-attivitajiet organizzati. Filwaqt li enfasizza li dik kienet biss konferenza tal-aħbarijiet, Flask sostna li n-numri lilu ma jinkwetawhx għal bosta fatturi. "L-ewwel ħaġa hemm bosta fatturi għaliex persuna ma taqbilx mal-marina u ma setax ikun hemm. Din it-tattika tan-numri fil- pubbliku sinċerament mhux indikatur ta' xi ħaġa. Naħseb li l-komunità ta' Marsaskala tkellmet, inkluż għaqdiet bħal tal-armar tal-festa, tan-nar u s-sajjieda. Tkellmet il- komunità Maltija li ilha għal żmien itwal mill- proposta tal-marina u min-nies li proponuha. Jien naħseb f 'dan il-każ, il-prijorità għandha tkun iktar il-komunità ta' Wied il-Għajn" 'Hawn regħba manifesta minn grupp ta' nies li jridu bilfors kontroll ditattorjali fuq ir-raħal ta' Wied il-Għajn.' Il-gazzetta nnotat li meta jinħoloq pjan sabiex isir proġett f 'din il-lokalità, dejjem jitqajjmu irwiefen kbar sabiex iwaqqfu t-tali proġett. Il-gazzetta ma setgħatx ma tistaqsix jekk il-Moviment Graffitti humiex kontra kull tip ta' żvilupp fir-raħal. Flask aċċerta li huma mhumiex kontra kull tip ta' żvilupp iżda huma kontra żviluppi bħal dawn tal-marina li mhu se jkunu qed jagħmlu xejn ħlief jgħerqu l-komunità, mhux biss f 'sens ambjentali iżda wkoll bi problemi soċjali. "Minħabba l-interessi ta' nies, ta' it mijiet li ma nafux min huma, ta' it uħud li għandhom miljuni kbar, li ħadd ma staqsa minn fejn ġejjin, u li qed jużaw lill-Gvern biex jgħaddu dan l-investiment monstruż." Huwa fakkar li mal-kumplament tad- dawra tal-bajja hemm jistennew proġetti oħra li wkoll huma kontroversjali bħal dawk tal-Ġerma u tal-kompetizzjoni tad-diżinn tax-xatt kif ukoll dawk taż-Żonqor. "Il-Ġerma kienu qegħdin jippuntaw lejha żewġ kuntratturi kbar, Joseph Portelli u Charlie il-Franċiż. In-naħa l-oħra, fil-ponta l-oħra tal-bajja li tiġi ż-Żonqor, hija l-proprjetà ta' Sadeen Group li suppost bena kampus universitarju għal studenti li qatt ma ġew … mela għandek il-bajja, iż-żewġ ponot tagħha u dak kollu li jaqa' fin-nofs, fejn jgħumu in-nies se jkunu bażikament triq enormi fil-baħar għal jottijiet. Għalhekk kontra żvilupp bħal dan. Hawn regħba manifesta minn grupp ta' nies li jridu bilfors kontroll ditattorjali fuq ir- raħal ta' Wied il-Għajn." "Jinjora l-protesta tagħna u jsibna quddiem it-triq tiegħu" Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Flask ukoll fuq x'jiġri jekk il-protesta li seħħet il-Ġimgħa filgħaxija, taqa' fuq widnejn torox bħal ma ġara f 'ċirkostansi oħra fil-passat. Huwa kkontradixxa l-mistoqsija u qal li l-Moviment Graffitti kellu protesti fil-passat fejn l-awtoritajiet taw kashom u aġġixxew fuqhom ukoll. Fil-fatt hu semma każ li jmur 20 sena lura, fejn saru protesti kontra Tumas Group u l-bini ta' Portomaso f 'San Ġiljan. Qal li bis-saħħa ta' Moviment Graffitti kienet għaddiet liġi fil-Parlament rigward it-trasferimenti tal-art li jridu jgħaddu mill- Parlament stess bħala vot. "Meta konna pprotestajna kontra l-fuel policies, fl-2018, il-Ministru Ian Borg jiakar dak il-weekend ta' buzz li kellna kkampjati quddiem il-Planning Authority. Apparti li evità l-konfront, malli inbidel il-Ministru tal- Ambjent il-politika għaddiet kważi kif xtaqna aħna. Jiġifieri l-attiviżmu jbiddel affarijiet." Imma x'jiġri jekk il-protesta fi rigward tal- yacht Marina tiġi injorata? Flask wissa li jekk il-Gvern, b'mod speċjali il-Prim Ministru – li hu residenti f 'Marsaskala - ikompli jwebbes rasu u jinjora lir-residenti, "jsibna quddiem it-triq tiegħu." Moviment Grafitti fl-Elezzjoni Ġenerali, għaliex le? Bosta ilhom jgħidu li Malta hi pajjiż ta' żewġ partiti, b'referenza għal-fatt li l-Maltin forsi għadhom ma jagħtux kas daqsekk lill- partiti ż-żgħar minkejja li joħorġu bi proposti f 'waqthom u relevanti. Allura ma wasalx iż-żmien li l-Moviment Graffitti jisfida l-pariti l-kbar fil-logħba li huma biss qegħdin jilgħabu, u joħorġu għall- elezzjoni ġenerali? B'daħka Flask jgħid li din hi xi ħaġa li jiċċajtaw biha bejniethom iżda jenfasizza li hi biss ċajta għax bħala grupp huma għandhom għal-qalbhom l-attiviżmu mhux il-poter. Jgħid li għalkemm minn barra l-partiti, l-affarijiet xorta jippruvaw jirranġawhom u jbiddluhom filwaqt li kienu parteċipi anke f 'konsultazzjonijiet li ħarġu min-naħa tal- Gvern. Fosthom ġab l-eżempju tar-riforma tal- Gvern li l-moviment kien faħħar anke jekk l-oppożizzjoni kienet kontra, dik fil-qasam tal-kera, li skont Flask kienet riforma li ilha biex issir u li "bħala għandha ssegwi r-riforma tal-bdiewa." "L-ikbar ġlidiet tagħna, l-oppożizzjoni qatt ma tkellmet fuqhom inkluż il-kwistjoni tat-toroq. Jekk nieħdu l-kwistjoni ta' Ħad- Dingli, l-oppożizzjoni ma qalet assolutament xejn. Il-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli, u din mija fil-mija, ir-rappreżentant tal-PN ngħata promozzjoni ma' Infrastructure Malta (IM), mar jaħdem hemm u meta wasal il-vot fuq it- triq, dan it-tali ivvota favur. Allura kif nistgħu nafdaw l-oppożizzjoni b'dan il-mod?" Fuq dan l-istess punt, Flask sostna li anke l-Kelliem għat-Transport u l-Infrastruttura, id-Deputat Nazzjonalista, Toni Bezzina hu Wayne Flask Minn kwistjonijiet kurrenti bħal dawk ta' Marsaskala, għal kwistjonijiet ta' 20 sena ilu bħal ta' Portomaso. Joseph Muscat, Robert Abela u l-oppożizzjoni "siekta". Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-attivist tal-Moviment Graffitti, Wayne Flask