Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum aħbarijiet Iduru mas-sitwazzjoni tal-pandemija u mat- toroq ta' Bormla sabiex il-festival jibqa' jsir Xbajna nisimgħu kemm ħasret gost il-pandemija. Il-gazzetta ILLUM mhux se terġa' tibda b'din l-istess kantaliena iżda għal kuntrarju tas-soltu din id- darba tkellmet ma' dawk li daru mas-sitwazzjoni u baqgħu għaddejjin bil-festival annwali tagħhom MARIANNA CALLEJA Ir-raba' edizzjoni tal- Cospicua Short Play Festival qegħda magħna. Dan il-festival hu wieħed mill-it jekk mhux l-unika wieħed li baqa' għaddej b'mod annwali minkejja l-pandemija. Tajjeb ngħidu li dan hu festival miuħ b'xejn għal pubbliku, is-sena l-oħra kien miuħ għal-250 ruħ, din is-sena se jilqgħu sa' 500 ruħ. Taraw dawn in-numri u bla ma trid tistaqsi, kif f 'nofs pandemija se jmorru 500 ruħ Bormla jaraw ir-reċta? Din hi l-mistoqsija li staqsiet il-gazzetta ILLUM lis-Sindku ta' Bormla, Alison Zerafa Civelli, u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill, Duncan Hall. Minħabba dan il-festival, madwar seba' żoni f 'Bormla jsiru żoni pedonali. Fl-avveniment isiru sitt produzzjonijiet b'żieda ta' tnejn oħra din is-sena. Kull produzzjoni tkun maqtugħha f 'żona għaliha, għajr għal żona waħda minnhom li tinqasam bejn żewġ produzzjonijiet. Dan ifisser li jekk jidħlu 500 ruħ, dawn se jkunu maqsuma f 'żoni differenti u l-kuntatt se jkun minimu. Taħsbux li din kienet idea kawża tal-pandemija, anzi din kienet l-idea oriġinali tal-festival lura meta twieldet l-idea madwar erba' snin ilu. 'Żewwaqna xi ħaġa bejn talent u l-potenzjal li għanda din il-belt' qalet lil gazzetta, Alison Zerafa Civelli. L-għan u x-xewqa tar-residenti kienet li filwaqt li l-pubbliku japprezza din il-forma ta' arti li xi drabi tieħu wkoll forma ta' kant, jintużaw u jinterew ukoll postijiet fil-Bormla li mhux kulħadd normalment japprezza bħal pjazza Santa Margerita jew Misraħ Bonnici. Persuna li tattendi se tidħol minn entratura waħda fejn il-Kunsill Lokali ta' Bormla stess fejn l-biljett jiġi approvat u minn hemm jibdew l-avventura tagħhom taħt id-dwal tat-toroq sbieħ ta' din il-belt. Kull produzzjoni ssir tliet darbiet f 'lejl, b'interval ta' nofs siegħa biex il-pubbliku jilħaq jasal minn post għall-ieħor. Il-produzzjonijiet ikunu wkoll parti min kompetizzjoni u fl-aħħar jintrebħu awards bħall-aħjar attur, attriċi jew direzzjoni. "Rajna potenzjal fil-festival" - Alison Zerafa Civelli Is-Sindku, Alison Zerafa Civelli spjegat kif f 'dan il-festival "raw potenzjal kbir" tant li din is- sena żiedu żewġ produzzjonijiet oħra flimkien mas-sitta li s-soltu jsiru. B'differenza li dawn iż-żewġ produzzjonijiet żejda mhux se jkunu parti mill-kompetizzjoni. "Kellna min xtaq ikun parti mill-avveniment imma mhux fil- kompetizzjoni" qaltilna s-Sindku. Is-Segretarju Eżekuttiv, Duncan Hall, qalilna li ż-żieda ta' dawn il- produzzjonijiet kienet biss farka mill-pjan tagħhom sabiex ikkabru dan l-avveniment li issa bosta saru jfittxuħ. Kien hemm il-ħsieb li jkun hemm produzzjoni wkoll addattati għat- tfal iżda minħabba r-restrizzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti, l-idea kellha taqa'. Differenza oħra li se jkun hemm f 'din l-edizzjoni hi li għall-ewwel darba, waħda mill-produzzjonijiet se tkun bl-ingliż meta s'issa il- produzzjonijiet dejjem kienu bil-lingwa Malti sakemm mhux magħmula fis-silenzju. Dawn huma kollha deċiżjonijiet li jiġu diskussi bejn il-Kunsill Lokali u d-diretturi tal-avveniment. Zerafa Civelli sostniet li wara kull edizzjoni, huma jiltaqgħu u jiddiskutu x'mar tajjeb u x'seta mar aħjar. Dan kollu jwassal biex edizzjoni tkun iktar ta' suċċess minn ta' qabilha. Rigward is-sigurtà ta' min se jkun qed jmur jara l-produzzjonijiet, Duncan Hall spjega lill-ILLUM li s-sistema tas-sigurtà se tkun differenti mis-snin ta' qabel. Persuna interessatà li tmur nhar il-Ġimgħa 3 ta' Settembru jew/u nhar is-Sibt 4 ta' Settembru, jrid imur qabel dawn id-dati fil-Kunsill Lokali ta' Bormla bil-kopja taċ- ċertifikat tal-vaċċin kif ukoll il-karta tal-identità. Biljett għal kull ġurnata li jkun se jmur jinqata f 'isem il- persuna. Fil-każ ta' tfal, dawk minn 12–il sena se jkunu jistgħu jidħlu billi jagħmlu PCR test sa' qabel 72 siegħa mill-avveniment filwaqt li tfal inqas minn ħames snin jistgħu jidħlu bla ebda bżonn ta' swab test. Alison Zerafa Civelli, Sindku ta' Bormla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021